Sit uffiċċjali tal-Parroċċa Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien, Malta



IMEJL

LIBRERIJA

SITI OĦRA

ARKIVJU

EVANĠELJU 2000

 

TBERIK TAL-FAMILJI

L-għada stess tal-Għid il-Kbir, jibda’ it-tberik tal-familji tal-parroċca.  Ir-residenti ta’ dawk it-toroq fejn ikun se jsir it-tberik, qegħdin jiġu avżati permezz ta’ nota mwassla fid-djar tagħhom minn xi jiem qabel.  It-tberik jibda’ dejjem fl-4.00 pm.

 

DEMM MINN STATWA

Demm uman minn għajnejn statwa tal-Madonna f’dar privata f’Birżebbuġa.

 

IL-PARABBOLI TA' ĠESU`

Ġabra tal-Parabboli ta’ Ġesú hekk kif rakkuntati mill-erba’ Evanġelisti u illustrati bl-istamp.

 

 

FORMAZZJONI KONTINWA

Fr Fabio Attard dwar il-ħtieġa ta’ formazzjoni kontinwa.

 

KARDINAL FUQ IL-PAPA

Il-Papa mhuwiex sempliċiment intelletwali maqtugħ għalih imma bniedem umli, tal-Knisja u miftuħ għall-poplu.

 

IL-KELMA TAL-ĦAJJA

Kull xahar ngħixu sentenza waħda mill-Vanġelu, inżommuha f’qalbna u ngħixuha. Hemm link permanenti għall-Kelma tal-Ħajja fuq il-lemin ta’ din il-paġna.

 

IL-KARDINALI L-ĠODDA

Il-Papa ħatar 15-il Kardinal ġdid, 12 minnhom taħt it-80 sena u jistgħu  jivvutaw għal Papa ġdid. Kitba ta' H. Agius Ordway.

 

Missier Etern, jiena noffrilek il-Ġisem, id-Demm, ir-Ruħ u d-Divinita` ta’ Ibnek il-Għażiż, Sidna Ġesu` Kristu, bi tpattija għad-dnubiet tagħna u għal dawk tad-dinja kollha.

ĦADD IL-ĦNIENA DIVINA

Fir-rivelazzjonijiet tiegħu lil Sor Fawstina, Ġesù talab diversi drabi li t-tieni Ħadd tal-Għid il-Kbir, tkun ċelebrata il-Festa tal-Ħniena Divina. Il-festa bdiet l-ewwel tiġi ċelebrata fil-Polonja u wara fil-Vatikan.  Fit-23 ta’ April 2000, il-Papa Ġwanni Pawlu II iddikkjara lis-Sor Fawstina bħala qaddisa u tliet ġimgħat biss wara, f’digriet mis-Santa Sede kien dikjarat li t-tieni Ħadd tal-Għid ikun ċelebrat mad-dinja kollha bħala Ħadd il-Ħniena Divina.  Dan għandu jservi ta’ stedina annwali biex l-Insara kollha jiffaċċjaw b’fiduċja f’Alla u fil-ħniena tiegħu, id-diffikultajiet u l-provi li d-dinja għad trid tgħaddi minnhom matul is-snin li ġejjin.

Ġesù nnifsu qal lis-soru, Santa Fawstina insibu li dawk li jgħidu il-kurunella tal-ħniena jkunu mħaddna mill-Ħniena Tiegħu tul ħajjithom u l-iktar fis-siegħa ta’ mewthom.  

Aktar dwar il-Ħniena Divina >>

IMBERKIN DAWK LI MA RAWX U EMMNU

  • Forsi Ġesù ma kienx jaf li f’dak il-ħin li kien se jidher lill-Appostli, Tumas kienx magħhom?”   U jekk kien jaf, għaliex dehrilhom f’dak il-ħin meta wieħed minnhom ma kienx hemm?

  • Fil-figura ta’ Tumas it-Tewmi, illum ma nilmaħx biss lill-Appostlu li ried jara b’għajnejh u jmiss b’idejh il-pjagi ta’ l-Imgħallem tiegħu.

  • Għal min ma jemminx, ebda prova mhi biżżejjed. Għal min jemmen ebda prova mhi meħtieġa.

Evanġelju 2000...

 

Nawguraw lil kulħadd qawmien spiritwali ġdid fi Kristu Ġesù Rxoxt.

Jum il-Vokazzjonijiet 2006

"Ma tiskantax li, fejn hemm min jitlob bil-qalb, joktru l-vokazzjonijiet. Il-qdusija tal-Knisja tiddependi essenzjalment mill-għaqda ma’ Kristu u mill-ftuħ tal-qalb għall-grazzja li taħdem fil-qalb ta’ dawk li jemmnu. Għal dan il-għan irrid nistieden lill-insara kollha biex jieħdu ħsieb li jkollhom rabta intima ma’ Kristu, Mgħallem u Ragħaj tal-Poplu tiegħu, u jimitaw lil Marija, li baqgħet tgħozz f’qalbha dawn il-misteri divini u taħseb ħafna fuqhom."

Hekk kiteb il-Papa Benedittu XVI fil-messaġġ tiegħu għall- Ġurnata Dinjija ta’ Talb għall-vokazzjonijiet li din is-sena se tkun ċelebrata nhar il-Ħadd, 7 ta’ Mejju.  Huwa kompla jgħid li l-piz ta’ żewġ millennji ta’ snin jagħmilha iebsa biex wieħed jagħraf dak li hu ġdid fil-misteru tal-għaġeb li nkunu wlied Alla.  Iżda l-futur hu tassew tal-għaġeb: aħna msejħin biex ngħixu bħala aħwa ta’ Ġesu’ u li nħossu li aħna wlied l-istess Missier. Dan hu don li jirrivoluzjona kull ideja u pjan li hu biss uman.  (Ritratt mill-Catholic Press Photo to Ruma.)

Aqra l-messaġġ kollu tal-Papa Benedittu XVI

QARI TAL-QUDDIES


Vġili tal-Għid: 15 April (PM)

Għid il-Kbir: 16 April

2 Ħadd tal-Għid: 23 April

3 Ħadd tal-Għid: 30 April

4 Ħadd tal-Għid: 07 Mejju

5 Ħadd tal-Għid: 14 Mejju

6 Ħadd tal-Għid: 21 Mejju

Tlugħ il-Mulej fis-Sema: 28 Mejju

Vġili ta’ Għid il-Ħamsin: 03 Ġunju

Għid il-Ħamsin: 04 Ġunju

It-Trinità Qaddisa: 11 Ġunju

 

 

 

LITURĠIJA GĦALL-KULJUM


Liturġija tas-Sigħat

Quddiesa ta’ Kuljum

Kalendarju Liturġiku Malti / Inġliż

Qaddis tal-Jum

 

 

SPIRITWALITA’ NISRANIJA


Ir-Rużarju tal-Madonna

Via Sagra Mal-Papa

It-Triq tas-Salib

Devozzjoni Ħniena Divina

Spazju Sagru

 

 

F’PAĠNI OĦRA


Katekeżi għall-Adulti

Reliġjon għall-Eżami, “A Level”

Dokumenti tal-Knisja Kattolika

Storja tal-Konċilji Ekumeniċi

Pastorali tal-Arċisqof, Randan

Messaġġ tal-Papa, Randan

Dokumenti tas-Sinodu Djoċesan

Tagħrif dwar il-Liturġija

Kelma tal-Ħajja

L-Istorja tal-Papa Benedittu XVI