Ċensiment tal-Quddies f’Ħal Tarxien

55% GĦADHOM JIĠU  L-QUDDIES

L-attendenza ta’ residenti mill-parroċca tagħna fil-quddies tas-Sibt filgħaxija jew tal-Ħadd hija ta’ 55.2%, ċifra li hija 4.2% iżjed mill-medja f’Malta u 2.6% iżjed mill-medja għall-Malta u Għawdex flimkien. Għalhekk mid-djoċesi ta’ Malta, il-parroċċa tagħna tiġi l-erbatax-il waħda f’dak li huwa ħarsien tal-obligu tas-smiegħ tal-quddies, waqt li għandha l-ogħla attendenza meta paragunata mal-parroċċi l-oħra tal-ħames distrett.

Dawn il-figuri joħroġu mir-rapport preliminary taċ-Ċensiment tal-Quddies tal-Ħadd li kien sar f’Ottubru tas-sena l-oħra u li ġie publikat mill-Arċidjoċesi ta’ Malta nhar l-Erbgħa, 23 ta’ Awissu.

Skond iċ-ċensiment uffiċċjali tal-Gvern li sar ukoll fl-istess żmien, il-popolazzjoni tar-raħal tagħna hija ta’ 7608.  Iżda minn dawn hemm madwar 826 (10.86%) li jew minħabba li kienu għadhom taħt l-eta ta’ 7 snin jew minħabba mard ma kienux obligati li jattendu għall-quddies. B’hekk minn total ta’ 6777, li kienu marbuta bil-preċett tal-Ħadd, attendew 3741. Minn dawn, 45% huma tas-sess maskil, waqt l-kumplament ta’ 55% huma tas-sess femminil.

Ir-rapport jagħti wkoll dettalji ta’ kif kienet imqassma l-attendenza fil-knejjes differenti tar-raħal.  Fil-knisja parrokkjali marru 1260. Fil-knisja tal-Erwieħ marru 1055. Fil-knisja ta’ l-Agostinjani marru 804, waqt li 26 kienu attendew il-quddiesa li dak in-nhar saret fil-kappella ta’ San Bert.  Total ta’ 3175.  B’hekk jidher li f’Ħadd iċ-ċensiment kien hemm 566 mir-residenti Tarxiniżi li attendew għall-quddies fi knejjes barra ir-raħal.

F’nota pastorali dwar ir-riżultat, l-isqfijiet ta’ Malta u ta’ Għawdex qalu li l-fatt li għandna 52.6% tal-poplu Malti u Għawdxi li nhar ta’ Ħadd jiċċelebdra l-Ewkaristija huwa minnu nnifsu fatt pożittiv.  Għalhekk nistgħu ngħidu li l-figura ta’ 55.2% għal Ħal Tarxien hija aktar pożittiva u nkoraġġanti.  Madankollu kif stqarrew l-isqfijiet infushom dwar iż-żewġ djoċesijiet, aħna wkoll nħossu l-bżonn ta’ analisi responsabbli li tgħina nifhmu għaliex kważi 45% mill-parroċca tagħna ma jkunux preżenti mal-bqija tal-komunità għall-quddies tal-Ħadd. Ċerti li dan se jkun fost l-ewwel punti, li l-kappillan il-ġdid, Dun Reuben Deguara se jkollu  fuq l-aġenda tiegħu hekk kif fi ftit ġranet oħra, huwa jibda’ l-ħidma pastorali tiegħu fostna.

Ara n-Nota Pastorali tal-Isqfijiet >>>

Ara Inizjattivi għal ċelebrazzjoni aħjar tal-quddiesa >>>

"JA NIES TA’ WIĊĊ B’IEĦOR..."

IT-TNEJN U GĦOXRIN

ĦADD MATUL IS-SENA

- 3 Settembru 2006 -

"Dan il-poplu bix-xofftejn biss jagħtini ġieh, imma qalbhom hija ’l bogħod minni. Fiergħa hi l-qima li jagħtini; jgħallmu duttrina li mhix għajr preċetti tal-bnedmin. Hekk intom twarrbu l-kmandamenti ta’ Alla biex tħaddnu t-tradizzjonijiet tal-bnedmin.”
 

Qari mil-Liturġija tal-Ħadd >>>

Ħsieb dwar l-Evanġelju >>>

Fi ftit żmien ieħor... minn dawn il-paġni... illustrata bi stampi u ritratti... ġrajja li għada għaddejja llum...

 

 

L-ISTORJA TA' FATIMA

 

 

 

Il-Messaġġ tal-Madonna għad għandu tifsira speċjali anke fi żmienna...

 

Sit uffiċċjali tal-Parroċċa Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien, Malta

Persuna Responsabbli - Joe Farrugia, Tel 00356 79801385

email - jf@interteklabs.com

Kumpanija tal-IT - InterTek Laboratories Ltd, Tel 00356 21419824/5