|
|
|
MUMENTI
MIL-LAQGĦA STORIKA TAL-PAPA MAL-MUSULMANI |



Ħajr
tar-ritratt lill-Catholic Press Photo ta’ Ruma. |
Vatikan, 25 Set 06:
F’okkażżjoni storika, il-Papa Benedittu XVI kellu laqgħa mal-ambaxxaturi
Musulmani u mexxejja oħra Islamiċi f’Castelgandolfo. Huwa tkellem dwar
kif il-futur tal-umanita qiegħed biss fid-djalogu.
Il-Papa esprima ir-rispett profond tiegħu lejn it-twemmin
Iżlamiku u għamel sejħa għal djalogu sinċier fejn iż-żewġ reliġjonijiet
juru rispett reċiproku lejn xulxin. Huwa qal li kemm l-Insara kif ukoll
il-Musulmani għandhom jirrinunzjaw għal kull xorta ta’ vjolenza u
jirrispettaw il-libertà reliġjuża. Id-djalogu inter-reliġjuż bejn
l-Islam u l-Kristjaneżmu huwa bżonn vitali li fuqu jiddependi parti
kbira mill-futur tagħna.
Fl-udjenza tiegħu ta’ l-Erbġha li għaddew, il-Papa
Benedittu XVI qal li id-diskors li huwa kien għamel fl-Università
Ġermaniża kien ġie mifhum ħażin għax dak in-nhar huwa ried juri li r-reliġjon
u l-vjolenza ma jmorrux flimkien. |
Laqgħa tal-Kunsill Pastorali
Parrokkjali
Il-laqgħa tal-Kunsill Pastorali
Parrokkjali li jmiss se ssir f’Dar Nażaret, nhar it-Tnejn,
2 ta’ Ottubru, fis-7.15 ta’ filgħaxija. Minħabba li
din se tkun l-ewwel laqgħa tal-kunsill minn kemm ilu
fostna l-Kappillan il-ġdid, Dun Reuben Deguara, huwa
mistenni li jkun hemm Introduzzjoni mill-Kappillan
innifsu u wara jkun diskuss ukoll il-pussess tiegħu.
|
|
|

ALLA MHU MONOPOLJU TA’ ĦADD
IL-26 ĦADD
MATUL IS-SENA
-1 Ottubru
2006 -
F’dak iż-żmien: Ġwanni qal lil Ġesù: “Mgħallem, wieħed raġel, li s-soltu
ma jkunx magħna rajnieh ikeċċi x-xjaten f’ismek u ridna nżommuh, għax hu
mhuwiex wieħed minn tagħna.” Imma Ġesù qal: “La żżommuhx, le, għax ma
hemm ħadd li se jagħmel miraklu f’ismi u mbagħad malajr se jkollu ħila
jgħid kontra tiegħi."
Qari mil-Liturġija tal-Ħadd >>>
Ħsieb dwar l-Evanġelju >>> |
LAQGĦAT TA’ TALB
Mill-Grupp Kariżmatiku tal-Parroċċa
Kull nhar ta’ Erbgħa fil-Kappella ta’ Santa Marija
fis-7.00 pm
"Duqu ħa taraw kemm hu tajjeb il-Mulej."
|