Illum qed nibgħat lilek biex twassal il-ħniena tiegħi lill-umanità kollha.

 

ĠESÙ,

JIENA NAFDA FIK.

 

 

Alla, għani fil-ħniena, hu dak li Ġesù Kristu wriena bħala l-Missier: hu Ibnu stess li, fih innifsu, urihulna u għarrafulna."

 

Mill-Enċiklika, Dives in Misericordia

ta' Ġwanni Pawlu II, 30 Nov 1980

 

 

 

 

 

 

  • L-erwieħ li jgħidu il-kurunella tal-ħniena jkunu mħaddna mill-Ħniena Tiegħi tul ħajjithom u l-iktar fis-siegħa ta’ mewthom.

  • Nixtieq nagħti grazzji li ma timmaġinawx lil dawk l-erwieħ li jafdaw fil-Ħniena Tiegħi.

  • Permezz tal-kurunella tal-ħniena intom taqilgħu kollox, jekk dak li tkunu qegħdin titolbu għalih jaqbel mar-Rieda Tiegħi.

  • Meta midimbin li jkunu ilhom jgħixu fid-dnub jgħidu l-kurunella, jiena nimla lil ruħhom bil-paċi u s-siegħa ta’ mewthom tkun ferħana.

  • Meta tirreċitaw din il-kurunella ħdejn persuna li qiegħa tmut, jiena nieqaf bejn  Missieri u r-ruħ agoniżżanti mhux bħala Imħallef Ġust, iżda bħala Salvatur Ħanin.