|
DEMM MINN GĦAJNEJN XBIEHA TAL-MADONNA |
|
![]() |
Furjana, 21 ta' April 2006 - Stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Uffiċċju Stampa tal-Arċidjoċesi ta’ Malta tgħid li ftit ġimgħat ilu kien ġie rapportat każ ta’ statwa tal-Madonna f’dar privata li minn għajnejha feġġ likwidu aħmar li wara stħarriġ mill-Awtoritajiet tal-Knisja f’Malta rriżulta li hu demm uman. Ġimgħat wara dawn l-eżamijiet, reġa’ ġie rapportat li minn għajnejn l-istess statwa feġġ aktar likwidu aħmar. L-Awtoritajiet tal-Knisja se jkomplu bl-istħarriġ neċessarju. Seba’ snin ilu kien hemm każ simili, li din id-darba pero kien seħħ ġewwa l-knisja tal-patrijiet Dumnikani fir-Rabat, Malta. F’aktar minn okkażjoni waħda kien deher bħal dmugħ ħamrani iċarċar minn għajn il-Madonna tal-Għar meqjuma f’din il-Knisja. Anke dak in-nhar kien konfermat li l-lilkwidu kien demm uman. Illum din ix-xbieha hija meqjuma fl-istess Knisja u diversi persuni jżuruha kuljum biex jitolbu quddiemha. |