LITURĠIJA GĦALL-KULJUM


Liturġija tas-Sigħat

Quddiesa ta’ Kuljum

Kalendarju Liturġiku Malti / Inġliż

Qaddis tal-Jum

Mixja ta' Fidi  

 

SPIRITWALITA’ NISRANIJA


Kappella Ewkaristika

Nitolbu, ġabra ta’ talb popolari.

Ir-Rużarju tal-Madonna

Via Sagra Mal-Papa

It-Triq tas-Salib

Devozzjoni Ħniena Divina

Spazju Sagru

 

F’PAĠNI OĦRA


San Padre Pio tal-Pjagi

Kelma tal-Ħajja 

Katekeżi għall-Adulti

Reliġjon għall-Eżami, “A Level”

Dokumenti tal-Knisja Kattolika

Storja tal-Konċilji Ekumeniċi

Pastorali tal-Arċisqof, Randan

Messaġġ tal-Papa, Randan

Dokumenti tas-Sinodu Djoċesan

Tagħrif dwar il-Liturġija

L-Istorja tal-Papa Benedittu XVI

Il-Madonna tal-Għar

IL-QADDIS LI ĠARR F’ĠISMU

L-PJAGI TA’ KRISTU

Is-Sibt, 23 ta’ Settembru huwa t-38 anniversarju mil-mewt ta’ Padre Pio - il-Qaddis li għall ħamsin sena sħah, ġarr f’ġismu il-pjagi u l-passjoni ta’ Kristu msallab.

F’din l-okkażżjoni qegħdin noħolqu link permanenti mal-istazzjon televiżiv, Tele Padre Pio li jittrasmetti programmi religjużi kuljum, bejn is-7.24 ta’ filgħodu u d-9.20 ta’ filgħaxija.

Qegħdin ukoll nagħmlu ħilitna biex fi ftit żmien ieħor ikollna paġna dwar dan il-qaddis ta’ żmienna.

Ara Tele Radio Padre Pio


Jerġgħu jiftħu ċ-Ċentri tad-Duttrina

Minn nhar it-Tnejn, 25 ta’ Settembru se jerġgħu jiftħu ċ-Ċentri tad-Duttrina tal-parroċca wara li dawn kienu għalqu għall-btajjel tas-sajf.

Din is-sena iċ-ċentri se jkunu l-istess bħal dawk tas-sena li għaddiet – dak ta’ Dar Nażaret, ieħor għand il-Patrijiet Agostinjani, u żewġ ċentri oħra, wieħed għas-subien u l-ieħor għal bniet fid-djar tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, il-M.U.S.E.U.M.

Huwa obbligu tal-ġenituri li jassiguraw li uliedhom jirċievu  formazzjoni nisranija tajba. Għalhekk huma għandhom jibgħatu regolarment lil uliedhom f’xi wieħed minn dawn iċ-ċentri.  Qed isiru tħejjijiet sabiex anke dawk it-tfal li diġà irċevew is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof, ikollhom ukoll laqgħat regolari apposta għalihom.  Dettalji jitħabbru iżjed tard.

MIN JILQA’ WIEĦED MINN DAWN JILQA’ LILI

IL-25 ĦADD MATUL IS-SENA

- 24 Settembru 2006 -

U ressaq lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f’nofshom, ħaddnu bejn dirgħajh u qalilhom: “Kull min jilqa’ wieħed minn dawn iċ-ċkejknin minħabba f’ismi, ikun jilqa’ lili; u min jilqa’ lili, ikun jilqa’ mhux lili, imma lil dak li bagħatni.”
 

Qari mil-Liturġija tal-Ħadd >>>

Ħsieb dwar l-Evanġelju >>>

LAQGĦAT TA’ TALB 

Mill-Grupp Kariżmatiku tal-Parroċċa

 

Kull nhar ta’ Erbgħa fil-Kappella ta’ Santa Marija

fis-7.00 pm

"Duqu ħa taraw kemm hu tajjeb il-Mulej."

Sit uffiċċjali tal-Parroċċa Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien, Malta

Persuna Responsabbli - Joe Farrugia, Tel 00356 79801385

email - jf@interteklabs.com

Kumpanija tal-IT - InterTek Laboratories Ltd, Tel 00356 21419824/5