Il-Papa fil-Kamp tal-Konċentrament f’Auschwitz

Għaliex, Mulej, bqajt sieket? 

Kif stajt tippermetti dan kollu?

"Huwa kważi impossibli li titkellem f’dan il-post tat-tkexkix, f’dan il-post fejn seħħew, kontra Alla u kontra l-bniedem, delitti tal-massa li bħalhom qatt ma nstama’ – u dan huwa partikularment diffiċli u ta’ dwejjaq għal Nisrani, għal Papa mill-Ġemanja."

Hekk beda d-diskors tiegħu l-Papa Benedittu XVI nhar il-Ħadd, 28 ta’ Mejju 2006 waqt żjara li għamel fil-Kamp tal-Konċentrament ta’ Auscħwitz-Birkenau.  Huwa kompla ...

"F’post bħal dan wieħed ma jsibx kliem; fl-aħħar jista’ jkun hemm biss silenzju li jbażża’ – silenzju li fih innifsu huwa karba lil Alla: “Għaliex, Mulej, bqajt sieket?  Kif stajt tippermetti dan kollu? Fil-ħemda, imbagħad inbaxxu rasna, quddiem il-lista bla tmiem ta’ dawk li batew u li inqatlu hawn; b’danakollu il-ħemda tagħna jinbidel f’talba għall-maħfra u rikonċiljazzjoni, talba lil Alla ħaj biex qatt aktar ma jħalli li dan jerġa’ jseħħ.

"Ġwanni Pawlu II ġie hawn bħala bin il-poplu Pollakk.  Jiena ġejt hawn illum bħala iben il-poplu Ġermaniż.  Għal din ir-raġuni nista’ u għandi ntenni l-kliem li qal hu: “Ma stajtx ma niġix hawn. Kelli niġi.  Huwa dmir quddiem il-verità u dak li kien mistħoqq lil dawk kollha li sofrew hawn.  Għalija huwa dmir quddiem Alla, li niġi hawn bħala s-suċċessur ta’ Ġwanni Pawlu II u bin il-poplu Ġermaniż – iben dak il-poplu li nħakem minn ċirku ta’ kriminali wara wegħdiet foloz ta’ futur ta’ kobor u ta’ ksib mill-ġdid tal-unur tan-nazzjon, prominenza u prosperità, imma wkoll permezz ta’ terrur u intimidazzjoni, bir-riżultat li l-poplu tagħna kien użat u abbużat bħala strument tal-kilba li kellhom għal-qerda u għall-poter."

Ara d-diskors kollu tal-Papa Benedittu XVI

Il-Miġja ta’ l-Ispirtu s-Santu

(4 Ġunju 2006)

Ġesú nefaħ fuqhom u qalilhom: “Ħudu l-Ispirtu s-Santu."

 

Qari mil-Liturġija tal-Ħadd>>> 

Ħsieb dwar l-Evanġelju >>>

 

Ejja, Spirtu s-Santu,
imla l-qlub tal-fidili tiegħek u kebbes fihom in-nar ta’ mħabbtek.

Ibgħat l-Ispirtu tiegħek u huma jkunu maħluqa.  U inti ġedded il-wiċc ta’ l-art.

 

 

 

 

 

Sit uffiċċjali tal-Parroċċa Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien, Malta

Persuna Responsabbli - Joe Farrugia, Tel 00356 79801385

email - jf@interteklabs.com

Kumpanija tal-IT - InterTek Laboratories Ltd, Tel 00356 21419824/5