|
 |
L-Abjad, li juri l-karattru festiv ta’ l-aqwa ċelebrazzjonijiet
tal-Knisja. Għalhekk jintuża fil-festi tal-Mulej (fosthom il-Milied
u l-Għid), u l-festi tal-Madonna u tal-Qaddisin, li b’ħajjithom saru
jixbħu lil Ġesù u għalhekk huma ta’ eżempju għalina.
|
|
L-Aħmar, li huwa s-simbolu ta’ l-imħabba u tax-xhieda li jkunu taw
dawk li jkunu ingħataw il-mewt minħabba t-twemmin tagħhom f’Ġesù.
Għaldaqstant dan il-kulur jintuża primarjament f’Ħadd il-Palm u
l-Ġimgħa l-Kbira, f’Pentekoste, u fil-festi tal-Qaddisin martri.
|
 |
|
 |
L-Aħdar, il-kulur li jintuża f’dan iż-żmien li qegħdin fih, iż-Żmien
matul is-Sena, jissimboleġġa t-tama fil-wegħdiet t’Alla u fil-ħajja
ta’ dejjem.
|
|
Il-Vjola, li huwa sinjal tal-penitenza, festi kbar u mewt.
Għalhekk jintuża fi żmien l-Avvent u r-Randan, kif ukoll
fiċ-ċelebrazzjonijiet penitenzjali u fil-quddies tal-mejtin.
|
 |
|