|
RAS IR-RANDAN
L-Erbgħa, 1 ta’ Marzu
huwa l-ewwel jum tar-Randan u huwa hemm l-obbligu
tas-sawm u astinenza mil-laħam.
|
|
ADORAZZJONI FIL-KAPPELLA
SAN BERT
Infakkru li
l-Kappella ta’ San Bert, fi Triq il-Kbira, Ħal Tarxien
qed tkun miftuħa fil-ġranet kollha, mit-Tnejn sas-Sibt,
fil-għodu bejn is-6.30 u l-10.00 am, u fil-għaxija, bejn
is-6.30 u 9.00pm. |
|
QUDDIESA OĦRA KULL NHAR
TA’ SIBT
Fil-quddies ta’
tmiem il-ġimgħa ġie mħabbar li matul il-ġimgħat
tar-Randan, ser tibda ssir quddiesa oħra nhar ta’ Sibt
fil-għaxija. Il-quddiesa tibda fis-7.30 pm u ser
issir f’Dar Nażaret. |
|
LAQGĦAT TA’ TALB KULL
NHAR TA’ ERBGĦA
Infakkru li il-Prayer
Group tal-Parroċċa ilu diversi snin jorganiżża laqgħa
ta’ talb u tifħir kull nhar ta’ Erbgħa fil-għaxija.
Daw
fil-Kappella ta’ Santa Marija. |
|
NAPPREZZAW KULL GĦAJNUNA
Kull min ikun jixtieq
li jgħin b’xi mod f’din il-website jew f’xi ħidma oħra
fil-Parroċca huwa mitlub jċempel lill-Kappillan Fr Renè
Vella fuq 21828153, inkella jiktbilna
email.... |
|
LURA F’DAR
IL-MISSIER
Kurja
Furjana, 4 Mar 2005:
“Wieħed mis-sinjali l-kbar li juru li l-bniedem ikun
jitbiegħed minn Alla huwa meta l-bniedem jibda jaħseb li
l-kejl ta’ x’inhu tajjeb jew le għalih innifsu qiegħed biss
f’idejh u jiddeċiedi dwaru hu stess.”
Hekk
kiteb l-Monsinjur Arċisqof Ġużeppi Mercieca fil-Pastorali
tar-Randan ta’ din is-sena. Taħt it-titolu ta’ “Lura F’Dar
il-Misser”, l-Arċisqof qal li fil-bidu tar-Randan Imqaddes,
tkun ħaġa tajba u f’waqtha jekk, bħala individwi u bħala
komunità nieqfu nirriflettu ftit fuq x’irridu nagħmlu biex dan
iż-żmien speċjali fil-ħajja ta’ l-Insara ma jiġix u jmur
mingħajr ma jħallilna frott spiritwali kotran f’ħajjitna.
Fuq
tixbiħa tal-parabbola ta’ l-Iben il-ħali (Luqa 15:11-32),
Monsinjur Mercieca qal li Alla jibqa’ jistedinna u jħeġġiġna
biex nirritornaw għandu ħalli jkun jista’ jilqagħna u
jħaddanna miegħu. Il-qawwa tal-maħfra miksuba
mis-sagriffiċcju ta’ Kristu tista’ tiġi limitata biss min-naħa
tal-bniedem. Dan jiġri jekk fil-bniedem ma jkunx hemm rieda
tajba, u ħeġga għall-konverżjoni u għall-indiema.
Il-bniedem huwa msejjaħ ukoll biex huwa wkoll juri ħniena ma’
l-oħrajn. Hekk ngħidu kull meta nitolbu l-Missierna, ‘aħfrilna
dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina.’
L-Arċisqof temm jgħid li “Alla, Missierna, qed jistenniena
niltaqgħu miegħu, sogħbiena għan-nuqqasijiet tagħna, biex
permezz ta’ Ibnu li ġie biex jifdina, jagħmilna nies ġodda,
ħbieb ma’ Alla u ma’ xulxin.”
Ara l-Pastorali Sħiħa
Ara l-messaġġ tal-Papa
Benedittu XVI għar-Randan 2006

|

Ħajr tar-ritratt lill-Catholic Press
Photo |
Għal żmien ir-Randan, li din is-sena
jibda l-Erbgħa, 1 ta’ Marzu, qegħdin noffru bl-ilsien
tagħna, it-test sħiħ tal-Via Sagra miktuba mill-Papa
Benedittu XVI meta kien għadu Kardinal. Is-sena li
għaddiet, din il-Via Sagra kienet saret fil-Kolossew u
tmexxiet mill-Kardinal Ruini. Peress li dak in-nhar,
il-Papa Ġwanni Pawlu II kien indispost, huwa segwa
l-fuzjoni mill-kappella privata tiegħu permezz video
link.
Il-ħajr tagħna lis-Sur Harry Agius
Ordway tax-xogħol tiegħu biex qaleb din il-Via Sagra
għall-Malti.
Via Sagra
mal-Papa |
FR
FABIO DWAR IL-FORMAZZJONI KONTINWA
"Inxandru dak li
nemmnu u ngħixu dak li nxandru"

In-nisrani jew nisranija vera tal-ġejjieni jew se tkun persuna
‘mistika’, jiġifieri persuna li għamlet ‘esperjenza’, jew mhi
se tkun xejn. Hekk stqarr Fr Fabio Attard, f’diskors tiegħu
dwar l-Importanza tal-Formazzjoni Kontinwa.
F'’għeluq il-laqgħa li saret
fil-Kappella tad-Dar Ċentrali tal-MUSEUM fil-Blata l-Bajda,
Fr Fabio qal li quddiem suġġett bħal dan kien meħtieġ li wieħed
jimxi bil-mod, kemm għax dan mhux wieħed faċli, kif ukoll għaliex
fi żmien meta l-ħajja qed tinbidel b’veloċità mgħaġġla, li
titkellem dwar formazzjoni kontinwa tkun tirriskja li tħares
lejn il-formazzjoni bħala xi ħaġa utli li żżomm il-maġna
tal-organiżżazzjoni għaddejja, daqs li kieku kienet xi realtà
mekkanika.
Huwa qal li l-formazzjoni taf il-bidu tagħha f’relazzjoni
mal-misteru ta’ Kristu u għalhekk inkunu qed nagħżqu fl-ilma
jekk nippruvaw nikkonvinċu ruħna li l-ewwel triq li jeħtieġ
naqbdu hija dik ta’ formazzjoni teknika – knowledge
purament intelletwali, jew inkella għarfien ta’ skills
biss.
Għal persuna li għamlet l-għażla għal Kristu huwa
indispensabbli li tibqa tixrob u tmantni ruħha mill-għajn li
tatha l-ħajja.
Ara diskors kollu.
|