ĦOLOQ...

Il-Links li nipprovdu huma biss ħolqa ma' siti oħra u li ma għandna ebda kontroll fuq il-kontenut tagħhom. 

Għalhekk aħna mhux bilfors naqblu ma' kull ma huwa publikat fihom jew imxandar minnhom.

 

 

LINKS MILL-PARROĊĊA

Arċikonfraternità tas-Santissmu Sagrament.

Fratellanza Madonna tad-Duttrina.

Knisja tal-Erwieħ.

Knisja u Komunità Agostinjani.

Pageant Group.

Soċjetà Duttrina Nisranija - MUSEUM.

Tarxien Youth Centre.

LIBRERIJA TA' RIŻORSI

Bibbja

Katekiżmu tal-Knisja Kattolika

Dokumenti tal-Papiet

Dokumenti Socjali tal-Knisja

Dokumenti tas-Sinodu Djoċesan

Talb u Devozzjonijiet

Riżorsi oħra

LINKS AUDIO-VIŻIVI

Radju RTK.         

Radju Marija,             

Radju Vatikan.

Teleradju Padre Pio.

Kappella Ewkaristika.

Spazju Sagru.

Mużika Sagra.

LINKS OĦRA ...

Arċidjoċesi ta’ Malta.

Djoċesi ta’ Għawdex.

Santa Sede - Vatikan.

Segretarjat għal-Lajċi.

 

Roster tal-Letturi, Animaturu, Ministri Straordinarji tat-Tqarbin fin-Novena tal-Festa. ...>

Lista ta' Kummissjonijiet u Għaqdiet tal-Parroċċa. ...>


TLIET STEDINIET MILL-GRUFAN

Il-Kummissjoni Parrokkjali Familja ta’ ĦalTarxien tixtieq tistiednek għal:-

Laqgħa li ser issir nhar il-Ħamis, 3 ta' Mejju 2012 fis-7.30pm f’Dar Nazaret.  Is-suġġett tal-laqgħa se jkun, “Għaliex xi żwiġijiet jirnexxu minkejja diffikultajiet u oħrajn ifallu?”.

Quddiesa fin-Novena tal-Festa  dedikata lill-Famija. Din se tkun it-Tlieta, 15 ta' Mejju 2012 fis-6.30pm   fil-Knisja Parrokkjali. Iqaddes Dun Karm  Mercieca (Ex Kappillan ta' Ħal Tarxien) Dak inhar ikun iċċelebrat ukoll il-Jum Internazzjonali tal-Familja.

Laqgħa nteressanti ħafna fuq l-IVF. Immexxija Fr Ray Zammit, nhar il-Ġimgħa 8 ta' Ġunju 2012   fis-7.30pm f'Dar Nazaret.


PJAN PASTORALI ĠDID GĦALL-PARROĊĊA

Wara ħidma ta’ bosta xhur mill-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu u mill-Kunsill Pastorali, issa l-parroċċa Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien tinsab fil-fażi finali qabel timplimenta il-Pjan Pastorali ġdid għas-snin 2012 – 2014.

Il-pjan ikompli fuq il-viżjoni tal-pjan 2009-2011 li matulu l-kummissjonijiet djakonija, familja, kateketika u liturġija li qed isibu posthom aħjar fil-ħajja pastorali tal-parroċċa.  Bdiet issir ukoll Lectio Divina f’żewg żoni tal-parroċċa, kiber il-kuntatt bejn it-tliet żoni u beda proċess ta’ ħidma bejn mal-parroċċi l-oħra fl-istess Unità Pastorali. Fuq kollox żdiedu diversi mumenti ta’ talb komunitarju l-aktar matul l-Avvent u r-Randan.

Il-Pjan Pastorali l-ġdid se jkompli jibni fuq dak kollu li twettaq qabel, itejjeb dawk il-ħidmiet oħra li jista’ jkun għadhom ma tawx il-frott meħtieġ u jipproponi aktar impenn u ħidma ġdida biex id-dixxipli tal-parroċċa jkomplu jitħejjew fit-triq tal-Mulej.

Ara l-abbozz tal-Pjan Pastorali … >


LECTIO DIVINA

Waqt is-Sinodu tal-Isqfijiet fl-2009, il-Papa Benedittu XVI qal, “Jiena nixtieq b’mod partikulari nfakkar u nirrakkomanda t-tradizzjoni antika tal-Lectio Divina. Jekk din tkun inkuraġġita b’mod effettiv, il-prattika tagħha ġġib fil-Knisja – jiena konvint minn dan – rebbiegħa spiritwali ġdida.”  

F’Dar Nazaret f’Ħal Tarxien isiru laqgħat ta’ Lectio Divina kull nhar ta’ Tnejn mis-7.15 sat-8.30pm.


 

 

25 Kappillan

Fi storja ta’ aktar minn 400 sena, il-parroċċa tagħna tmexxiet minn 25 kappillan, u għalkhekk il-Kappillan preżenti, Fr Reuben Deguara huwa l-25 kappillan fil-parroċċa tagħna. 

Dun Reuben twieled il-Mosta nhar l-Erbgħa, 21 ta’ Lulju 1971 u kien ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju 1997.  Wara l-ordinazzjoni tiegħu huwa ħadem fil-parroċċa tal-Mosta; f’dik ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara, fejn serva bħala Viċi-Parroku; u fiż-Żejtun.  Kien ukoll Direttur Spiritwali fl-iskola tal-Ħandaq, Segretarju fis-Segretarjat għall-Kleru u għall-Membri ta’ Istituti ta’ Ħajja Konsagrata, u Segretarju tal-Kunsill Presbiterali Djoċesan.

F’April 2002 huwa kien inħatar bħala Kappillan tal-Parroċca ta’ Santa Marija f’Ħad Dingli fejn baqa' jwettaq il-ħidma pastorali tiegħu sal-ħatra tiegħu bħala kappillan tagħna.Huwa kien maħtur bħala Ragħaj Spiritwali f’Ħal Tarxien minn Monsinjur Arċisqof Ġużeppi Mercieca, fl-20 ta’ Ġunju 2006

Sit uffiċċjali tal-Parroċċa Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien - Tel 00356 21828153