Sit uffiċċjali tal-Parroċċa Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien, Malta



Meta ssumu, tqarrsux wiċċkom, bħalma jagħmlu dawk ta' wiċċ b'ieħor, għax dawn ikerrhu wiċċhom biex quddiem in-nies jidhru li huma sajmin. Tassew, ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh.

Ħajr lill-Catholic Press Photo

Għal żmien ir-Randan, li din is-sena jibda l-Erbgħa, 1 ta’ Marzu, qegħdin noffru bl-ilsien tagħna, it-test sħiħ  tal-Via Sagra miktuba mill-Papa Benedittu XVI meta kien għadu Kardinal. Is-sena li għaddiet, din il-Via Sagra kienet saret fil-Kolossew u tmexxiet mill-Kardinal Ruini. Peress li dak in-nhar, il-Papa Ġwanni Pawlu II kien indispost, huwa segwa l-fuzjoni mill-kappella privata tiegħu permezz video link.

Il-ħajr tagħna lis-Sur Harry Agius Ordway tax-xogħol tiegħu biex qaleb din il-Via Sagra għall-Malti.

Via Sagra mal-Papa



QUDDIESA OĦRA KULL NHAR TA’ SIBT

Fil-quddies ta’ tmiem il-ġimgħa ġie mħabbar li matul il-ġimgħat tar-Randan, ser tibda ssir quddiesa oħra nhar ta’ Sibt fil-għaxija.  Il-quddiesa tibda fis-7.30 pm  u ser issir f’Dar Nażaret.


ADORAZZJONI FIL-KAPPELLA SAN BERT

Infakkru li l-Kappella ta’ San Bert, fi Triq il-Kbira, Ħal Tarxien qed tkun miftuħa fil-ġranet kollha, mit-Tnejn sas-Sibt, fil-għodu bejn is-6.30 u l-10.00 am, u fil-għaxija, bejn is-6.30 u 9.00pm.


LAQGĦAT TA’ TALB KULL NHAR TA’ ERBGĦA

Infakkru li il-Prayer Group tal-Parroċċa ilu diversi snin jorganiżża laqgħa ta’ talb u tifħir kull nhar ta’ Erbgħa fil-għaxija. Daw fil-Kappella ta’ Santa Marija.


 

QARI TAL-QUDDIES TAL-ĦADD


Żmien ir-Randan

L-Erbgħa ta’ l-Irmied – 01 Marzu

L-Ewwel Ħadd – 05 Marzu

It-Tieni Ħadd – 12 Marzu

It-Tielet Ħadd – 19 Marzu

Ir-Raba' Ħadd – 26 Marzu

Il-Ħames Ħadd – 02 April

Ħadd il-Palm – 09 April

 

 

LITURĠIJA GĦALL-KULJUM


Liturġija tas-Sigħat

Quddiesa ta’ Kuljum

Kalendarju Liturġiku Malti / Inġliż

Qaddis tal-Jum

 

 

SPIRITWALITA’ NISRANIJA


Ir-Rużarju tal-Madonna

Via Sagra Mal-Papa

It-Triq tas-Salib

Devozzjoni Ħniena Divina

Spazju Sagru

 

 

F’PAĠNI OĦRA


Katekeżi għall-Adulti

Reliġjon għall-Eżami, “A Level”

Dokumenti tal-Knisja Kattolika

Storja tal-Konċilji Ekumeniċi

Pastorali tal-Arċisqof, Randan

Messaġġ tal-Papa, Randan