|
TGĦID
JITLA’ GĦALL-FESTA?

Kien wasal l-Għid tal-Lhud, u ħafna nies
mill-kampanja telgħu Ġerusalemm qabel l-Għid
għar-riti tal-purifikazzjoni. Huma fittxew lil
Ġesù, u bdew jgħidu bejniethom fit-tempju:
"Intom x'taħsbu? Tgħid, jitla' għall-festa?"
(Ġw 11:55-56)
Issa li għal darb’ oħra
waslet il-festa tar-raħal tagħna, anzi nista’
ngħid, issa li wasal biex jerġa’ jibda l-istaġun
tal-festi fil-parroċċi ta’ pajjiżna, forsi jkun
tajjeb li aħna lkoll, nagħmlu l-istess domanda
li żmien ilu għamel il-poplu Lhudi dwar Ġesú,
“Tġhid jitla għall-festa?”
Iva, tgħid Ġesú se jkun preżenti fil-festa li se
nagħmlu? Tgħid Ġesú qiegħed ikun preżenti
fil-festi li qed nagħmlu? Għax biex ikun
preżenti fihom, irid ikun l-ewwel preżenti fina.
Nawguraw lil kulħadd festa sabiħa. Nawguraw
ukoll briju u ferħ. Imma nawguraw fuq kollox
festa qaddisa. Għax jekk Ġesú ma jkunx
preżenti, allura lanqas ma jiġu ommu u
l-qaddisin l-oħra tiegħu.
Ara ħsieb qasir >> |