|
JUM
IL-LAJĊI NSARA

Fl-okkażjoni
ta’ Jum il-Lajċi Nsara, Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercieca nhar
il-Ħamis, 16 ta’ Frar 2006 kellu laqgħa mal-lajċi impenjati
f’diversi oqsma tal-ħidma tal-Knisja. Il-laqgħa, bit-tema
“Lajċi b’valuri nsara jfissru familja b’saħħitha”, saret
fid-Dar Ċentrali tal-MUSEUM, Blata l-Bajda, fis-6.30 p.m.
L-ewwel parti
tal-laqgħa kienet fuq kif “Il-valuri jsaħħu l-familja”. Kien
hemm introduzzjoni mill-Perit Joe Magro, Delegat ta’
l-Arċisqof għal-Lajċi, ħsieb spiritwali mill-Gruppi Familji
Nsara, u messaġg minn Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercieca.
It-tieni parti
tal-laqgħa kienet fuq “Il-valur tal-formazzjoni”. Wara
introduzzjoni minn Ms. Mildred Falzon, President tal-Forum ta’
l-Għaqdiet u l-Movimenti Reliġjużi, sar ħsieb spiritwali
mill-Fraternita’ Sekulari ta’ Charles de Foucauld u wara
preżentazzjoni minn Fr. Fabio Attard SDB, dwar “L-importanza
tal-formazzjoni kontinwa”.
|

G audium et Spes
Il-Kostituzzjoni Pastorali
tal-Konċilju Vatikan II dwar il-Knisja fid-Dinja tal-lum.
F’għeluq l-erbgħin sena mill-publikazzjoni ta’ dan id-dokument
importanti, dawn huma xi noti li qed jitqassmu fil-laqgħat
tal-Katekeżi Adulta Ma’ l-Adulti li qed issir
f’Dar Nażaret, Ħal Tarxien, kull nhar ta’ Tlieta, fis-7.00pm.
L-Ewkaristija
Mill-bidunett
tal-Knisja, il-qsim tal-ħobż kien
il-qalba tal-ħajja nisranija. U llum?
Ritwaliżmu? Lil Kristu kienu qalulu, “Iebes dal-kliem!
Min jista' jifhmu?” U aħna
fhimna kollox?
F'serje
ta’ 22 artiklu, Fr Renè
Camilleri, lecturer tat-teoloġija fl-Università ta’
Malta,
jidħol
fil-qalb ta’ tagħlim nisrani dwar dan is-Sagrament.
Ħajr liċ-ĊAK.
“Ħwejjeġ
bħal dawn qatt ma rajniehom!”
Meta
Ġesù reġa’ daħal Kafarnahum, in-nies semgħet li kien id-dar. U
nġabru bosta, hekk li ma kienx hemm fejn joqogħdu iżjed, anqas
quddiem il-bieb. U qagħad ixandrilhom il-kelma.
U marru ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, merfugħ minn erbgħa
min-nies. Billi ma setgħux jersqu sa ħdejh minħabba fil-kotra,
qalgħu s-saqaf ta’ fuqu, fetħu toqba, u niżżlu minnha l-friex
li fuqu kien hemm il-mifluġ. Meta ra l-fidi tagħhom, Ġesù qal
lill-mifluġ: “Ibni, dnubietek maħfura.”
Mela kien hemm bilqiegħda xi wħud mill-kittieba, u f’qalbhom
bdew jgħidu: “Dan kif qiegħed jitkellem hekk? Dan qiegħed
jidgħi! Min jista’ jaħfirhom id-dnubiet ħlief Alla biss?”
Ġesù, malli ntebaħ fih innifsu x’kienu qegħdin jgħidu bejnhom
u bejn ruħhom, qalilhom: “Għaliex qegħdin taħsbu hekk
f’qalbkom? X’inhu l-eħfef, tgħid lill-mifluġ, ‘Dnubietek
maħfura’, jew tgħidlu, ‘Qum u aqbad friexek u imxi’? Mela biex
tkunu tafu li Bin il-bniedem għandu s-setgħa jaħfer id-dnubiet
fuq l-art,” – qal lill-mifluġ - “Qum, qiegħed ngħidlek, aqbad
friexek u mur lejn darek.” Dak qam, qabad malajr friexu, u
ħareġ ’il barra quddiem kulħadd. U kulħadd stagħġeb, u bdew
ifaħħru ’l Alla u jgħidu: “Ħwejjeġ bħal dawn qatt ma
rajniehom!” (Mk 2:1-12)
-
Ħadulu
quddiemu wieħed mifluġ – Huma kienu qed jaraw biss dak li
jidher minn barra. Raw biss il-masrd fiżiku tiegħu. Ġesù
ħares lejh bħala bniedem sħiħ. Ried ifejjqu kemm minn ġismu
kif ukoll minn ruħu.
-
Meta ra
l-fidi tagħħom - Din kienet l-unika ħaġa meħtieġa li kien
ifittex Ġesù, il-fidi. Temmen li jiena nista’ nfejjqek?
Iva, Mulej, jiena nemmen. Mela afda fija. Ħa jkunlek dak
li tlabt.
-
Dan
qiegħed jidgħi - Hekk ħasbu f’qalbhom dawk li kienu
jirraġunaw, “għajn b’għajn u sinna b’sinna”. Il-maħfra tant
ma kienetx f’qalbhom, li meta semgħu lil Ġesù jgħid,
“Dnubitek maħfura”, haduha bi kbira. Imma Ġesù mhux biss
ħafer id-dnubiet hu, imma għadda dil-missjoni tiegħu
lill-Knisja tiegħu. U jiena kultant narmi fil-ġenb il-ħniena
ta’ Alla. Ninsa li fis-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni
(il-Qrar), is-saċerdot ikun qed jaħfer dnubieti fl-Isem
tal-Missier u ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu.
-
Ħwejjeġ
bħal dawn qatt ma rajniehom! – Ftit ġimgħat ilu rajniehom
jistagħġbu bil-qawwa tal-kelma tiegħu. Għax hu kien
jgħallem bħal wieħed li għandu s-setgħa. Illum qed
jistgħġbu b’dak li qed jagħmel. U jiena, nistagħġeb xejn
b’dak li Ġesù jgħidli u jwettaq f’ħajti?
|