|
RAS IR-RANDAN
L-Erbgħa, 1 ta’ Marzu
huwa l-ewwel jum tar-Randan u huwa hemm l-obbligu
tas-sawm u astinenza mil-laħam.
|
|
ADORAZZJONI FIL-KAPPELLA
SAN BERT
Infakkru li
l-Kappella ta’ San Bert, fi Triq il-Kbira, Ħal Tarxien
qed tkun miftuħa fil-ġranet kollha, mit-Tnejn sas-Sibt,
fil-għodu bejn is-6.30 u l-10.00 am, u fil-għaxija, bejn
is-6.30 u 9.00pm. |
|
QUDDIESA OĦRA KULL NHAR
TA’ SIBT
Fil-quddies ta’
tmiem il-ġimgħa ġie mħabbar li matul il-ġimgħat
tar-Randan, ser tibda ssir quddiesa oħra nhar ta’ Sibt
fil-għaxija. Il-quddiesa tibda fis-7.30 pm u ser
issir f’Dar Nażaret. |
|
LAQGĦAT TA’ TALB KULL
NHAR TA’ ERBGĦA
Infakkru li il-Prayer
Group tal-Parroċċa ilu diversi snin jorganiżża laqgħa
ta’ talb u tifħir kull nhar ta’ Erbgħa fil-għaxija.
Daw
fil-Kappella ta’ Santa Marija. |
|
NAPPREZZAW KULL GĦAJNUNA
Kull min ikun jixtieq
li jgħin b’xi mod f’din il-website jew f’xi ħidma oħra
fil-Parroċca huwa mitlub jċempel lill-Kappillan Fr Renè
Vella fuq 21828153, inkella jiktbilna
email.... |
|
FR
FABIO DWAR IL-FORMAZZJONI KONTINWA
"Inxandru dak li
nemmnu u ngħixu dak li nxandru"

In-nisrani jew nisranija vera tal-ġejjieni jew se tkun persuna
‘mistika’, jiġifieri persuna li għamlet ‘esperjenza’, jew mhi
se tkun xejn. Hekk stqarr Fr Fabio Attard, f’diskors tiegħu
dwar l-Importanza tal-Formazzjoni Kontinwa.
F'’għeluq il-laqgħa li saret
fil-Kappella tad-Dar Ċentrali tal-MUSEUM fil-Blata l-Bajda,
Fr Fabio qal li quddiem suġġett bħal dan kien meħtieġ li wieħed
jimxi bil-mod, kemm għax dan mhux wieħed faċli, kif ukoll għaliex
fi żmien meta l-ħajja qed tinbidel b’veloċità mgħaġġla, li
titkellem dwar formazzjoni kontinwa tkun tirriskja li tħares
lejn il-formazzjoni bħala xi ħaġa utli li żżomm il-maġna
tal-organiżżazzjoni għaddejja, daqs li kieku kienet xi realtà
mekkanika.
Huwa qal li l-formazzjoni taf il-bidu tagħha f’relazzjoni
mal-misteru ta’ Kristu u għalhekk inkunu qed nagħżqu fl-ilma
jekk nippruvaw nikkonvinċu ruħna li l-ewwel triq li jeħtieġ
naqbdu hija dik ta’ formazzjoni teknika – knowledge
purament intelletwali, jew inkella għarfien ta’ skills
biss.
Għal persuna li għamlet l-għażla għal Kristu huwa
indispensabbli li tibqa tixrob u tmantni ruħha mill-għajn li
tatha l-ħajja.
Ara diskors kollu.

|

Ħajr tar-ritratt lill-Catholic Press
Photo |
Għal żmien ir-Randan, li din is-sena
jibda l-Erbgħa, 1 ta’ Marzu, qegħdin noffru bl-ilsien
tagħna, it-test sħiħ tal-Via Sagra miktuba mill-Papa
Benedittu XVI meta kien għadu Kardinal. Is-sena li
għaddiet, din il-Via Sagra kienet saret fil-Kolossew u
tmexxiet mill-Kardinal Ruini. Peress li dak in-nhar,
il-Papa Ġwanni Pawlu II kien indispost, huwa segwa
l-fuzjoni mill-kappella privata tiegħu permezz video
link.
Il-ħajr tagħna lis-Sur Harry Agius
Ordway tax-xogħol tiegħu biex qaleb din il-Via Sagra
għall-Malti.
Via Sagra
mal-Papa |
G audium
et Spes
Il-Kostituzzjoni Pastorali tal-Konċilju Vatikan II dwar
il-Knisja fid-Dinja tal-lum. F’għeluq l-erbgħin sena
mill-publikazzjoni ta’ dan id-dokument importanti, dawn huma
xi noti li qed jitqassmu fil-laqgħat tal-Katekeżi Adulta
Ma’ l-Adulti li qed issir f’Dar Nażaret, Ħal Tarxien,
kull nhar ta’ Tlieta, fis-7.00pm.

|