|

|
©
Ħajr tar-ritratti lill-Catholic Press Photo ta’ Ruma |
|


 |

Joseph
Ratzinger twieled f’Marktl am Inn nhar Sibt il-Għid, fis- 16 ta’
April 1927 u kien mgħammed dak in-nhar stess. Missieru li kien
pulizija, kien ġej minn familja ta’ bdiewa mill-Bavarja. Ommu kienet
minn Rimsting u qabel iżżewġet kienet taħdem bħala koka.
Iċ-ċkejken Joseph għadda tfulitu u l-adoloxxenza tiegħu fi
Traunstein, villaġġ żgħir maġenb il-fruntiera ma’ l-Awstrija.
Żgħożitu xejn ma kienet
waħda faċli. Il-fidi u l-edukazzjoni li rċieva d-dar ħejjewh
għall-esperjenza ħarxa li kellu jgħaddi minnha matul is-snin li
pajjiżu kien maħkum mir-reġim Nażista. Kellu jara huwa stess kif
in-Nażi kienu sawtu lill-kappillan kif kien ħiereġ iqaddes.
Kien propju matul dan
iż-żmien li skopra il-ġmiel u l-verità tal-fidi fi Kristu.
Il-pedament ta’ dan kollu kienet bla dubju l-formazzjoni li ħa
mill-membri l-oħra tal-familja tiegħu li kienu xhieda ta’ tjubija u
tama, li kellhom għeruqhom fir-rabta konvinta tagħhom mal-Knisja. |
|

 |

Bejn l-1946 u l-1951 huwa
studja il-filosofija u t-teoloġija u fid-19 ta’ Ġunju 1951 huwa kien
ordnat saċerdot. Sena war beda jgħallem u fl-1953 huwa irċieva
dottorat fit-teoloġija bit-teżi tiegħu dwar “It-Teoloġija ta’
l-Istorja f’San Bonaventura.”
Bejn 1959 u 1969 huwa
għallem f’Bonn, f’ Münster u f’ Tübingen. Kien preżenti
għall-Konċilju Vatikan II fejn ta kontribut importanti bħala espert
tal-Kardinal Joseph Frings, Arċisqof ta’ Cologne.
Fl-1972, flimkiena ma’
teoloġi kbar oħra, fosthom Hans Urs von Balthasar u Henri de Lubac,
huwa beda ir-rivista teoloġika influwenti ħafna, “Communio”
Fost il-pubblikazzjonijiet il-kitbiet tiegħu publikati dak iż-żmien
insibu “Introduzzjoni ghal Kristjanezimu”, ġabra ta lezzjonijiet
fuq il-fidi apostolika, ippubblikat fl-1968 u “Domma u
Rivelazzjoni”, antoloġija ta’
kitbiet, priedki u riflessjonijiet ippubblikat fl-1973. |
|


 |

F'Marzu 1977, il-Papa
Pawlu VI ħatru Arċisqof
ta' Munich u Freising u kien ikkonsagrat fit-28 ta Mejju ta'
l-istess sena. Fid-Djoċesi
tal-Bavarja kien ilu ma jkun ikkonsagrat qassis djoċesan
bħala rgħaj
pastorali għal madwar 80 sena.
Imbagħad xahar wara, fis-27 ta'
Ġunju,
il-Papa Pawlu VI għamlu Kardinal.
Fil-25 ta Novembru 1981
huwa kien nominat mill-Papa
Ġwanni
Pawlu II bħala Prefett
tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi, President tal-Kummissjoni
Biblika Pontifiċja
u President tal-Kummissjoni Internazzjonali Teoloġika. Relatur
tal-5 Assembleja
Ġenerali
tas-Sinodu tal-Isqfijiet fil-1980 u President Delegat tas-6
Assembleja Sinodali fl-1983.
|
|


 |

Fis-6 ta Novembru 1998
huwa kien elett Viċi-Dekan
tal-Kulleġġ tal-Kardinali u fit-30 ta Novembru 2002, approva
l-elezzjoni tiegħu, bħala
Dekan tal-Kulleġġ tal-Kardinali.
Wara sitt snin xoghol
bhala President tal-Kummissjoni ghall-Preparazzjoni tal-Katekizmu
tal-Knisja Kattolika, (1986-1992) huwa pprezenta l-Katekizmu l-Gdid
lill-Papa Gwanni Pawlu II.
Fl-1999 huwa rraprezenta
lill-Papa fic-celebrazzjonijiet li sar fit-12 l-anniversarju
mit-twaqqif tad-djocesi ta'Paderborn fil-Germanja.
Kien moghti diversi
dottorati Honoris Causa minn diversi universitajiet madwar id-dinja.
Kien ukoll mahtur membru onorarju fl-Akkademja tax-Xjenza Pontificja
sa mit-13 ta Novembru 2000.
Kien ukoll wieħed
mill-eqreb kollaboraturi tal-Papa Ġwanni Pawlu II u kien ikollu
laqgħat frekwenti u regolari miegħu dwar diversi ħwejjeġ li
jirrigwardaw il-Knisja Universali.
|
|


 |

Wara kważi siegħa, ħareġ
quddiem il-folla, li mliet kull rokna tal-pjazza, il-Kardinal Cilen
Jorge Arturo medina Estives li qal il-kliem tant mistenni "Annuntio
vobis gaudium magnum. Habemus Papam: Eminentissimum ac
Reverendissimum Dominum, Dominum Josephum; Sanctae Romanae Ecclesiae
Cardinalem Ratzinger qui sibi nomen imposuit Benedictum XVI."
B'hekk tħabbar lid-dinja
li l-Kardinal Ratzinger kien elett bħala l-265 Papa u li kien għażel
l-isem ta Benedittu XVI. Il-Knisja Kattolka kien ilu ma jkollha
Papa Ġermaniż għal madwar 950 sena.
Il-Papa ħareġ u sellem
lill-folla mimlija entużjażmuu qabel ta il-barka Urbi et Orbi,
għamel dan id-diskors qasir.
Għeżież ħuti. Wara l-Papa
l-Kbir, Ġwanni Pawlu II, il-Kardinali eleġġew lili, sempliċi ħaddiem
umli fl-għalqa tad-dwieli ta Alla. Jikkunslani l-fatt li l-Mulej
jaf jaħdem u jaġixxi, anke b'għodda insuffiċenti. Nafda lili nnifsi
lit-talb tagħkom. Fil-ferħ ta Kristu Rxoxt, fiduċjużi mill-għajnuna
dejjiema tiegħu, nimxu 'l quddiem, biċ-ċertezza li Alla jgħinna. U
Marija, l-omm maħbuba tiegħu, tieqaf magħna. Grazzi. |
|