|
MIRAKLI MIT-TESTMENT IL-QADIM

Il-Ħolqien tas-sema u l-art
(Ġen:1:1)
Fil-bidu Alla ħalaq is-sema u l-art:(Ġen:1:2) u kienet l-art
taħwid u baħħ; u d-dlam kien fuq wiċċ l-abbissi u fuq wiċċ l-ibħra kien
jittajjar l-ispirtu ta' Alla.(Ġen:1:3) U qal Alla: ̋Ħa jkun id-dawl.̏
U d-dawl sar.(Ġen:1:4) U ra Alla d-dawl li kien tajjeb. U Alla
fired id-dawl mid-dlam.(Ġen:1:5) U d-dawl Alla semmieh jum, u d-dlam
sejjaħlu lejl. U dalam u sebaħ - L-ewwel jum.(Ġen:1:6) U qal
Alla: ̋Ha jkun hemm medda f'nofs l-ilmijiet u tifred ilma minn ilma.̏(Gen:1:7)
U Alla għamel il-medda u fired l-ilma ta' taħt il-medda mill-ilma ta'
fuq il-medda. U hekk sar.(Ġen:1:8) U l-medda Alla semmieha sema.
U dalam u sebaħ - It-tieni jum.(Ġen:1:9) U qal Alla: ̋Ha
jinġemgħu naħa waħda l-ilmijiet ta' taħt is-sema u jidher l-inxif.̏ U
hekk sar.(Ġen:1:10) U sejjaħ Alla l-inxif art; u l-ġemgħa ta' l-ilma
sejjħilha baħar. U Alla ra li kollox kien tajjeb.(Ġen:1:11) U qal
Alla: ̋Ħa tnibbet l-art il-ħaxix, ħaxix li jagħmel iż-żerriegħa, siġar
li jagħmlu l-frott biż-żerriegħa ġo fih skond għamliethom, fuq l-art.̏ U
hekk sar.(Ġen:1:12) U nibbtet l-art il-ħaxix, ħaxix li jagħmel
iż-żerriegħa skond għamlietu u siġar jagħmlu l-frott biż-żerriegħa skond
għamlietu; u ra Alla li kien tajjeb.(Ġen:1:13) U dalam u
sebaħ - It-tielet jum.(Ġen:1:14) U qal Alla: ̋Ha jkun hemm
imnariet fil-firxa tas-sema biex jifirdu l-jum mil-lejl, u jkunu sinjali
għat-tqassim taż-żminijiet, tal-jiem u tas-snin.(Ġen:1:15) U jkun
hemm, imnariet fil-firxa tas-sema biex idawwlu l-art.̏ U hekk sar.(Ġen:1:16)
U għamel Alla ż-żewġ imnariet il-kbar; l-imnara l-kbira biex trieġi l-jum,
u l-imnara ż-żgħira biex trieġi l-lejl, u l-kwiekeb.(Ġen:1:17) U
Alla qegħedhom fil-firxa tas-sema biex jiddu fuq l-art,(Ġen:1:18)
u jrieġu l-jum u l-lejl u jifirdu d-dawl mid-dlam. U Alla ra li kien
tajjeb.(Ġen:1:19) U dalam u sebaħ - Ir-raba' jum.(Ġen:1:20)
U qal Alla: ̋Jiżgħed l-ilma b'kotra ta' ħlejjaq ħajjin u jittajjru t-tjur
fuq l-art fil-wesgħa tas-smewwiet.̏(Ġen:1:21)
U Alla ħalaq il-ħut il-kbir u l-annimali kollha li jitkaxkru, li bihom
miżgħud l-ilma, skond ġenshom, u t-tajr bil-ġwienah skond ġenshom. U ra
Alla li kien tajjeb.(Ġen:1:22) U berikhom Alla u qalilhom: ̋Welldu
u oktru, u imlew l-ilma ta' l-ibħra; u joktor it-tajr fuq l-art.̏(Ġen:1:23)
U dalam u sebaħ - Il-ħames jum.(Ġen:1:24) U qal Alla: ̋Ħa
tnissel l-art ħlejjaq ħajja skond ġenshom: bhejjem tad-dar, annimali li
jitkaxkru, u bhejjem selvaġġi, skond ġenshom.̏ U hekk sar.(Ġen:1:25)
U għamel Alla l-bhejjem selvaġġi skond ġenshom, u l-bhejjem tad-dar
skond ġenshom, u l-ħlejjaq kollha li jitkaxkru fuq l-art skond ġenshom.
U ra Alla li kien tajjeb.(Ġen:1:26) U qal Alla: ̋Ħa nagħmlu l-bniedem
fuq is-sura u x-xbieha tagħna, u jaħkmu fuq il-ħut tal-baħar u fuq it-tajr
ta' l-ajru, fuq il-bhejjem tad-dar u fuq il-bhejjem selvaġġi, u fuq
il-ħlejjaq li jitkaxkru fuq l-art.̏(Ġen:1:27) U Alla ħalaq
il-bniedem fuq xbihietu fuq xbihat Alla ħalqu, raġel u mara ħalaqhom.(Ġen:1:28)
U berikhom Alla u qalilhom: ̋Nisslu u oktru, u imlew l-art, u aħkmuha; u
saltnu fuq il-ħut tal-baħar u t-tajr ta' l-ajru u l-ħlejjaq kollha li
jitkaxkru fuq l-art.̏(Ġen:1:29) U qal Alla: ̋Araw, jien tajtkom
tajjeb ħafna. U dalam u sebaħ - Is-sitt jum.

Eva minn Adam
(Ġen:2:20)
U l-bniedem ta isem lil kull bhima u 'l kull tajra ta' l-ajru, u 'l kull
annimal selvaġġ; imma ghall-bniedem ma nstabet ebda għajnuna tgħodd
għalih.(Ġen:2:21) U l-Mulej Alla tefa' nagħsa tqila fuq
il-bniedem; u dan raqad. U ħadlu waħda minn kustiljih u flokha mlieh
bil-laħam.(Ġen:2:22) U l-Mulej Alla sawwar il-kustilja, li kien
ħa mill-bniedem, f'mara u ġiebha lill-bniedem.(Gen:2:23) Mbagħad
il-bniedem qal: ̋Din id-darba din hi għadma minn għadmi, u laħam minn
laħmi, għalhekk tissejjaħ mara, għax mir-raġel ittieħdet hi.̏(Ġen:2:24)
Għalhekk ir-raġel iħalli lil missieru u lil ommu u jingħaqad ma' martu u
jsiru ġisem wieħed.(Ġen:2:25) U t-tnejn kienu għerja, ir-raġel
u martu, u ma kinux jistħu minn xulxin.

Id-dilluvju
(Ġen:7:11)
Fis-sitt mitt sena ta' għomor Noè, fit-tieni xahar, fis-sbatax-il jum
tax-xahar, f'dan il-jum infaqgħu l-għejun tal-qiegh il-kbir u nfetħu
bwieb is-smewwiet.(Ġen:7:12) U baqgħet nieżla x-xita fuq l-art
għal erbgħin jum u erbgħin lejl.(Ġen:7:13) Sewwasew f'dan il-jum
daħlu fl-arka Noè u Sem, Ham u Gafet, ulied Noè, u l-mara ta' Noè, u t-tliet
nisa ta' wliedu magħhom;(Ġen:7:14) huma u l-annimali kollha skond
ġenshom, u l-bhejjem skond ġenshom u kull ma jitkaxkar fl-art skond
ġensu u kull tajra skond ġensha, u kull xorta ta' għasafar.(Ġen:7:15)
Daħlu fl-arka ma' Noè, tnejn tnejn minn kull laħam li kien fih nifs il-ħajja.(Ġen:7:16)
U dawk li daħlu ġew, raġel u mara, minn kull ġens; daħlu bħalma kien
ordnalu Alla. U l-Mulej sakkar warajh.(Ġen:7:17) U d-dilluvju
baqa' sejjer fuq l-art għal erbgħin jum; u l-ilmijiet bdew joktru u
jgħollu l-arka, u din għoliet 'il fuq minn wiċċ l-art.(Ġen:7:18)
U l-ilmijiet tqawwew u kotru ħafna fuq l-art, u l-arka kienet tgħum
f'wiċċ l-ilma.(Ġen:7:19) U tqawwew bis-sħiħ l-ilmijiet fuq l-art,
u għattew il-muntanji għoljin kollha taħt is-sema.(Ġen:7:20)
Ħmistax-il driegh 'il fuq għola l-ilma u tgħattew il-muntanji.(Ġen:7:21)
U mietu l-ħlejjaq ħajjin kollha li jgħixu fuq l-art, tjur, bhejjem tad-dar,
annimali selvaġġi, kull ma jitkaxkar ma' l-art, u l-bnedmin kollha.(Ġen:7:22)
Kull ma kellu nifs il-ħajja f'imnifsejh, kull ma kien jgħix fl-inxif,
miet.(Ġen:7:23) U qered il-ħlejjaq kollha minn wiċċ
l-art: mill-bniedem sal-bhejjem, mill-ħlejjaq li jitkaxkru sat-tajr ta'
l-ajru, kollha nqerdu minn wiċċ l-art, u baqa' biss Noè u dawk li kienu
miegħu fl-arka.(Ġen:7:24) U l-ilmijiet baqgħu jgħarrqu l-art għal
mija u ħamsin jum.

It-torri ta' Babel
(Ġen:11:1)
U l-art kollha kienet ilsien wieħed u kliem wieħed.(Ġen:11:2)
Meta l-bnedmin telqu mil-lvant sabu wita f'art Singhar u baqgħu hemm.(Ġen:11:3)
U qalu wieħed lil iehor: ̋Ejjew nagħmlu l-madum u naħmuh sewwa!̏ U l-madum
kienu jużawh flok il-ġebel, u l-qatran flok it-tajn.(Ġen:11:4) U
reġgħu qalu: ̋Ejjew nibnu belt għalina, u torri, bil-quċċata tiegħu
tilħaq is-smewwiet, u nagħmlu isem għalina, ħalli ma nixterdux mal-wiċċ
kollu ta' l-art.̏(Ġen:11:5) U l-Mulej niżel jara l-belt u t-torri
li kienu qegħdin jibnu l-bnedmin.(Ġen:11:6) U l-Mulej qal: ̋Arahom,
poplu wiehed u lsien wieħed għalihom ilkoll. U dan għadu l-bidu ta'
xogħolhom; issa kull ma jiġihom f'rashom xejn ma jaqtgħalhom qalbhom!(Ġen:11:7)
Ejja, ħa ninżlu u nħabblulhom ilsienhom, ħalli ma jifhmux ilsien
xulxin.̏(Ġen:11:8) U l-Mulej xerridhom minn hemm għal fuq wiċċ
l-art kollha, u waqfu mill-bini tal-belt.(Ġen:11:9) Għalhekk bdew
isejjħulha Babel, ghax hemm ħawwad il-Mulej ilsien l-art, u minn hemm
xerridhom il-Mulej mal-wiċċ kollu ta' l-art.

Nar fuq is-sagrifiċċju ta’ Abram
(Ġen:15:17)
Meta x-xemx kienet niżlet u kien dalam, kenur idaħħan u lsien nar iżiġġ
qasmu minn bejn il-bċejjeċ tal-laħam.
It-tnissil ta’ Iżakk
(Ġen:17:17)
U nxteħet għal wiċċu fl-art Abraham u daħak, u qal f'qalbu: ̋Huwa wieħed
ta' mitt sena jitweldulu t-tfal? U Sara mara ta' disgħin sena tista'
tiled.
(Ġen:18:12)
U Sara daħket f'qalbha u qalet: ̋Wara li dbilt u sidi diġà xjieh sa
jkolli l-pjaċir?̏
(Ġen:21:2)
U Sara tqalet u wildet iben lil Abraham fi xjuħitu, fiż-żmien li kien
qallu Alla.
Il-qerda ta'
Sodoma u Gomorra

(Ġen:19:1)
U ż-żewġ anġli waslu Sodoma fil-għaxija; u Lot kien qiegħed fil-bieb ta'
Sodoma. Malli Lot rahom qam u mar jilqagħhom, u nxteħet wiċċu fl-art
quddiemhom.(Ġen:19:2) U qalilhom: ̋Ara, sidien tiegħi, jekk
jogħġobkom, duru lejn id-dar tal-qaddej tagħkom; għaddu l-lejl hemm,
aħslu riġlejkom u mbagħad bakkru u morru għal triqtkom.̏ U qalulu: ̋Le!
ngħaddu l-lejl fil-misraħ.̏(Ġen:19:3) U hu baqa' jissikkahom, u
huma lwew lejn daru u marru għandu. U lestielhom ikla, ħmielhom ħobż bla
ħmira, u kielu.(Ġen:19:4) Qabel ma raqdu, in-nies tal-belt, in-nies
ta' Sodoma, miż-żgħir sal-kbir, il-poplu kollu minn kull naha, dawwru
d-dar.(Ġen:19:5) U sejjħu lil Lot u qalulu: ̋Fejn huma n-nies li
daħlu għandek illejla? Oħroġhomlna, ħalli ninqdew bihom.̏(Ġen:19:6)
Lot ħareġ għalihom ħdejn il-bieb, u għalaq il-bieb warajh.(Ġen:19:7)
U mbagħad qalilhom: ̋Le, huti, tagħmlux id-deni.(Ġen:19:8) Araw,
jien għandi żewġt ibniet li għadu ma għarafhom ħadd, ħa noħroġhomlkom
it-tnejn u għamlulhom kull ma jogħġobkom f'għajnejkom. Imma lil dawn l-irġiel
la tagħmlulhom xejn, la darba daħlu għall-kenn tas-saqaf tiegħi.̏(Ġen:19:9)
Imma huma qalulu: ̋Warrab minn hawn.̏ U bdew jgħidu: ̋Dan gie frustier
f'nofsna, u issa jrid jagħmilha ta' mħallef! Nagħmlulek agħar minnhom.̏
U ħebbu għal Lot b'kemm kellhom saħħa, u kienu għoddhom kissru l-bieb.(Ġen:19:10)
Imma l-irġiel meddew idejhom, u daħħlu lil Lot fid-dar, u sakkru l-bieb.(Ġen:19:11)
U l-irġiel li kienu ħdejn il-bieb għamewhom ilkoll, miż-żgħir sal-kbir,
u dawn għejew ifittxu l-bieb.(Ġen:19:12) U l-irġiel qalu lil
Lot: ̋Lil min fadallek aktar? Hatnek, uliedek, subien u bniet, u kull ma
għandek fil-belt, oħroġhom minn dan il-post.(Ġen:19:13) Għax aħna
se neqirdu dan il-post, għax l-għajta tagħhom kbira waslet quddiem
il-Mulej u għalhekk bagħatna l-Mulej biex neqirduha.̏(Ġen:19:14)
U ħareġ Lot u qal liż-żewġt irġiel, li kienu żżewwġu liż-żewġt ibniet
tiegħu: ̋Qumu, oħorġu minn hawn, għax il-Mulej se jeqred il-belt.̏ Imma
ħtienu dehrilhom li qiegħed jiċċajta.(Ġen:19:15) Malli beda
jisbah, l-anġli bdew jgħaġġlu lil Lot u jgħidulu: ̋Qum, aqbad lil martek
u ż-żewġt ibniet tiegħek, li hawn miegħek, li ma tinqeridx fil-kastig
tal-belt.̏(Ġen:19:16) U beda jitnikker; imma l-irġiel qabduh minn
idu, lilu, lil martu u ż-żewġt ibniet tiegħu, minħabba l-ħniena
tal-Mulej għalih; u ħarġuh, u wassluh 'il barra mill-belt.(Ġen:19:17)
U malli ħarġuhom 'il barra qalulhom: ̋Aħrab, għax hemm ħajtek fin-nofs.
La tħarisx warajk u anqas tieqaf imkien f'dawn l-inħawi. Aħrab lejn l-għoljiet
li ma tinqeridx.̏(Ġen:19:18) U Lot qalilhom: ̋Le, Sidi.(Ġen:19:19)
Ara, s'issa sab ħniena f'għajnejk il-qaddej tiegħek, u kbira l-ħniena li
wrejt miegħi biex salvajtli ħajti. Imma jiena ma nistax naħrab lejn l-għoljiet
bla ma tilħaqni l-ħsara u mmut.(Ġen:19:20) Ara, hawn din il-belt
fil-qrib, ħa nistkenn hemm, belt żgħira hi. Ħalli naħrab u nistkenn hemm
- m'hix belt żgħira? - u nsalva ħajti.̏(Ġen:19:21) U wieġbu: ̋Ara
jien se naqtagħlek xewqtek f'din il-ħaġa wkoll; m'iniex se neqred il-belt
li għedtli.(Ġen:19:22)
Fittex aħrab hemmhekk, għax ma nista' nagħmel xejn qabel ma tasal hemm.̏
Għalhekk semmew dik il-belt Sogħar.
(Ġen:19:23)
U x-xemx kienet tielgħa fuq l-art, meta Lot wasal Sogħar.(Ġen:19:24)
U l-Mulej bagħat ix-xita fuq Sodoma u Gomorra, xita ta' kubrit u nar
mis-smewwiet mingħand il-Mulej.(Ġen:19:25) U qered dawk l-ibliet
u l-inħawi kollha ta' madwarhom, u 'l kull min kien jgħammar fihom, u l-ħdura
kollha ta' l-art.(Ġen:19:26) U l-mara ta' Lot ħarset lura, minn
warajh, u saret plier tal-melħ.(Ġen:19:27) U Abraham qam
fil-għodu kmieni u rħielha lejn il-post fejn kien qagħad quddiem il-Mulej.(Ġen:19:28)
U ħares lejn Sodoma u Gomorra, u fuq l-art kollha ta' madwarhom, u ra li
kien tiela' duħħan mill-art, bħad-duħħan ta' forn.(Ġen:19:29)
Meta Alla qered l-ibliet tal-wita, Alla ftakar f'Abraham u ħareġ lil Lot
minn nofs il-qerda, meta qered l-ibliet, li fihom kien jgħammar Lot.
Fittex aħrab hemmhekk, għax ma nista' nagħmel xejn qabel ma tasal hemm.̏
Għalhekk semmew dik il-belt Sogħar.
Nisel il-Mowabin
u l-Għammonin
(Ġen:19:30)
U Lot tala' minn Sogħar, u mar jgħammar fuq l-għoljiet maż-żewġ uliedu
bniet, għax baża' jgħammar f'Sogħar. U kienu jgħixu f'għar, hu u ż-żewġt
ibniet tiegħu.(Ġen:19:31) U l-kbira qalet liż-żgħira: ̋Missierna
xjieh, u ma hawn ebda raġel biex jersaq lejna skond id-drawwa ta' l-art
kollha.(Ġen:19:32) Ejja nisqu l-inbid lil missierna u norqdu
miegħu, u nżommu n-nisel ħaj minn missierna.̏(Ġen:19:33) U sqew
l-inbid lil missierhom dak il-lejl stess, u l-kbira resqet lejh, u
mteddet ma' missierha, u dan ma ntebaħx biha, la meta mteddet u lanqas
meta qamet.(Ġen:19:34) U l-għada l-kbira qalet liż-żgħira: ̋Ara,
jien imteddejt ma' missieri l-lejl l-ieħor, ħa nisquh l-inbid illejla
wkoll, u mur inti mtedd miegħu, u hekk inżommu n-nisel ħaj minn
missierna.̏(Ġen:19:35) U dak il-lejl ukoll sqew l-inbid lil
missierhom, u ż-żgħira qamet u marret imteddet miegħu, u hu ma ntebaħx
biha, la meta raqdet u lanqas meta qamet.(Ġen:19:36) U ż-żewġt
ibniet ta' Lot tqalu minn missierhom.(Ġen:19:37) U l-kbira wildet
iben u semmietu Mowab - missier il-Mowabin sa llum.(Ġen:19:38) U
ż-żgħira wkoll wildet iben u semmietu Bin-għammi - missier l-Għammonin
sa llum

Il-mara ta’ Lot inbidlet f’kolonna tal-melħ
(Ġen:19:26)
U l-mara ta' Lot ħarset lura, minn warajh, u saret plier tal-melħ
Il-fejqan ta’ Abimelek lil lmartu u ‘l qaddejja u wildu
(Ġen:20:17)
U Abraham talab lil Alla; u Alla fejjaq lil Abimelek, u lil martu u 'l
qaddejja tiegħu, u dawn wildu.
(Ġen:20:18)
Għax il-Mulej kien għalaq kull ġuf f'dar Abimelek minħabba l-biċċa ta'
Sara, mart Abraham.
Jiftah għajnejn Haqar
(Ġen:21:19)
Mbagħad Alla fetħilha għajnejha u rat bir ilma. U marret u mliet iż-żaqq
bl-ilma u sqiet it-tifel.
It-tnissil ta’ Jakob u Iżakk
(Ġen:25:21)
U Iżakk talab lill-Mulej għal martu ghax kienet sterili u l-Mulej sama'
talbu, u Rebekka martu tqalet.
Rakel jinfetaħ gufha
(Ġen:30:22)
U Alla ftakar f'Rakel u semagħha u fetħilha ġufha.
IL-MIRAKLI TA' MOSE'

(Exod:3:2)
Hawn deherlu l-anġlu tal-Mulej f'huġġiega nar qalb l-għollieq jabad
bin-nar bla ma jintemm.
(Exod:4:3)
U hu qallu: ̋Ixhtu fl-art.̏ U hu xehtu fl-art, u sar serp; u Mosè ħarab
minnu.
(Exod:4:4)
U l-Mulej qal lil Mosè: ̋Midd idek, u aqbdu minn denbu’’ u medd idu u
qabdu, u sar ħatar f’idu.
(Exod:4:30)
U Aron qalilhom il-kliem kollu li l-Mulej kien qal lil Mosè, u għamel
is-sinjali quddiem il-poplu
(Exod:7:10)
U Mosè u Aron marru quddiem il-Farghun u għamlu hekk kif kien ordnalhom
il-Mulej: Aron xeħet il-ħatar tiegħu quddiem il-Farghun u l-qaddejja
tiegħu, u dan sar serp.
(Exod:7:12)
Kull wieħed xeħet il-ħatar tiegħu, u dawn saru sriep. Imma l-ħatar ta'
Aron bala' l-oħtra tagħhom.
(Exod:4:6)
Il-Mulej raġa' qallu: ̋Daħħal idek f'ħobbok.̏ U hu daħħal idu f'ħobbu; u
meta ħariġha sabha mimlija lebra, bajda bħas-silġ.
(Exod:4:7)
U Alla qallu: ̋Erġa' daħħal idek f'ħobbok.̏ Għalhekk raġa' daħħal idu
f'ħobbu, u meta ħariġha reġgħet għal li kienet bħall-bqija ta' ġismu.'
(Exod:4:30)
U Aron qalilhom il-kliem kollu li l-Mulej kien qal lil Mosè, u għamel
is-sinjali quddiem il-poplu.
IL-KASTIGI TA' L-EĠITTU

Ilma jsir demm
(Exod:7:14)
U l-Mulej qal lil Mosè: ̋Qalb il-Farghun twebbset, u ma jridx jitlaq
il-poplu.(Exod:7:15) Mur għand il-Farghun fil-għodu, hu u ħiereg
lejn ix-xmara, u oqgħod stennieh ħdejn ix-xatt biex tkellmu, u hu
f'idejk il-ħatar li kien inbidel f'serp.(Exod:7:16) U int għidlu:
'Il-Mulej, Alla ta' l-Għebrej, bagħatni għandek ngħidlek: Itlaq
il-poplu tiegħi biex jagħtini qima fid-deżert, u int s'issa ma smajtx.
Dan jgħid il-Mulej: (Exod:7:17) 'B'dan tagħraf li jien il-Mulej:
Arani se nagħti b'dan il-ħatar fuq l-ilma tan-Nil u dan isir demm,(Exod:7:18)
u jmut il-ħut li hemm fin-Nil, u tinten in-Nil u l-Eġizzjani jiddardru
jixorbu minnha.' ̏(Exod:7:19) U l-Mulej kellem lil Mosè: ̋Għid
lil Aron: 'Hu l-ħatar tiegħek u midd idek fuq l-ilmijiet ta' l-Eġittu,
fuq ix-xmajjar tagħhom, fuq is-swieqi tagħhom, fuq l-għadajjar u l-gwiebi
kollha ta' l-ilma tagħhom, u dawn isiru demm. U jkun hemm id-demm ma'
l-art kollha ta' l-Eġittu, sew fil-ġarar ta' l-għuda sew fil-ġarar
tal-ġebel.' ̏(Exod:7:20) U għamlu hekk Mosè u Aron, kif ordnalhom
il-Mulej. Aron rafa' idu u ta daqqa fuq l-ilma tan-Nil quddiem
il-Farghun u l-qaddejja tiegħu. U l-ilma kollu li hemm fin-Nil sar demm.(Exod:7:21)
U l-ħut li hemm fix-xmara miet, u nitnet in-Nil u l-Eġizzjani ma
setgħux jixorbu mill-ilma tan-Nil. U kien hemm id-demm ma' l-art kollha
ta' l-Eġittu.(Exod:7:22) U s-saħħara Eġizzjani għamlu hekk ukoll
bis-sħarijiet tagħhom. U qalb il-Farghun twebbset u ma tahomx widen,
bħalma kien qalilhom il-Mulej. (Exod:7:23) Il-Farghun dar u raġa'
lura f'daru, u fuq dan anqas biss qagħad jaħseb.(Exod:7:24) U l-Eġizzjani
ħaffru madwar ix-xmara għall-ilma x'jixorbu, għaliex ma setgħux jixorbu
mill-ilma tax-xmara.

Iż-żrinġijiet
(Exod:8:1)
Il-Mulej qal lil Mosè: ̋Għid lil Aron: 'Midd idek bil-ħatar fuq ix-xmajjar,
fuq is-swieqi u fuq l-għadajjar u tella' ż-żrinġijiet għal fuq l-art ta'
l-Eġittu.' ̏(Exod:8:2) Aron medd idu fuq l-ilmijiet ta' l-Eġittu;
u tella' ż-żrinġijiet u dawn ksew l-art ta' l-Eġittu.(Exod:8:3) U
s-saħħara bis-sħarijiet tagħhom tellgħu huma wkoll iż-żrinġijiet għal
fuq l-art ta' l-Eġittu.(Exod:8:4) Mbagħad il-Farghun sejjaħ lil
Mosè u lil Aron u qalilhom: ̋Itolbu lill-Mulej ineħħi
ż-żrinġijiet minn dari, minn fost il-poplu tiegħi, u jien nibgħat
lill-poplu biex joffri s-sagrifiċċji lill-Mulej.̏(Exod:8:5) U
Mosè wieġeb lill-Farghun: ̋Meta jogħġbok, għidli meta tridni nitlob
għalik u għall-qaddejja tiegħek u għall-poplu tiegħek, biex jinqerdu ż-żrinġijiet
minnek u minn darek u mill-qaddejja tiegħek, u jibqgħu biss fin-Nil.̏(Exod:8:6)
U l-Farghun wieġeb: ̋Għada.̏ U Mosè wieġeb: ̋Kif għedt isir, biex tkun
taf li ħadd m'hemm bħall-Mulej, Alla tagħna.(Exod:8:7)
Iż-żrinġijiet jitbiegħdu minnek, u minn darek, u mill-qaddejja tiegħek,
u jibqgħu biss fin-Nil.̏(Exod:8:8) U Mosè u Aron ħarġu minn
quddiem il-Farghun; u Mosè għajjat u sejjaħ lill-Mulej minħabba ż-żrinġijiet
kif kien ftiehem mal-Farghun.(Exod:8:9) Il-Mulej għamel kif talbu
Mosè u mietu ż-żrinġijiet fid-djar, fl-irħula u fir-raba'.(Exod:8:10)
U ġabruhom gods gods, u l-art nitnet.( Exod:8:11) Meta l-Farghun
ra li l-art ħadet ir-ruħ qalbu twebbset u ma tahomx widen, kif kien
qalilhom il-Mulej.
In-nemus
(Exod:8:12)
U l-Mulej qal lil Mosè: ̋Għid lil Aron, 'Hu u midd il-ħatar tiegħek u
olqot bih it-trab ta' l-art u jinbidel f'nemus fl-art kollha ta' l-Eġittu.'
̏(Exod:8:13) U għamlu hekk; Aron midd idu bil-ħatar u laqat it-trab
ta' l-art u sar nemus fuq in-nies u l-bhejjem, ghax it-trab ta' l-art
sar nemus fl-art kollha ta' l-Eġittu.(Exod:8:14) U s-saħħara
għamlu l-istess bis-sħarijiet tagħhom biex joħorġu n-nemus mit-trab,
iżda ma setgħux. In-nemus kien fuq in-nies u l-bhejjem.(Exod:8:15)
U s-saħħara qalu lill-Farghun: ̋Is-sebgħa ta' Alla dan!̏. Iżda qalb
il-Farghun twebbset u ma tahomx widen, bħalma kien qalilhom il-Mulej.
Id-dubbien
(Exod:8:16)
U l-Mulej qal lil Mosè: ̋Qum fil-għodu kmieni u mur quddiem il-Farghun,
ara, hu joħroġ lejn ix-xmara u inti għidlu: 'Dan jgħid il-Mulej: Ibgħat
il-poplu tiegħi biex jagħtini qima.(Exod:8:17) Għax jekk ma
tibgħatx il-poplu tiegħi, arani, se nibgħatlek id-dubbien, lilek u
lill-qaddejja tiegħek u l-poplu tiegħek u fid-djar tiegħek; u jimtlew
id-djar ta' l-Eġittu bid-dubbien u wkoll l-art li huma fuqha.
(Exod:8:18) Dak inhar nifred l-art ta' Gosen, li fiha qiegħed
jgħix il-poplu tiegħi, sabiex hemm ma jkunx hemm dubbien, biex tkun taf
li jien il-Mulej f'nofs l-art.(Exod:8:19) U jien nagħmel għażla
bejn il-poplu tiegħi u bejn il-poplu tiegħek; u dan is-sinjal iseħħ
għada. ̏(Exod:8:20) U hekk għamel il-Mulej; u daħlu qtajja' ta'
dubbien fid-dar tal-Farghun, fid-djar tal-qaddejja tiegħu, u fl-art
kollha ta' l-Eġittu, u tħassret l-art minħabba d-dubbien.(Exod:8:21)
Il-Farghun sejjaħ lil Mosè u 'l Aron u qalilhom: ̋Morru u offru
sagrifiċċji lil Alla tagħkom fil-pajjiż.̏(Exod:8:22) U Mosè
wieġeb: ̋M'hux sewwa li nagħmlu dan, għaliex ma togħġobx lill-Eġizzjani
li aħna noffru s-sagrifiċċji lill-Mulej, Alla tagħna. U jekk aħna noffru
xi ħaġa quddiemhom, li jistkerrhu l-Eġizzjani, ma jħaġġruniex?(Exod:8:23)
Ħalli mmorru tlitt ijiem 'il bogħod fid- deżert, u noffru s-sagrifiċċji
lill-Mulej, Alla tagħna, kif jgħidilna hu.̏(Exod:8:24) U l-Farghun
wieġeb: ̋Jiena se nħallikom tmorru u intom toffru s-sagrifċċcji
lill-Mulej, Alla tagħkom, fid-deżert. Biss tmorrux 'il bogħod wisq, u
itolbu għalija.̏(Exod:8:25) U Mosè wieġeb: ̋Arani, jien ħiereġ
minn quddiemek u nitlob lill-Mulej għalik biex id-dubbien jitlaq
lill-Farghun u l-qaddejja tiegħu u l-poplu tiegħu, għada stess. Biss
il-Farghun ma għandux ikompli jqarraq bina, billi ma jħalli il-poplu
jitlaq u jmur joffri s-sagrifiċċji lill-Mulej.̏(Exod:8:26) U Mosè
ħareġ minn quddiem il-Farghun u talab lill-Mulej.(Exod:8:27) U l-Mulej
għamel kull ma qallu Mosè, u d-dubbien warrab mingħand il-Farghun, u l-qaddejja
tiegħu, u minn fuq il-poplu; u lanqas wahda ma baqgħet.(Exod:8:28)
Iżda qalb il-Farghun reġgħet twebbset din id-darba wkoll, u ma telaqx
il-poplu.
Il-pesta
(Exod:9:1)
Il-Mulej kellem lil Mosè: ̋Mur għand il-Farghun u għidlu: 'Hekk jgħid
il-Mulej, Alla ta' l-Għebrej: Itlaq lill-poplu tiegħi ħalli jagħtini
qima.(Exod:9:2) Għaliex jekk inti ma tridx titlaqhom u tibqa'
żżommhom,(Exod:9:3) id il-Mulej tinżel fuqek u ġġiblek pesta
qalila fuq l-imrieħel tiegħek li hemm fir-raba', u ż-żwiemel, il-ħmir,
l-iġmla, il-baqar u n-nagħaġ.(Exod:9:4) Imma l-Mulej jagħmel
għażla bejn l-imrieħel ta' Iżrael u l-imrieħel ta' l-Eġittu, u xejn ma
jmut minn dak li hu ta' wlied Iżrael.' ̏(Exod:9:5) U l-Mulej
għażel iż-żmien u qal: ̋Għada l-Mulej jagħmel dan fl-art.̏(Exod:9:6)
U l-għada l-Mulej għamel dan. U mietu l-imrieħel kollha ta' l-Eġittu, u
mill-imrieħel ta' wlied Iżrael ma miet ħadd.(Exod:9:7) U l-Farghun
bagħat jara; u, ara, ma kienet mietet anqas waħda mill-imrieħel ta'
Iżrael. Imma qalb il-Farghun twebbset, u ma telaqx il-poplu.
L-infafet
(Exod:9:8)
U l-Mulej qal lil Mosè u 'l Aron: ̋Ħudu daqs ponn irmied tal-kenur, u
ħalli Mosè jtajjru lejn is-sema quddiem il-Farghun, (Exod:9:9) u
jsir għabra għal fuq l-art kollha ta' l-Eġittu, u jġib dbabar li
jintefħu fi nfafet fuq in-nies u l-bhejjem kollha fl-art ta'
l-Eġittu.̏(Exod:9:10) U ħadu l-irmied tal-kenur, u marru quddiem
il-Farghun, u Mosè tajjru lejn is-sema; u sar dbabar li jintefħu fi
nfafet fuq in-nies u l-bhejjem.(Exod:9:11) U s-saħħara ma setgħux
jieqfu quddiem Mosè minħabba d-dbabar; ghax id-dbabar kienu fuq is-saħħara
u fuq l-Egizzjani kollha.(Exod:9:12) Iżda l-Mulej webbes qalb
il-Farghun, u ma tahomx widen, kif kien qalilhom il-Mulej.

Is-silġ
(Exod:9:13)
U l-Mulej qal lil Mosè: ̋Qum fil-għodu kmieni u mur quddiem il-Farghun u
għidlu: 'Dan jgħid il-Mulej, Alla ta' l-Għebrej: Itlaq lill-poplu tiegħi
biex jagħtini qima.(Exod:9:14) Din id-darba nerħi fuqek is-swat
tiegħi kollu, fuq il-qaddejja tiegħek, u fuq il-poplu tiegħek kollu,
biex tkun taf li m'hawnx bħali fl-art kollha.(Exod:9:15) Għax
kieku s'issa middejt idi, u lqatt lilek u lill-poplu tiegħek bil-pesta,
kont tkun diġà meqrud mill-art.(Exod:9:16) Imma għalhekk jien
ħallejtek tgħix, biex nurik il-qawwa tiegħi u ismi jixxandar ma' l-art
kollha.(Exod:9:17) U int għadek imkabbar mal-poplu tiegħi, u ma
tħallihomx jitilqu. (Exod:9:18) Hawn issa, arani, se nibgħat
għada bhalissa xita ta' silġ bil-qliel, li bħalha qatt ma kien hawn fl-Eġittu
minn mindu twaqqaf sa llum.(Exod:9:19) Għalhekk issa ibgħat u
iġbor għall-kenn l-imrieħel u kull ma għandek fir-raba', għax ix-xita
tas-silġ se tilħaq lil kull bniedem u bhima li jkunu barra fir-raba' u
ma jinġabrux id-dar, u jmutu.' ̏(Exod:9:20) U mbagħad il-qaddejja
tal-Farghun, li kienu jibżgħu mill-kelma tal-Mulej, ġabru malajr
il-qaddejja u l-imrieħel tagħhom fi djarhom.(Exod:9:21) Imma
dawk li ma tawx widen għall-kelma tal-Mulej, ħallew
il-qaddejja u l-imrieħel tagħhom fir-raba'. (Exod:9:22) U l-Mulej
qal lil Mosè: ̋Midd idek lejn is-sema u jinżel silġ fuq l-art kollha ta'
l-Eġittu, fuq in-nies, fuq il-bhejjem u fuq il-ħaxix kollu tar-raba'
fl-art ta' l-Eġittu.(Exod:9:23) U Mosè għolla l-ħatar tiegħu lejn
is-sema u l-Mulej bagħat ragħad u silġ, u nar iżiġġ lejn l-art, u xita
ta' silġ fuq l-art ta' l-Eġittu.(Exod:9:24) Niżel is-silġ, in-nar
żiġġ f'nofs is-silġ, kienet tempesta kbira li bħalha qatt ma kien hemm
minn mindu l-Eġittu sar poplu.(Exod:9:25) Is-silġ laqat l-art
kollha ta' l-Eġittu u ħarbat kull ma kien hemm fir-raba', min-nies
sal-bhejjem u l-ħaxix kollu tar-raba' u s-siġar kollha tar-raba',
kissirhom is-silġ. (Exod:9:26) Biss fl-art ta' Gosen, fejn kien
hemm ulied Iżrael, ma kienx hemm silġ.(Exod:9:27) Il-Farghun
bagħat għal Mosè u Aron, u qalilhom: ̋Din id-darba għandi ħtija. Il-Mulej
għandu raġun, u jien u l-poplu tiegħi huma l-ħatja.(Exod:9:28)
Itolbu lill-Mulej, għax kien hawn biżżejjed ragħad ta' Alla u silġ; jien
nitlaqkom u ma toqogħdux aktar hawn.̏(Exod:9:29) U Mosè wieġbu: ̋Malli
noħroġ mill-belt ngħolli idejja lejn il-Mulej; ir-ragħad jieqaf, u s-silġ
ma jinżilx aktar, biex tkun taf li l-art hi tal-Mulej.(Exod:9:30)
Iżda jien naf li int u l-qaddejja tiegħek għadkom ma tibżgħux mill-Mulej
Alla.̏(Exod:9:31) Il-kittien u x-xgħir tħarbtu, għaliex ix-xgħir
kien bis-sbul u l-kittien kien bl-inwar.(Exod:9:32) Imma l-qamħ
u l-ġulbiena ma ġralhom xejn, ghax dawn isiru fl-aħħar.(Exod:9:33)
Mosè telaq minn quddiem il-Farghun, u ħareġ mill-belt, u għolla idejh
lejn il-Mulej, u waqaf ir-ragħad; u s-silġ u x-xita ma niżlux aktar fuq
l-art.(Exod:9:34) Malli l-Farghun ra li x-xita u r-ragħad u s-silġ
waqfu, kompla jidneb u webbes qalbu, hu u l-qaddejja tiegħu.(Exod:9:35)
U qalb il-Farghun twebbset, u ma telaqx lil ulied Iżrael - kif kien qal
il-Mulej permezz ta' Mosè.

Il-ġradijiet
(Exod:10:1)
Il-Mulej qal lil Mosè: ̋Mur għand il-Farghun, għax jien webbistlu qalbu
u qalb il-qaddejja tiegħu, biex nagħmel dawn is-sinjali tiegħi f'nofshom,(Exod:10:2)
u biex ixxandar u ssamma' f'widnejn ibnek u wlied ibnek li jien qgħadt
nitliegħeb bl-Eġizzjani, u s-sinjali li jien għamilt go nofshom, sabiex
tkun tafu li jien il-Mulej.̏(Exod:10:3) U Mosè u Aron marru għand
il-Farghun u qalulu: ̋Dan jgħid il-Mulej, Alla ta' l-Għebrej: 'Kemm se
ddum ma tbaxxi rasek quddiemi? Itlaq lill-poplu tiegħi biex iqimni.(Exod:10:4)
Jekk inti tibqa' ma tridx tibgħat lill-poplu tiegħi, arani, għada nġib
il-ġradijiet fl-art ta' pajjiżek.(Exod:10:5) U huma jiksu wicc
l-art, u ħadd ma jkun jista' jaraha, u jieklu minn dak li ħallielkom is-silġ,
u jieklu kull siġra li tikbrilkom fir-raba'.(Exod:10:6) U
jimlewlek djarek u d-djar tal-qaddejja tiegħek u d-dar ta' kull Eġizzjan;
ħaġa li qatt ma raw missirijietek, u missier missirijietek minn mindu
ilkom fuq l-art sa llum.' ̏ U Mosè dawwar wiċċu u ħareġ minn quddiem
il-Farghun.(Exod:10:7) U l-qaddejja tal-Farghun qalulu: ̋Kemm se
jdum ifixkilna dan il-bniedem? Itlaq l-irġiel ħa jmorru jagħtu qima
lill-Mulej Alla tagħhom. Għadek ma fhimtx li l-Eġittu se jsir ħerba?̏(Exod:10:8)
U Mosè u Aron reġgħu lura għand il-Farghun u qalilhom: ̋Morru agħtu qima
lill-Mulej tagħkom. Imma min huma dawk li sejrin?̏(Exod:10:9) U
Mosè wieġeb: ̋Aħna sejrin biż-żgħażagħ u x-xjuħ tagħna, b'uliedna,
bis-subien u l-bniet tagħna, bin-nagħaġ u l-baqar tagħna. Għax għalina
din hi l-festa tal-Mulej.̏(Exod:10:10) U hu weġibhom: ̋Hekk ikun!
Daqs kemm hu l-Mulej magħkom, ma nitlaqx lilkom u liż-żgħar tagħkom.
Ħsieb ħażin għandkom f'raskom!(Exod:10:11) M'hux hekk, jitilqu
biss l-irġiel u jagħtu qima lill-Mulej, għax dan li intom tridu.̏ U
keċċewhom minn quddiem il-Farghun.(Exod:10:12) U l-Mulej qal
lil Mosè: ̋Midd idek fuq l-art ta' l-Eġittu biex jiġu l-ġradijiet fuq
l-art ta' l-Eġittu, u jieklu l-ħaxix kollu ta' l-art, u kull ma ħalla
sħiħ is-silġ.̏(Exod:10:13) U Mosè medd il-ħatar tiegħu fuq l-art
ta' l-Eġittu; il-Mulej qajjem riħ mix-xlokk il-jum u l-lejl kollu,
mas-sebh ir-riħ mix-xlokk kien ġieb il-ġradijiet. (Exod:10:14) U
l-ġradijiet telgħu fuq l-art ta' l-Eġittu, u strieħu fuq ir-raba' kollu
ta' l-Eġittu, kotra kbira ħafna, li bħalha qatt ma kien hemm qabel, u
anqas ikun hemm wara.(Exod:10:15) U ksew wiċċ l-art kollha. L-art
iddallmet bihom, u kielu l-ħaxix kollu ta' l-art, u l-frott tas-siġar
kollha li kien ħalla s-silġ, u ma baqax werqa ħadra mis-siġar u mill-ħaxix
tar-raba' fl-art kollha ta' l-Eġittu.(Exod:10:16) Il-Farghun
bagħat malajr għal Mosè u Aron u qalilhom: ̋Dnibt kontra l-Mulej, Alla
tagħkom, u kontra tagħkom.(Exod:10:17) U issa aħfruli dnubi ghal
din id-darba, u itolbu lill-Mulej, Alla tagħkom, li jwarrab minn
quddiemi din il-qerda.̏(Exod:10:18) U telqu minn quddiem
il-Farghun u talbu lill-Mulej,(Exod:10:19) u l-Mulej qajjem riħ
qawwi mill-baħar u rafa' l-ġradijiet, u ġarrhom għal Baħar il-Qasab; u
ma baqax ġrad wieħed fl-art kollha ta' l-Eġittu.(Exod:10:20) U
webbes il-Mulej qalb il-Farghun; u dan lil ulied Iżrael ma telaqhomx.
Id-dlam
(Exod:10:21)
U l-Mulej qal lil Mosè: ̋Erfa' idek lejn is-sema, ha taqa' dalma fuq l-Eġittu,
dalma li tmissha b'idejk.̏(Exod:10:22) U Mosè għolla idu lejn is-sema,
u sar dlam ċappa, fl-art kollha ta' l-Eġittu għal tlitt ijiem.(Exod:10:23)
Ma kinux jaraw wieħed lil ieħor, u ħadd ma qam għal tlitt ijiem sħaħ
minħabba d-dlam. U fejn kienu joqogħdu wlied Iżrael kien hemm id-dawl.(Exod:10:24)
U l-Farghun bagħat għal Mosè u qallu: ̋Morru agħtu qima lill-Mulej. Biss
in-nagħaġ u l-baqar tagħkom ħalluhom warajkom, ħudu magħkom 'l uliedkom
biss.̏(Exod:10:25) U Mosè wieġeb: ̋Int ikollok tagħtina wkoll
f'idejna vittmi ghas-sagrifiċċji u l-offerti, biex noffruhom lill-Mulej,
Alla tagħna.(Exod:10:26) L-imrieħel tagħna wkoll għandhom jigu
magħna; ma għandu jibqa' anqas difer wieħed, ghax minnhom irridu nieħdu
biex nagħtu qima lill-Mulej; u aħna ma nafux biex se nqimu lill-Mulej
qabel ma naslu hemm.̏(Exod:10:27) Imma l-Mulej webbes qalb
il-Farghun u ma riedx jitlaqhom.(Exod:10:28) U l-Farghun qallu: ̋Itlaq
minn quddiemi. Qis li ma tiġix iżjed tara 'l wiċċi, għax dak in-nhar li
tara 'l wiċċi tmut.̏(Exod:10:29) U Mosè wieġeb: ̋Kif għedt int.
Wiċċek aktar ma narahx.̏

Tħabbira ta' l-aħħar kastig
(Exod:11:4)
U Mosè qal: ̋Dan jgħid il-Mulej: Għal xi nofs il-lejl, illejla jien
noħroġ f'nofs l-Eġizzjani,(Exod:11:5) u jmut l-iben il-kbir fid-djar
ta' l-Eġizzjani, mill-kbir tal-Farghun bid-dritt għat-tron sal-kbir ta'
l-ilsira, li ddawwar il-mitħna; u kull ferħ ta' l-ewwel tal-bhejjem.(Exod:11:6)
U jkun hemm twerżiqa waħda kbira fl-art kollha ta' l-Eġittu, li bħalha
la qatt kien hawn, u anqas ikun hawn.(Exod:11:7) U kontra wlied
Iżrael lanqas kelb ma jinbah, la kontra n-nies u lanqas kontra l-bhejjem;
biex tkunu tafu li l-Mulej għamel għażla bejn l-Eġizzjani u bejn ulied
Iżrael.
(Exod:12:17)
U tħarsu żmien l-ażżmi għax sewwasew dak in-nhar ħriġtu l-qtajja'
tagħkom mill-Eġittu. U intom tħarsu dan il-jum minn nisel għal nisel, u
din hi liġi għal dejjem
Il-qerda ta' l-ulied il-kbar
(Exod:12:29)
Gara li f'nofs il-lejl il-Mulej darab 'l ulied il-kbar fl-art ta' l-Eġittu,
mit-tifel il-kbir tal-Farghun bid-dritt għat-tron sal-kbir ta' l-ilsir
ġewwa l-ħabs, u kull ferħ ta' l-ewwel tal-bhejjem. (Exod:12:30)
U l-Farghun qam billejl, hu u l-qaddejja tiegħu, u l-Eġizzjani kollha,
u telgħet twerżiqa waħda kbira mill-Eġittu, għax ma kienx hemm dar li ma
kienx hemm xi mejjet fiha.

Exod:13:21)
U l-Mulej binhar kien jimxi quddiemhom f'kolonna ta' sħab biex jurihom
it-triq u billejl f'kolonna tan-nar biex jagħtihom id-dawl, u b'hekk
setgħu jimxu billejl u binhar. (Exod:13:22) U l-kolonna tas-sħab
binhar u l-kolonna tan-nar billejl ma kinitx tgħib minn quddiem il-poplu.
(Exod:14:19)
U mbagħad l-anġlu ta' Alla, li kien miexi quddiem it-tined ta' Iżrael,
telaq u mar warajhom, u l-kolonna ta' sħab minn quddiemhom marret
qagħdet warajhom, u ġiet bejn it-tined ta' l-Eġizzjani u t-tined ta'
Iżrael.
(Exod:14:20) Kien hemm is-sħaba u d-dlam, u għadda l-lejl bla ma
ħadd minnhom seta' jersaq wieħed lejn l-ieħor.
Jaqsmu l-baħar
(Exod:14:22)
U mbagħad ulied Iżrael daħlu fin-niexef f'nofs il-baħar; l-ilmijiet
kienu għalihom qishom ħitan fuq il-lemin u fuq ix-xellug.

(Exod:14:23)
L-Eġizzjani marru warajhom, u daħlu f'nofs il-baħar, iż-żwiemel kollha
tal-Farghun, il-karrijiet u r-rikkieba tiegħu.(Exod:14:24)
Fis-sahra ta' filgħodu, il-Mulej minn gol-kolonna tan-nar u s-sħaba
xeħet ħarsa fuq it-tined ta' l-Eġizzjani, u ħarbathom.(Exod:14:25)
U xekkel ir-roti tagħhom u bit-tbatija setgħu jmexxuhom. U mbagħad l-Eġizzjani
bdew jgħajjtu: ̋Ħa naħarbu minn quddiem Iżrael, għaliex il-Mulej qiegħed
jiġġieled kontra l-Eġizzjani!̏(Exod:14:26) Il-Mulej qal lil Mosè:
̋Midd idek fuq il-baħar, u l-ilma jerġa' lura fuq l-Eġizzjani,
bil-karrijiet u r-rikkieba tagħhom.̏(Exod:14:27) U Mosè medd idu
fuq il-baħar. U ma' sbih il-jum il-baħar raġa' lura fejn kien qabel, u
l-Eġizzjani, huma u jaħarbu, sabu ruħhom fih. Hekk il-Mulej gerbibhom
f'nofs l-ilma.(Exod:14:28) L-ilmijiet reġgħu lura u għarrqu l-karrijiet
u r-rikkieba ta' l-eżerċtu kollu tal-Farghun li kienu ġejjin warajhom
fil-baħar. Anqas wieħed ma baqa' minnhom.(Exod:14:29) U wlied
Iżrael għaddew fin-niexef f'nofs il-baħar, u l-ilmijiet kienu għalihom
bħal ħitan wieħed fuq il-lemin u l-ieħor fuq ix-xellug.(Exod:14:30)
Dak in-nhar il-Mulej salva lil Iżrael minn id l-Eġizzjani, u Iżrael ra
l-Eġizzjani mejta fuq xatt il-baħar.
(Exod:15:25)
U Mosè sejjaħ lill-Mulej; u l-Mulej urieh biċċa għuda u xeħitha fl-ilma,
u l-ilma sar ħelu. Hemm tahom liġi u ordni, u hemm ġarrabhom.

Il-Manna
(Exod:16:4)
Il-Mulej imbagħad qal lil Mosè: ̋Ara, se nibagħtilkom xita ta' ħobż
mis-sema. Il-poplu kollu joħroġ u jiġbor minn jum għal ieħor kemm ikun
jenħtieġ għall-ġurnata, biex hekk inġarrabhom u nara jimxux mal-liġi
tiegħi jew le.(Exod:16:5) Fis-sitt jum, mbagħad, meta jkunu
jħejju x'se jieħdu magħhom, iqisu li jkun darbtejn aktar minn dak li
jiġbru kuljum.̏(Exod:16:6) U Mosè u Aron qalu lil ulied Iżrael
kollha: ̋Fil-għaxija tkunu tafu li l-Mulej ħariġkom mill-art ta' l-Eġittu.(Exod:16:7)
U għada fil-għodu taraw il-glorja tal-Mulej, għax hu sama' t-tgemgim
tagħkom kontra l-Mulej. Aħna x'ahna biex tgergru kontra tagħna?̏(Exod:16:8)
U qal Mosè: ̋Il-Mulej jagħtikom fil-għaxija laħam x'tieklu, u fil-għodu
ħobż biex tixbgħu, għax il-Mulej sama' t-tgergir tagħkom li intom
gemgimtu kontra tiegħu - għaliex aħna x'aħna? Mhux kontrina gergirtu,
imma kontra l-Mulej.̏(Exod:16:9) Mosè, mbagħad, qal lil Aron: ̋Għid
lill-ġemgħa kollha ta' Iżrael: 'Ersqu quddiem il-Mulej għax sama' t-tgergir
tagħkom.' ̏(Exod:16:10) U kif Aron kien ikellem lill-ġemgħa
kollha ta' Iżrael, u ħarsu lejn id-deżert, hemm hi, il-glorja tal-Mulej
dehret fi sħaba.(Exod:16:11) U l-Mulej kellem lil Mosè:(Exod:16:12)
̋Jien smajt it-tgergir ta' wlied Iżrael. Kellimhom u għidilhom: 'Fil-għaxija
tieklu l-laħam u fil-għodu tixbgħu bil-ħobż. U tkunu tafu li jiena l-Mulej,
Alla tagħkom.' ̏(Exod:16:13) U ġara li fil-għaxija dehret qatgħa
summien tittajjar fl-għoli u għattiet it-tined kollha, u fil-għodu kien
hemm wiċċ nida madwar it-tined.(Exod:16:14) Meta din in-nida
għabet, fuq wiċċ id-deżert kien hemm xi ħaġa rqiqa qisha ġlata fuq
l-art.(Exod:16:15) Malli wlied Iżrael raw dan, bdew jgħidu wieħed
lil ieħor: ̋Man-hu?̏ - Għax ma għarfux x'inhu. Mosè qalilhom: ̋Dan hu l-ikel
li l-Mulej takom biex tieklu.̏(Exod:16:16) Dan hu li l-Mulej
ordnalkom: ̋Kull wieħed minnkom jiġbor minnha daqs kemm jista' jiekol;
tieħdu daqs siegħ kull wieħed skond in-numru tan-nies li kull wieħed
minnkom ikollu fit-tinda.̏(Exod:16:17) U wlied Iżrael għamlu hekk,
u ġabru min ftit u min ħafna.(Exod:16:18) Meta mbagħad kejjlu
bis-siegħ, min kellu ħafna ma kellux iż-żejjed; u min kellu ftit ma
kellux in-nieqes. Kulħadd ġabar kemm kellu bżonn.(Exod:16:19) U
Mosè qalilhom: ̋Hadd ma għandu jħalli minnu għal filgħodu.̏(Exod:16:20)
Iżda ma semgħux minn Mosè. Xi wħud minnhom ħallew għal filgħodu, u
ddewwdilhom u tħassar, u Mosè għadab għalihom.(Exod:16:21) U
kienu jiġbru minnu kull filgħodu, kulhadd skond kemm kien jiekol. Malli
kienet tisħon ix-xemx, kien idub.(Exod:16:22) U fis-sitt jum
kienu jiġbru ħobż għal darbtejn, żewġ sigħan għal kull wieħed. Il-kapijiet
tal-ġemgħa gew jgħidu b'dan lil Mosè.(Exod:16:23) U hu weġibhom:
̋Dan qal il-Mulej: 'Għada jum il-mistrieħ kbir, mistrieħ imqaddes
lill-Mulej: Dak li għandkom taħmu, aħmuh; u dak li għandkom issajjru,
sajjruh; u dak li jifdal, erfgħuh għal filgħodu.' ̏ Għalhekk refgħuh sa
filghodu(Exod:16:24) kif wissiehom Mosè, u la tħassar u anqas
iddewwed.(Exod:16:25) U Mosè qalilhom: ̋Kuluh illum, għax illum
hu jum il-mistrieħ għall-Mulej. Illum ma ssibuhx fir-raba'.(Exod:16:26)
Għal sitt ijiem tiġbru minnu, iżda fis-seba' jum, jum il-mistrieħ, ma
jkunx hemm ġbir fih.̏(Exod:16:27) U ġara li fis-seba' jum xi wħud
mill-poplu ħarġu jiġbru, u ma sabu xejn.(Exod:16:28) U l-Mulej
qal lil Mosè: ̋Kemm se ddumu ma tħarsu l-kmandamenti u l-liġi tiegħi?(Exod:16:29)
Araw, il-Mulej takom il-mistrieħ is-Sibt; għalhekk fis-sitt jum
jagħtikom ikel għal jumejn; u intom oqogħdu kull wieħed f'postu, u ma
joħroġ ħadd jiġbor minnu fis-seba' jum.̏(Exod:16:30) U l-poplu
kien jistrieh fis-seba' jum.(Exod:16:31) U dar Iżrael semmiet dan
l-ikel: 'Manna'; kienet qisha bħal żerriegħa bajda tal-kożbor, u t-togħma
tagħha kienet bħal ftira bl-għasel.
(Exod:16:13)
U ġara li fil-għaxija dehret qatgħa summien tittajjar fl-għoli u
għattiet it-tined kollha, u fil-għodu kien hemm wiċċ nida madwar
it-tined.
(Exod:17:9)
Mosè qal lil Gożwè: ̋Agħżel irġiel u mur tqabad ma' Għamalek; jien
noqgħod wieqaf fuq il-quċċata ta' l-għolja, bil-ħatar ta' Alla f'idi.̏(Exod:17:10)
Gożwè għamel kif qallu Mosè, u mar jitqabad ma' l-Għamalekin. Mosè,
Aron u Hur telgħu fuq il-quċċata ta' l-għolja.(Exod:17:11) Kull
meta Mosè kien jerfa' idejh, Iżrael kien jirbah; u kull meta kien
iniżżel idejh, kienu jirbħu l-Għamalekin.(Exod:17:12) Meta idejn
Mosè bdew jitqalu, ħadu ġebla u qegħduhielu taħtu; u hu qaghad
bilqiegħda, waqt li Aron u Hur żammewlu dirgħajh, wieħed kull naha. Hekk
idejh baqgħu sodi merfugħa sa nżul ix-xemx.(Exod:17:13) U Gożwè
qered lil Għamalek u l-poplu tiegħu b'xifer ix-xabla.

Wiċċ Mosè
jiddi
(Exod:34:29)
Ġara li, meta niżel minn fuq il-muntanja tas-Sinaj biż-żewġ twavel tax-xhieda
f'idu, Mosè ma kienx jaf li l-ġilda ta' wiċċu kienet tiddi billi kien
qorob lejh Alla.(Exod:34:30) U meta Aron, u l-ulied kollha ta'
Iżrael raw lil Mosè bil-ġilda ta' wiċċu tiddi, beżgħu jersqu lejh.(Exod:34:31)
Iżda Mosè sejjħilhom, u resqu lejh Aron u l-kbarat kollha tal-gemgħa, u
Mosè qagħad ikellimhom.(Exod:34:32) Mbagħad resqu wkoll l-ulied
kollha ta' Iżrael, u Mosè ordnalhom kull ma kien qallu l-Mulej fuq
il-muntanja tas-Sinaj.(Exod:34:33) Meta Mosè temm jitkellem
magħhom, għatta wiċċu b'velu.(Exod:34:34) Imma meta kien jidħol
quddiem il-Mulej biex jitkellem miegħu, Mosè kien ineħħi l-velu sa ma
kien joħroġ. Meta mbagħad kien joħroġ, kien jgħid lil ulied Iżrael kull
ma kien ordnalu l-Mulej.(Exod:34:35) Meta wlied Iżrael kienu
jħarsu lejn Mosè, kienu jarawlu l-ġilda ta' wiċċu tiddi, u Mosè kien
jerga' jqiegħed il-velu fuq wiċċu sa ma jerġa' jidħol jitkellem mal-Mulej.

(Exod:17:5)
Il-Mulej qal lil Mosè: ̋Għaddi minn quddiem il-poplu, u hu miegħek xi
wħud mix-xjuħ ta' Iżrael; ħu f'idejk il-ħatar li bih kont drabt ix-xmara
tan-Nil, u mur.
(Exod:17:7)
U l-post semmewh: 'Massa u Meriba', għax hemm tlewwmu wlied Iżrael u
ġarrbu lill-Mulej meta qalu: ̋Il-Mulej fostna jew le?̏
:(Num:20:8) ̋Ħu l-ħatar, u iġbor il-ġemgħa, int u ħuk Aron, u
kellmu quddiemhom lill-blata, u din tagħti l-ilma tagħha; u
hekk int toħorġilhom l-ilma mill-blata, u tisqi lill-ġemgħa u l-bhejjem
tagħhom.̏(Num:20:9) U Mosè ħa l-ħatar minn quddiem il-Mulej, kif
kien ordnalu.(Num:20:10) U flimkien ma' Aron ġabar il-ġemgħa
quddiem il-blata, u Mosè qalilhom: ̋Isimgħuni, ja xewwiexa! Aħna se
noħorġulkom l-ilma minn din il-blata?̏ ?(Num:20:11) U Mosè għolla
idu, u ħabbat darbtejn fuq il-blata bil-ħatar u bdew ħerġin gliegel ta'
ilma, u xorbu l-ġemgħa u l-bhejjem kollha.
Id-dehra ta' Alla
(Exod:19:16)
Fit-tielet jum mas-sebh kien hemm ragħad u beraq, u sħab oħxon għatta l-muntanja.
Nstama' wkoll iż-żarżir qawwi tat-tromba, u triegħed il-poplu kollu
fil-kamp.(Exod:19:17) Mosè ħareġ il-poplu mill-kamp biex
jiltaqgħu ma' Alla; u waqfu f'riġlejn il-muntanja.(Exod:19:18)
Il-muntanja tas-Sinaj bdiet iddaħħan kollha kemm hi, għax niżel fuqha l-Mulej
fin-nar. Id-duħħan beda tiela' 'l fuq bħad-duħħan ta' forn, u l-muntanja
kienet titheżheż kollha.(Exod:19:19) Kull ma jmur id-daqq tat-tromba
kien dejjem jitqawwa. Mbagħad tkellem Mosè, u Alla wieġbu b'ragħda.(Exod:19:20)
U niżel il-Mulej fuq il-quċċata tal-muntanja tas-Sinaj, u l-Mulej sejjaħ
lil Mosè biex jitla' fuq il-quċċata tal-muntanja. U Mosè tala'.
(Exod:24:10)
U huma raw 'l Alla ta' Iżrael: taħt riġlejh kien hemm bħal ċangatura
tas-saffiri, safja daqs is-sema nnifsu.
(Exod:15:17)
Twassalhom u tħawwilhom fuq il-muntanja, il-wirt tiegħek; l-imkien,
Mulej, li int għamiltu għamartek; il-maqdes, Sidi, li ħejjew idejk.
(Deut:4:33)
Qatt kien hemm poplu li sama' lehen Alla jitkellem minn ġon-nar - bħalma
smajt int - u baqa' ħaj?
(Num:12:10)
Kienet għadha anqas biss telgħet is-sħaba minn fuq it-tinda, meta Mirjam
inksiet bil-ġdiem, bajda bħas-silġ; Aron ħares lejn Mirjam, u raha
kollha ġdiem. U Aron qal lil Mosè:(Num:12:11) ̋Nitolbok, ja sidi,
la tħalliniex nitgħabbew bil-piż tad-dnub, li aħna tbellaħna biex
għamilna.(Num:12:12) Tħallihiex qisha xi ħaġa mwielda mejta minn
ġuf ommha, b'gisimha nofsu mittiekel.̏(Num:12:13) U Mosè għajjat
quddiem il-Mulej u qal: ̋O Alla nitolbok, fejjaqha.̏(Num:12:14) U
l-Mulej wieġeb lil Mosè: ̋Li kieku missierha beżqilha f'wiċċha, ma
kinetx tibqa' mriegħxa bil-mistħija għal sebat ijiem? Mela ħalli
tingħalaq ghal sebat ijiem barra l-kamp, mbagħad terġgħu tilqgħuha
f'nofskom.̏(Num:12:15) Għalhekk Mirjam ingħalqet barra l-kamp
għal sebat ijiem, u l-poplu ma ċċaqlaqx qabel ma reġgħet inġiebet lura.
It-tgemgim tal-poplu
(Num:11:1)
Ġara li l-poplu beda jgemgem u jsemma' l-ilmenti tiegħu lill-Mulej. U
l-Mulej semagħhom, u xegħel bil-qilla, u bagħtilhom in-nar, u ħarqilhom
it-truf tal-kamp.(Num:11:2) U l-poplu għajjat lil Mosè, u dan
talab għalihom lill-Mulej, u n-nar intefa.(Num:11:3) U dak il-post
semmewh Tabgħera għax qabad go nofshom nar il-Mulej.
(Num:16:31)
U ġara li kif temm jgħid dan il-kliem(Num:16:32) inqasmet l-art
taħthom, fethet fommha, u belgħet lilhom u l-familji tagħhom u n-nies
kollha li kienu ma' Korah b'ġidhom b'kollox.(Num:16:33) U niżlu
ħajjin huma u kull ma kellhom f'qiegħ l-art, ngħalqet l-art fuqhom, u
nqerdu minn nofs il-ġemgħa.(Num:16:34) U l-Iżraelin kollha li
kienu madwarhom ma' l-għajta tagħhom ħarbu għax qalu: ̋Li ma tmurx
tiblagħna l-art magħhom.̏(Num:16:35) U ħareġ nar mingħand
il-Mulej u qered il-mitejn u ħamsin raġel li kienu offrew l-inċens.
(Deut:11:6)
U tagħrfu x'għamel lil Datan u lil Abiram, ulied Elijab bin Ruben; kif
infetħet l-art u belgħethom, lilhom u l-familji bit-tined tagħhom, u
b'dawk kollha li żammew magħhom minn fost Iżrael kollu.(Deut:11:7)
Intom rajtu b'għajnejkom l-opri kbar kollha li għamel il-Mulej.
Ir-rewwixta ta' Korah
(Num:17:1)
Il-Mulej kellem lil Mosè u qallu:(Num:17:2) ̋Għid lil Elgħażar
bin Aron, il-qassis, biex jieħu ċ-ċnieser minn ġon-nar, u jarmi n-nar
li hemm fihom, għaliex huma kkonsagrati.(Num:17:3) U ċ-ċnieser ta'
dawn in-nies li dinbu bi ħsara għalihom, intom tagħmluhom pjanċi
tal-battut biex jiksu l-artal bihom, għax dawn kienu offerti lill-Mulej,
u huma kkonsagrati, u hekk jibqgħu sinjal għal ulied Iżrael.̏(Num:17:4)
U Elgħażar, il-qassis, ħa ċ-ċnieser tal-bronż li kienu offrew in-nies
li nħarqu, u huma għamluhom pjanċi biex jiksu l-artal bihom,(Num:17:5)
u hekk ulied Iżrael jiftakru li ma għandu jersaq ebda profan, li m'hux
min-nisel ta' Aron, biex jaħraq l-inċens quddiem il-Mulej, li ma jmurx
jiġrilu bħal Korah u sħabu, bħalma ordna l-Mulej permezz ta' Mosè.
It-tixwixa tal-poplu
(Num:17:6)
L-għada l-ġemgħa kollha ta' wlied Iżrael bdew igemgmu kontra Mosè u Aron
u jgħidu: ̋Intom qtiltu l-poplu tal-Mulej.̏(Num:17:7) U l-ġemgħa
kollha nġabret kontra Mosè u Aron, u dawn dawwru wiċċhom lejn it-tinda
tal-laqgħa, u minnufiħ ksietha s-sħaba u dehret il-glorja tal-Mulej.(Num:17:8)
U ġew Mosè u Aron quddiem it-tinda tal-laqgħa,(Num:17:9) u l-Mulej
kellem lil Mosè u qallu:
Num:20:8)
̋Ħu l-ħatar, u iġbor il-ġemgħa, int u huk Aron, u kellmu quddiemhom
lill-blata, u din tagħti l-ilma tagħha; u hekk int toħorġilhom l-ilma
mill-blata, u tisqi lill-ġemgħa u l-bhejjem tagħhom.̏(Num:20:9) U
Mosè ħa l-ħatar minn quddiem il-Mulej, kif kien ordnalu.(Num:20:10)
U flimkien ma' Aron ġabar il-ġemgħa quddiem il-blata, u Mosè qalilhom: ̋Isimgħuni,
ja xewwiexa! Aħna se noħorġulkom l-ilma minn din il-blata?̏(Num:20:11)
U Mosè għolla idu, u ħabbat darbtejn fuq il-blata bil-ħatar u bdew
ħerġin gliegel ta' ilma, u xorbu l-ġemgħa u l-bhejjem kollha.
(Num:21:6)
- Msemmi minn Ġesu Gw 3:14 - U l-Mulej bagħat sriep velenużi f'nofs
il-poplu u bdew jigdmuhom; u mietu ħafna mill-poplu ta' Iżrael.(Num:21:7)
U l-poplu mar għand Mosè, u qalulu: ̋Dnibna għax tkellimna kontra l-Mulej
u kontra tiegħek. Itlob lill-Mulej ħa jwarrab is-sriep minn fostna.̏ U
Mosè mar jitlob għall-poplu.(Num:21:8) U l-Mulej kellem lil Mosè
u qallu: ̋Agħmel serp tal-bronż velenuż, u arbulah bħal stendard; u kull
min jingidem u jħares lejh ifiq u jgħix.̏(Num:21:9) U Mosè għamel
serp tal-bronż, u arbulah bhal stendard. U ġara li kull min kien jigdmu
s-serp kien iħares lejn is-serp tal-bronż, u kien ifiq u jgħix.
(Lev:10:1)
Ulied Aron, Nadab u Abihu, ħadu ċensier kull wieħed, kebbsu n-nar u
xeħtu fih l-inċens, u offrewh quddiem il-Mulej, nar profan lil-Mulej ma
kienx ordnalhom.(Lev:10:2) U minnufih ħareġ nar minn quddiem
il-Mulej, u kkunsmahom, u mietu quddiem il-Mulej
(Deut:34:7)
Mija u għoxrin sena kellu Mosè meta miet; kien għadu ma ċċajparx dawl
għajnejh, u anqas saħħtu ma rħietu.
(Num:22:23)
Kif il-ħmara rat l-anġlu tal-Mulej wieqaf fit-triq bix-xabla misluta
f'idu, lwiet mit-triq u marret fir-raba'. Balgħam beda jsawwatha biex
jerġa' jġibha fit-triq. (Num:22:24) U l-anġlu tal-Mulej qagħad
f'mogħdija dejqa bejn id-dwieli, bejn żewġ ħitan, wieħed f'naħa u l-ieħor
f'oħra.(Num:22:25) U l-ħmara rat l-anġlu tal-Mulej u trasset mal-ħajt,
u rasset riġel Balgħam mal-ħajt, u dan raġa' beda jsawwatha.
(Num:22:26) U l-anġlu tal-Mulej raġa' qabiżhom u waqaf f'post dejjaq
li ma kienx hemm mogħdija 'l fejn tilwi, la lejn il-lemin u lanqas lejn
ix-xellug.(Num:22:27) U l-ħmara rat l-anġlu tal-Mulej u għotrot
taħt Balgħam; u Balgħam inkorla għaliha u raġa' beda jagħtiha bil-ħatar.(Num:22:28)
U l-Mulej fetah fomm il-ħmara, u din qalet lil Balgħam: ̋X'għamiltlek?
Diġà sawwattni tliet darbiet!̏(Num:22:29) U Balgħam qal
lill-ħmara: ̋Għax qiegħda tgħaddi ż-żmien bija? Li kelli xabla f'idi
kont noqtlok issa stess.̏(Num:22:30) U l-ħmara wieġbet lil
Balgħam: ̋M'iniex jien il-ħmara tiegħek, li int dejjem irkibt sa llum?
Għandi forsi d-drawwa li nagħmillek hekk?̏ U wieġeb: ̋Le.
Il-Ġordan jixxotta
(Josh:3:14)
Xhin in-nies telqu mill-għerejjex tagħhom biex jaqsmu l-Ġordan,
il-qassisin, li kienu jġorru l-arka tal-patt, marru quddiemhom.(Josh:3:15)
U meta r-reffiegħa ta' l-arka waslu sal-Ġordan u riġlejn il-qassisin li
kienu jgorru l-arka messew ma' xifer l-ilma - fi żmien il-ħsad kollu l-Ġordan
ikun mimli sa fuq ix-xtut tiegħu -(Josh:3:16) l-ilma nieżel min-naħa
ta' fuq waqaf, u qam gozz wieħed, 'il bogħod ħafna ħdejn Adam, il-belt
li qiegħda ħdejn Saretan; l-ilma nieżel lejn il-Baħar ta' l-Għaraba,
il-Baħar il-Mielaħ, gie fix-xejn għal kollox; u l-poplu qasam biswit
Ġeriko.(Josh:3:17) Il-qassisin, li kienu jġorru l-arka tal-patt
tal-Mulej, waqfu fin-niexef f'nofs il-Ġordan, u l-Iżraelin kollha baqgħu
jaqsmu fin-niexef sa ma l-poplu kollu għadda l-Ġordan.
(Josh:4:16)
̋Ordna lill-qassisin, lir-reffiegħa ta' l-arka tax-xhieda, jitilgħu
mill-Ġordan.̏(Josh:4:17) U Ġożwè ordna lill-qassisin u qalilhom:
̋Itilgħu mill-Ġordan.̏(Josh:4:18) U ġara li malli l-qassisin, li
kienu jġorru l-arka tal-patt tal-Mulej, telgħu mill-Ġordan u riġlejhom
missew l-art niexfa, l-ilma tal-Ġordan raġa' għal fejn kien, u beda
jiġri bħal qabel matul ix-xtut kollha tiegħu.
(Josh:6:20)
U għajjat il-poplu, u daqqew it-trombi, u malli l-poplu sama' d-daqq
tat-trombi għajjtu għajta kbira, u l-ħitan iġġarrfu u l-poplu tala'
ghall-belt, kulħadd minn fejn kien, u qabdu l-belt f'idejhom.
(Josh:10:11)
Ġara li huma u jaħirbu minn quddiem Iżrael, kif kienu fin-niżla ta'
Bethoron, il-Mulej waddab fuqhom ġebel kbir mis-smewwiet sa Għażeka.
Mietu aktar bil-ġebel tas-silġ milli wlied Iżrael qatlu bix-xabla.
(Josh:10:12)
Mbagħad Ġożwè kellem lill-Mulej, dak in-nhar li l-Mulej telaq l-Amurrin
quddiem ulied Iżrael, u qal quddiem Iżrael: ̋Ieqaf, xemx, fuq Gibghon;
Ieqaf, qamar, fuq wied Ajjalon.̏(Josh:10:13) U waqfet ix-xemx, u
waqaf il-qamar, sakemm tħallas il-poplu mill-għedewwa tiegħu. ? U x-xemx
waqfet f'nofs is-smewwiet, u ma għaġġlitx tinżel għal jum sħiħ.(Josh:10:14)
U qatt ma kien hemm jum bħalu, la qabel u lanqas wara, li fih il-Mulej
sama' mill-kelma ta' bniedem; għax il-Mulej kien jitqabad għal Iżrael
(Imħallfin:6:37)
arani, jien se nqiegħed din il-geżża suf fuq l-andar, jekk in-nida taqa'
fuqha weħidha, u l-art tibqa' niexfa madwarha, jien inkun naf li int se
teħles lil Iżrael permezz tiegħi kif għedtli.̏(Imħallfin:6:38) U
hekk ġara. L-għada bakkar, u għasar il-geżża, u ħarget minnha daqs
bieqja nida.(Imħallfin:6:39) U Gidghon qal lil Alla: ̋La tisħonx
għalija! Ħa nitkellem u nġarrbek darba oħra biss: Ħa jkun hemm l-inxief
fuq il-geżża weħidha u n-nida fuq l-art.̏
(Imħallfin:6:40) U Alla għamel hekk matul il-lejl; u kien hemm l-inxief
fuq il-geżża weħidha u nida fuq l-art kollha.
(Imħallfin:16:22)
U xagħru raġa' beda jikber wara li qarwżuh.
(Imħallfin:14:6)
L-ispirtu tal-Mulej ħakem lil Sansun u dan tertqu bħalma wieħed itertaq
gidi; ma kellu xejn f'idu, u lil missieru u lil ommu ma wriehom xejn
x'kien għamel.
(Imħallfin:16:29)
U Sansun qabad iż-żewġ plieri tan-nofs, li fuqhom kienet mibnija d-dar,
u twieżen fuqhom, fuq waħda bil-lemin u fuq l-oħra bix-xellug.(Imħallfin:16:30)
U Sansun għajjat: ̋Ha mmut jien mal-Filistin.̏ U Sansun miel 'il
quddiem fuqhom b'saħħtu kollha u ġġarrfet id-dar fuq il-kapijiet u fuq
il-poplu kollu li kien hemm fiha. U l-għadd tal-mejtin, li qatel f'mewtu,
kien akbar minn kemm kien qatel f'ħajtu.
(Imħallfin:15:19)
U Alla xaqq il-blata tal-ħofra ta' Lehi, u ħareġ minnha l-ilma; u hu
xorob, ħa r-ruħ u staħja. Għalhekk semmewha Għajn-kori, li għadha f'Leħi
sa llum.
(1Sam:5:1)
U l-Filistin qabdu l-arka ta' Alla, u ġibuha minn Eben-għeżer għal Asdod.(1Sam:5:2)
Mbagħad ħadu l-arka ta' Alla u ġibuha fit-tempju ta' Dagon, u qegħduha
ħdejn Dagon.(1Sam:5:3) Meta bakkru l-għada fil-għodu l-Asdodin u
marru jaraw, isibu lil Dagon mixħut wiċċu fl-art quddiem l-arka
tal-Mulej, u qabdu lil Dagon u reġgħu qegħduh f'postu.(1Sam:5:4)
Kif qamu l-għada fil-għodu reġgħu sabu lil Dagon mixħut wiċċu fl-art
quddiem l-arka tal-Mulej, u rasu u idejh it-tnejn maqtugħin fuq l-għatba;
ġismu biss kien baqa' minn Dagon.
(1Sam:6:7)
Issa, mela, aqbdu u agħmlu karru ġdid b'żewg baqriet ireddgħu, li ma
refgħu qatt fuqhom madmad; orbtu l-baqriet mal-karru, u ħudu l-frieħ
tagħhom minn warajhom fl-istalla.(1Sam:6:8) Ħudu mbagħad l-arka
tal-Mulej u qegħduha fuq il-karru, u t-tagħmir tad-deheb li intom
qegħdin troddulu b'offerta ta' riparazzjoni, qegħduhom f'senduq maġenbha,
u ħalluha tmur.(1Sam:6:9) Mbagħad oqogħdu ħarsu, u jekk taqbad
it-triq ta' artu u titla' lejn Bet-xemex, sinjal li hu jkun għamlilna
din il-ħsara kbira, jekk le nagħrfu li m'hux idu kienet li laħqitna,
imma għax ġiet hekk.̏
(1Sam:6:10) Hekk għamlu dawk in-nies. Ħadu żewġ baqriet ireddgħu
u rabtuhom ma' karru, u għalqu l-frieħ tagħhom fl-istalla.(1Sam:6:11)
U qiegħdu l-arka tal-Mulej fuq il-karru, u s-senduq bil-grieden tad-deheb
u x-xbihat tal-bżieżaq tagħhom.(1Sam:6:12) U l-baqar qabdu t-triq
dritt għal Bet-xemex; u baqgħu mexjin fl-istess triq, jimxu u jgargru,
bla ma jilwu lejn il-lemin jew lejn ix-xellug, u l-prinċpijiet
tal-Filistin mexjin warajhom sa truf Bet-xemex.
1Sam:6:13) In-nies ta' Bet-xemex kienu qegħdin jaħsdu l-qamħ
fil-wied; u refgħu għajnejhom u raw l-arka, u ferħu malli rawha.(1Sam:6:14)
U l-karru wasal sa l-għalqa ta' Ġożwè l-Bet-xemxi, u waqaf hemm. Kien
hemm ġebla kbira, u qattgħu l-injam tal-karru u offrew il-baqriet
b'sagrifiċċju tal-ħruq lill-Mulej.
(1Sam:5:9)
Wara li ġarrewha waqgħet id il-Mulej fuq il-belt, u kien hemm taħbila
sħiħa; u darab in-nies tal-belt, miż-żghir sal-kbir, u ħarġulhom
il-morliti. (1Sam:5:10) U bagħtu l-arka ta' Alla f'Għekron, u
meta waslet l-arka ta' Alla f'Għekron, l-Għekronin bdew jgħajjtu u
jgħidu: ̋Ġibulna l-arka ta' Alla ta' Iżrael għandna, biex joqtlu lilna u
l-familji tagħna.̏(1Sam:5:11) U bagħtu jlaqqgħu l-prinċpijiet
kollha tal-Filistin u qalulhom: ̋Ibagħtu lura l-arka ta' Alla ta' Iżrael
u terġa' lejn postha, li ma toqtolniex, lilna u l-familji tagħna.̏ Għax
kien hemm taħwida tal-mewt fil-belt kollha. Id il-Mulej kienet tqila
wisq fuqha.(1Sam:5:12) In-nies li ma kinux mietu ntlaqtu
bil-morliti. L-għajat tal-belt saħansitra wasal sas-smewwiet.
(1Sam:6:1)
L-arka tal-Mulej kienet ilha seba' xhur f'art il-Filistin,(1Sam:6:2)
meta l-Filistin sejjħu lill-qassisin u l-ħabbarin, u qalulhom: ̋X'se
nagħmlu bl-arka tal-Mulej? Għidulna kif sejrin nibagħtuha lura
f'postha.̏(1Sam:6:3) U weġbuhom: ̋Jekk se tibagħtu lura l-arka ta'
Alla ta' Iżrael, tibagħtuhiex b'xejn, imma roddulha offerta ta'
riparazzjoni. Mbagħad jekk tfiqu, tagħrfu għaliex ma warrabx idu minn
fuqkom.̏(1Sam:6:4) U staqsewhom: ̋X'inhi l-offerta ta'
riparazzjoni li għandna nroddulha?̏ U weġbuhom: ̋Ħames bżieżaq tad-deheb
u ħames grieden tad-deheb, skond l-għadd tal-prinċpijiet tal-Filistin,
għaliex marda wahda qabditkom, lilkom ilkoll u l-prinċpijiet tagħkom.(1Sam:6:5)
Agħmlu mela xbihat tal-bżieżaq tagħkom u tal-grieden li ħarbtu l-art, u
tagħtu gieh lil Alla ta' Iżrael; għandu mnejn ineħħi idu minn fuqkom, u
minn fuq l-allat tagħkom, u minn fuq artkom.(1Sam:6:6) Għaliex
twebbsu qalbkom bħalma webbsu qalbhom l-Eġizzjani u l-Fargħun? Forsi ma
kellux jitlaqhom wara li kien lagħab bihom?(1Sam:6:7) Issa, mela,
aqbdu u agħmlu karru ġdid b'żewġ baqriet ireddgħu, li ma refgħu qatt
fuqhom madmad; orbtu l-baqriet mal-karru, u ħudu l-frieħ taghhom minn
warajhom fl-istalla.(1Sam:6:8) Ħudu mbagħad l-arka tal-Mulej u
qegħduha fuq il-karru, u t-tagħmir tad-deheb li intom qegħdin troddulu
b'offerta ta' riparazzjoni, qegħduhom f'senduq maġenbha, u ħalluha tmur.(1Sam:6:9)
Mbagħad oqoghdu ħarsu, u jekk taqbad it-triq ta' artu u titla' lejn Bet-xemex,
sinjal li hu jkun għamlilna din il-ħsara kbira, jekk le nagħrfu li m'hux
idu kienet li laħqitna, imma għax ġiet hekk.̏(1Sam:6:10) Hekk
għamlu dawk in-nies. Ħadu żewġ baqriet ireddgħu u rabtuhom ma' karru, u
għalqu l-frieħ tagħhom fl-istalla.(1Sam:6:11) U qiegħdu l-arka
tal-Mulej fuq il-karru, u s-senduq bil-grieden tad-deheb u x-xbihat
tal-bżieżaq tagħhom.(1Sam:6:12) U l-baqar qabdu t-triq dritt għal
Bet-xemex; u baqgħu mexjin fl-istess triq, jimxu u jgargru, bla ma jilwu
lejn il-lemin jew lejn ix-xellug, u l-prinċpijiet tal-Filistin mexjin
warajhom sa truf Bet-xemex.(1Sam:6:13) In-nies ta' Bet-xemex
kienu qegħdin jaħsdu l-qamħ fil-wied; u refgħu għajnejhom u raw l-arka,
u ferħu malli rawha.(1Sam:6:14) U l-karru wasal sa l-għalqa ta'
Ġożwè l-Bet-xemxi, u waqaf hemm. Kien hemm ġebla kbira, u qattgħu l-injam
tal-karru u offrew il-baqriet b'sagrifiċċju tal-ħruq lill-Mulej.(1Sam:6:15)
Il-Leviti niżżlu l-arka tal-Mulej, u s-senduq li kien hemm magħha
bl-oġġetti tad-deheb li kienu fih, u qegħduh fuq il-ġebla l-kbira, u dak
in-nhar il-Betxemxin offrew sagrifiċċji tal-ħruq u vittmi
lill-Mulej.(1Sam:6:16) Dan kollu rawh il-ħames prinċpijiet
tal-Filistin, u reġgħu lura lejn Għekron dak in-nhar stess.(1Sam:6:17)
Dan hu l-għadd tax-xbihat tal-bżieżaq li taw il-Filistin b'offerta ta'
riparazzjoni lill-Mulej; waħda għal Asdod, waħda għal Gaża, waħda għal
Askalon, waħda għal Gatt, waħda għal Għekron.(1Sam:6:18) L-għadd
imbagħad tal-grieden tad-deheb kien daqs l-għadd ta' l-ibliet Filistin
kollha tal-ħames prinċpijiet, mill-belt bis-swar sar-raħal għall-beraħ.
U l-ġebla l-kbira li fuqha serrħu l-arka tal-Mulej għadha hemm sa llum,
fir-raba' ta' Gożwè l-Betxemxi.
(1Sam:6:19)
U l-Mulej qatel lil xi wħud min-nies ta' Bet-xemex, għax ħarsu ġo l-arka
tal-Mulej; qatel sebgħin minnhom, u l-poplu beka għaliex il-Mulej għamel
ħerba mill-poplu.(1Sam:6:20) U n-nies ta' Bet-xemex qalu: ̋Min
jista' joqgħod wieqaf quddiem il-Mulej, dan Alla daqshekk qaddis? Għand
min jista' jitla' u jitbiegħed minna?
(1Sam:12:16)
̋U issa oqogħdu, u araw dan l-għaġeb kbir, li se jagħmel il-Mulej
quddiem għajnejkom.(1Sam:12:17) M'huwiex żmien il-ħsad illum?
Jien insejjaħ il-Mulej u jibgħat ragħad u xita, u tkunu tafu u taraw
x'ħażen kbir għamiltu f'għajnejn il-Mulej meta tlabtu sultan għalikom.̏(1Sam:12:18)
U Samwel sejjaħ il-Mulej, u l-Mulej bagħat ragħad u xita dakinhar, u l-poplu
baża' ħafna mill-Mulej u minn Samwel.
(2Sam:6:1)
U David ġama' l-aħjar nies ta' Iżrael, tletin elf ruħ.(2Sam:6:2)
Mbagħad David qam u telaq bil-poplu kollu miegħu minn Baghale-guda biex
italla' minn hemm l-arka ta' Alla, li ġġib l-isem tal-Mulej ta’ l-eżerċti,
li qiegħed fuq il-kerubini.(2Sam:6:3) U għabbew l-arka ta' Alla
fuq karru ġdid u ġarrewha mid-dar ta' Abinadab, li kienet fuq l-għolja.
U Ghużża u Ahiju, ulied Abinadab, kienu jsuqu l-karru l-ġdid(2Sam:6:4)
bl-arka ta' Alla fuqu, u Ahiju kien miexi quddiem l-arka.(2Sam:6:5)
U David u d-dar kollha ta' Iżrael kienu jiżfnu u jaqbżu bil-ferħ
quddiem il-Mulej b'kemm kellhom saħħa, bl-għana u d-daqq taċ-ċetri, l-arpi,
it-tnabar, iċ-ċnieċel u l-platti.(2Sam:6:6) Xhin waslu ħdejn
il-qiegħa ta' Nakon, il-gniedes tfixklu u Għużża medd idu lejn l-arka ta'
Alla biex iżommha.(2Sam:6:7) Il-Mulej għadab għal Għużża, u Alla
laqtu hemm u baqa' mejjet tal-post ħdejn l-arka ta' Alla.(2Sam:6:8)
David għela għax laqat il-Mulej lil Għużża, u sejjaħ il-post Peres-għużża
sa llum.
(1Kron:21:14)
U l-Mulej bagħat il-pesta f'Iżrael. U mietu minn Iżrael sebgħin elf
ragel. (1Kron:21:15) U Alla bagħat anġlu Ġerusalemm biex jeqridha;
imma meta kien se jeqridha, il-Mulej ra, u sogħob bih mid-deni, u qal
lill-anġlu l-qerried: ̋Biżżejjed! Żomm idek.̏ U l-anglu tal-Mulej dak
il-ħin kien ħdejn il-qiegħa ta' Ornan il-Gebusi. (1Kron:21:16) U
David rafa' għajnejh, u ra lill-anġlu tal-Mulej qiegħed bejn art u sema
bix-xabla misluta f'idu, u mifruxa għal fuq Gerusalemm. Mbagħad David u
x-xjuħ, liebsa x-xkejjer, niżlu wiċċhom fl-art. (1Kron:21:17) U
David qal lil Alla: ̋Jaqaw m'hux jien kont li ordnajt l-għadd tal-poplu?
M'hux jien li dnibt, u għamilt dan id-deni kollu? Imma dawn in-nagħaġ
x'għamlu? Mulej Alla tiegħi, ħa tkun, nitolbok, idek fuqi u fuq dar
missieri; imma tħallix din il-pesta fuq il-poplu tiegħek.̏
(1Kron:21:18)
U l-anġlu tal-Mulej qal lil Gad biex jgħid lil David jitla' u jtalla'
artal lill-Mulej fuq il-qiegħa ta' Ornan il-Gebusi. (1Kron:21:19)
U David tala' skond il-kelma ta' Gad, li kien qallu f'isem il-Mulej.
(1Kron:21:20) U Ornan dar u ra l-anġlu, u l-erba' wlied li kienu
miegħu nħbew. Ornan kien qiegħed jidres il-qamħ. (1Kron:21:21)
Malli David wasal ħdejh, Ornan ħares u ra lil David, u ħareġ mill-qiegħa
u niżel wiċċu fl-art quddiem David. (1Kron:21:22) U David qal lil
Ornan: ̋Agħtini l-post tal-qiegħa biex nibni fih artal lill-Mulej.
Agħtihuli b'kemm jiswa flus u hekk tieqaf il-pesta minn fost il-poplu.̏
(1Kron:21:23) U Ornan wieġeb lil David: ̋Ħudu, ħa jagħmel sidi
s-sultan dak li jidhirlu li hu l-aħjar. Ara, nagħti l-baqar
għas-sagrifċċju tal-ħruq, u x-xatba għall-ħatab, u l-qamħ
għall-offerta; kollox nagħtik.̏ (1Kron:21:24) U s-sultan David
qal lil Ornan: ̋Le! Nixtrih b'kemm jiswa flus, għax ma noffrix dak li hu
tiegħek lill-Mulej, u lanqas noffri sagrifiċċji bla ħlas.̏
(1Kron:21:25) U David ta lil Ornan għall-post sitt mitt xekel tad-deheb
bl-użin. (1Kron:21:26) U David bena hemm artal lill-Mulej, u
offra sagrifiċċji tal-ħruq u sagrifċċji tas-sliem; u sejjaħ lill-Mulej u
dan wieġbu bin-nar mis-sema għal fuq l-artal tas-sagrifiċċju tal-ħruq.
(Lev:9:24)
U ħareġ nar minn quddiem il-Mulej u kkonsma li kien hemm fuq l-artal;
il-vittma tas-sagrifiċċju tal-ħruq, u x-xaħam; u l-poplu rah, u nfexx
jgħajjat bil-ferħ, u nxteħet wiċċu fl-art.
(Imħallfin:6:21)
Mbagħad l-anġlu tal-Mulej medd tarf il-ħatar, li kellu f'idu, u mess bih
il-laħam u l-ftajjar, u ħareġ in-nar mill-blata, u ħaraq il-laħam u l-ftajjar,
u l-anġlu tal-Mulej għab minn quddiemu.
(Imħallfin:13:19)
U Manuha ħa gidi bl-offerta tiegħu u offrieh b'sagrifiċċju fuq ġebla
lill-Mulej, li jagħmel ħwejjeġ ta' l-għaġeb. U waqt li Manuha u martu
kienu jħarsu,(Imħallfin:13:20) il-fjamma tan-nar telgħet mill-artal
lejn is-sema, u l-anġlu tal-Mulej tala' fil-fjamma ta' l-artal. Meta
Manuha u martu raw dan, waqgħu wiċċhom fl-art.
(2Kron:7:1)
Xħin Salamun temm jitlob niżel nar mis-sema u kkonsma s-sagrifiċċju
tal-ħruq, u l-vittmi; u l-glorja tal-Mulej imliet id-dar.
(1Slat:18:38)
U niżel nar mingħand il-Mulej, u ħaraq il-vittma, u l-ħatab, u l-ġebel,
u t-trab, sa ma xorob l-ilma fil-gandott.
(1Slat:13:3)
Dak il-ħin stess ta sinjal u qal: ̋Din hi l-prova tal-Mulej: Araw, l-artal
jinqasam u jittajjar l-irmied minn fuqu.̏(1Slat:13:4) Malli
s-sultan sama' l-kliem li l-bniedem ta' Alla kien qal kontra l-artal
f'Betel, Gerobogham medd idu minn fuq l-artal u qal: ̋Aqbduh!̏ Imma idu,
li kien medd kontrih, ibbieset, u ma setax jiġbidha lura lejh.(1Slat:13:5)
U l-artal inqasam, u l-irmied ittajjar minn fuq l-artal, skond is-sinjal
li kien ta l-bniedem ta' Alla bl-ordni tal-Mulej.(1Slat:13:6) U
s-sultan wieġeb u qal lill-bniedem ta' Alla: ̋Aqlagħli l-grazzja
tal-Mulej, Alla tiegħek, nitolbok, u itlob għalija biex tintraddli idi
lura.̏ U l-bniedem ta' Alla qalagħlu l-grazzja tal-Mulej, u id is-sultan
intradditlu lura, u saret bħal qabel.
(2Slat:7:6)
Il-biċċa kienet, li l-Mulej kien samma' lill-Aramin fil-kamp ħsejjes ta'
karrijiet ta' żwiemel u ta' eżerċtu kbir, u huma bdew jgħidu lil xulxin:
̋Ara, is-sultan ta' Iżrael kera s-Slatten tal-Ħittin, u s-Slatten ta' l-Eġizzjani
biex jiġu jaħbtu għalina.̏(2Slat:7:7) U qamu u ħarbu fil-għaxija,
u ħallew it-tined tagħhom, u ż-żwiemel u l-ħmir tagħhom, u l-kamp kif
kien, u ħarbu u ħasbu għal rashom.
IL-MIRAKLI TA' ELIJA
(1Slat:17:6)
U ċ-ċawl kienu jġibulu ħobż u laħam mas-sebh u ħobż u laħam fil-għaxija.
U kien jixrob mill-wied.
(1Slat:19:1)
Ahab għarraf lil Ġeżabel b'kull ma kien għamel Elija, u kif qatel
lill-profeti kollha bix-xabla.(1Slat:19:2) U Ġeżabel bagħtet
messaġġier lil Elija jgħidlu: ̋Dan jagħmluli l-allat u iżjed minn hekk,
jekk għada bħalissa ma nkunx għamilt minn ħajtek kull ma sar mill-ħajja
ta' kull wieħed minnhom.̏(1Slat:19:3) U baża', u qabad u telaq
biex isalva ħajtu, u mar Birsaba li hemm f'Ġuda, u ħalla l-qaddej tiegħu
hemm.(1Slat:19:4) Il-profeta rħielha lejn id-deżert. Wara jum
mixi waqaf, nxteħet taħt siġra tal-gummar, talab li jmut, u qal: ̋Issa
biżżejjed, Mulej; ħudli 'l ħajti, għax m'iniex aħjar minn missirijieti!̏(1Slat:19:5)
U mtedd għad-dell tal-gummara, u raqad. Kif kien rieqed messu anġlu, u
qallu: ̋Qum u kul!̏(1Slat:19:6) Elija dawwar wiċċu, u lemah ħdejn
rasu ftira moħmija u ġarra ilma; kiel u xorob, u raġa' mtedd.(1Slat:19:7)
Għat-tieni darba ġie l-anġlu tal-Mulej, u raġa' messu u qallu: ̋Qum u
kul, inkella ma tkunx tiflaħ għall-mixja li fadallek.̏(1Slat:19:8)
Elija qam, kiel u xorob, u bis-saħħa ta' dak l-ikel baqa' miexi għal
erbgħin jum u erbgħin lejl sa ma wasal Horeb, il-muntanja tal-Mulej.
(1Slat:17:9)
̋Qum u mur f'Sarefta ta' Sidon, u oqgħod hemm. Jien ikkmandajt lil waħda
armla minn hemm biex titimgħek.̏(1Slat:17:10) Qam u rħielha lejn
Sarefta. Kif wasal ħdejn bieb il-belt, kien hemm waħda armla tiġbor
il-ħatab. Elija sejjħilha u qalilha: ̋Jekk jogħġbok, ġibli f'bieqja
belgħa ilma x'nixrob.̏(1Slat:17:11) Hi u sejra, Elija raġa'
sejjħilha u qalilha: ̋Ġibli wkoll, jekk jogħġbok, kisra ħobż f'idek.̏(1Slat:17:12)
Hija wieġbet: ̋Daqs kemm hu ħaj il-Mulej, Alla tiegħek, ma għandi xejn
maħbuż; qabda dqiq f'ġarra u ftit żejt fil-kus kull ma baqagħli. Ara,
qiegħda niġbor biċċtejn ħatab; issa nħejji xi ħaġa għalija u għal ibni;
u mbagħad nikluha u mmutu.̏(1Slat:17:13) Elija wieġeb: ̋La tibżax,
mur u agħmel kif għedtli: imma qabel agħmel ftira żgħira għalija, u
ġibhieli. Mbagħad agħmel għalik u għal ibnek.(1Slat:17:14) Għax
din hi l-kelma tal-Mulej, Alla ta' Iżrael: Il-ġarra tad-dqiq ma tintemm
qatt, u l-kus taż-żejt ma jitbattalx, sa dak in-nhar li l-Mulej
jibgħat ix-xita fil-pajjiż.̏(1Slat:17:15) U dik marret u għamlet
kif qalilha Elija. Damu jieklu għal żmien, hi u hu, u darha kollha.(1Slat:17:16)
U l-ġarra tad-dqiq ma ntemmitx, u l-kus taż-żejt ma tbattalx, kif kien
qal il-Mulej permezz ta' Elija
(1Slat:17:17)
Wara dawn il-ġrajja marad it-tifel ta' dik il-mara li kienet sidt id-dar.
U ġara li l-marda tqawwiet tant li ma kienx baqagħlu iżjed nifs.(1Slat:17:18)
U hi qalet lil Elija: ̋X'hemm bejni u bejnek, bniedem ta' Alla? Jaqaw
ġejt hawn biex tfakkarni fi ħżuniti u toqtolli 'l ibni?̏(1Slat:17:19)
U hu wieġeb: ̋Agħtini lil ibnek.̏ U ħadu minn ħogorha, u tellgħu fl-għorfa
fejn kien jgħammar hu, u meddu fuq il-mitrah tiegħu.(1Slat:17:20)
U sejjaħ lill-Mulej u qal: ̋Mulej, Alla tiegħi, fuq din l-armla wkoll,
li qiegħed magħha, ridt iġġib il-ħsara u toqtlilha lil binha?̏(1Slat:17:21)
U mtedd tliet darbiet fuq it-tifel, u sejjaħ lill-Mulej u qal: 'Mulej,
Alla tiegħi, ħalli ruħ it-tifel tarġa' lura fih!'(1Slat:17:22)
U l-Mulej sama' lehen Elija, u ruħ it-tifel reggħet lura fih, u
ha l-ħajja.(1Slat:17:23) U Elija qabad it-tifel
u niżżlu d-dar mill-għorfa, u tah lil ommu; u Elija qalilha: ̋Ara, ibnek
haj.̏(1Slat:17:24) U l-mara qalet lil Elija: ̋Issa naf li int
bniedem ta' Alla, u l-kelma tal-Mulej fuq fommok hi s-sewwa.̏
(1Slat:18:41)
Mbagħad Elija qal lil Ahab: ̋Itla', kul u ixrob, għaliex qiegħed
jinstema' ħoss kbir ta' xita.̏(1Slat:18:42) Ahab tala' jiekol u
jixrob. U Elija tala' fuq il-quċċata tal-Karmel, nxtehet fl-art, u
qiegħed wiċċu bejn irkubbtejh.(1Slat:18:43) U qal lill-qaddej
tiegħu: ̋Itla', u ħares lejn in-naħa tal-baħar.̏ Dak tala' ħares, u qal:
̋Ma hemm xejn.̏ Qallu: ̋Erġa' mur seba' darbiet.̏(1Slat:18:44) U
l-qaddej tala' seba' darbiet. Mas-seba' darba qabad jgħajjat: ̋Ara, hemm
sħaba daqs keffa ta' id ta' raġel, tielgħa mill-baħar.̏ Qallu Elija:
̋Mur għidlu lil Aħab: 'Arma l-karru u inżel, qabel ma tilħqek ix-xita'.̏(1Slat:18:45)
Malli dan, is-sema swied, qam ir-riħ, u bdiet nieżla xita kbira. Aħab
rikeb u telaq lejn Ġeżragħel.
(2Slat:1:10)
U Elija wieġeb lill-fizzjal tal-ħamsin u qallu: ̋Jekk jien bniedem ta'
Alla, ħa jinżel nar mis-sema, u jibla' lilek u l-ħamsin tiegħek.̏ U
niżel nar mis-sema u qered lilu u l-ħamsin tiegħu.(2Slat:1:11) U
s-sultan raġa' bagħatlu fizzjal ieħor ta' ħamsin, bil-ħamsin raġel
tiegħu, u dan tala' u qallu: ̋Bniedem ta' Alla, dan jgħid is-sultan: 'Fittex
inżel minn fuq il-muntanja.' ̏(2Slat:1:12) U Elija wieġeb u qallu:
̋Jekk jien bniedem ta' Alla, ħa jinżel nar mis-sema, u jibla' lilek u l-ħamsin
tiegħek.̏ U niżel in-nar ta' Alla mis-sema, u qered lilu u l-ħamsin
tiegħu.
(2Slat:2:8)
U Elija qabad il-mantar tiegħu, kebbu, u ħabbtu ma' l-ilma; u dan
inferaq 'l hemm u 'l hawn. U qasmu huma t-tnejn fl-inxif.
(2Slat:2:11)
U ġara li huma u sejrin, jimxu u jitkellmu, f'daqqa waħda karru tan-nar
bi żwiemel tan-nar firidhom minn xulxin, u Elija tala' s-sema fir-riefnu.
IL-MIRAKLI TA' ELIŻEW
(2Slat:2:14)
U ħa l-mantar ta' Elija li kien waqa' minn fuqu u ħabbtu ma' l-ilma, u
qal: ̋Fejn hu l-Mulej Alla ta' Elija issa? Fejn hu?̏ U ta daqqa fuq l-ilma,
u dan inferaq, 'l hawn u 'l hemm, u Eliżew għadda għan-naha l-oħra.
(2Slat:2:19)
U n-nies tal-belt qalu lil Eliżew: ̋Ara, il-post tal-belt hu tajjeb, kif
jista' jara sidi, imma l-ilma ħażin, u l-art ħawlija.̏(2Slat:2:20)
U hu qalilhom: ̋Ġibuli bieqja ġdida, u ixħtu ftit melħ fiha.̏ U
ġibuhielu. (2Slat:2:21) U ħareġ lejn l-għajn ta' l-ilma, u xeħet
fiha l-melħ, u qal: ̋Dan jgħid il-Mulej: 'Jien intejjeb dan l-ilma. Minn
issa 'l quddiem ma jkunx hemm la mewt u la ħwiel ta' l-art.̏(2Slat:2:22)
U l-ilma baqa' tajjeb sa llum, skond il-kelma li qal Eliżew.
(2Slat:4:1)
Waħda mara min-nisa tal-profeti sejjhet lil Eliżew u qaltlu: ̋Il-qaddej
tiegħek żewgi miet, u inti taf li l-qaddej tiegħek kien jibża' mill-Mulej.
Issa dak li kien silfu gie biex jeħodli ż-żewġ uliedi bi lsiera tiegħu.̏(2Slat:4:2)
U Eliżew qalilha: ̋X'nista' nagħmillek? Għidli, x'għandek id-dar?̏ U hi
wieġbet: ̋Ma għandha xejn il-qaddejja tiegħek id-dar ħlief kus żejt.̏(2Slat:4:3)
U hu qalilha: ̋Mur barra, u itlob kwies mingħand il-ġirien, kwies vojta,
u ġġibx ftit.(2Slat:4:4) U mbagħad idħol id-dar, sakkar il-bieb
warajk u wara wliedek, u sawwab iż-żejt f'dawk il-kwies kollha, u kull
wieħed li jimtela warrbu.̏(2Slat:4:5) U telqet minn ħdejh, u
sakkret il-bieb warajha u wara wliedha; huma bdew inewwlulha u hi tferra'.(2Slat:4:6)
U ġara li malli mliet il-kwies qalet lil binha: ̋Newwilli kus ieħor.̏ U
hu weġibha: ̋Ma fadalx aktar kwies.̏ U ż-żejt waqaf.(2Slat:4:7)
Mbagħad marret tgħarraf lill-bniedem ta' Alla, u hu qalilha: ̋Mur, bigħ
iż-żejt, u ħallas dejnek; u int u wliedek tgħixu mill-bqija.̏
(2Slat:4:18)
U t-tifel kiber, u ġurnata waħda ħareġ ħdejn missieru, li kien ħdejn
il-ħassada.(2Slat:4:19) U qal lil missieru: ̋Ajma rasi! Ajma rasi!̏
Il-missier qal lill-qaddej: ̋Ħudu għand ommu.̏(2Slat:4:20) Dak
ħadu, u wasslu għand ommu, u t-tifel baqa' f'ħoġorha sa nofsinhar, u
mbagħad miet.(2Slat:4:21) Hi telgħet tmiddu fuq il-friex
tal-bniedem ta' Alla, għalqet warajha, u ħarġet.(2Slat:4:22) U
sejjħet lil żewġha u qaltlu: ̋Ibgħatli wieħed mill-qaddejja, u waħda
mill-ħmir, ha mmur niġri sa għand il-bniedem ta' Alla, u nerġa' lura.̏(2Slat:4:23)
U hu qalilha: ̋Għalfejn sejra għandu? Illum la hu l-ewwel tax-xahar u
lanqas is-Sibt!̏ U qaltlu: ̋Ma jimpurtax.̏(2Slat:4:24) U
xiddet il-ħmara, u qalet lill-qaddej tagħha: ̋Suq u imxi, u twaqqaflix
fit-triq, jekk ma ngħidlikx.̏(2Slat:4:25) U telqet, u waslet
għand il-bniedem ta' Alla fuq il-muntanja tal-Karmel. U ġara li malli l-bniedem
ta' Alla raha mill-bogħod qal lil Gehażi, il-qaddej tiegħu: ̋Ara dik is-Sunamija.(2Slat:4:26)
Mur iġri u ltaqa' magħha u staqsiha: Intix tajba? Hux tajjeb żewġek? Hux
tajjeb ibnek?̏ U hi wieġbet: ̋Kollox sewwa.̏(2Slat:4:27) U xħin
waslet ħdejn il-bniedem ta' Alla fuq il-muntanja, qabdet ma' riġlejh. U
Gehażi resaq biex iwarrabha, iżda l-bniedem ta' Alla qallu: ̋Halliha
għax qalbha kollha mrar, u l-Mulej ħbieli, u ma għarrafnix fuqiex.̏(2Slat:4:28)
U hi qaltlu: ̋Qatt jien tlabt iben mingħand sidi? Ma għedtlikx, la
tqarraqx bija?̏(2Slat:4:29) U hu qal lil Gehażi: ̋Ħażżem ġenbejk,
ħu l-bastun tiegħi f'idek u itlaq. Jekk tiltaqa' ma' xi ħadd,
issellimlux; u jekk isellimlek xi ħadd, tweġbux. U qiegħed il-bastun
tiegħi fuq wiċċ it-tifel.̏(2Slat:4:30) U omm it-tifel qaltlu: ̋Daqs
kemm hu ħaj il-Mulej, u ħaj int, jien ma nitilqekx.̏ U qabad u mar
warajha.(2Slat:4:31) Gehażi telaq qabilhom u qiegħed il-bastun
fuq wiċċ it-tifel, imma ma ġara xejn; ebda leħen, u ebda sinjal. U raġa'
lura jiltaqa' ma' Eliżew, u resaq quddiemu u qallu: ̋It-tifel ma
stenbaħx!̏(2Slat:4:32) Mbagħad daħal Eliżew, il-profeta, u ara,
it-tifel kien mimdud mejjet fuq friexu.(2Slat:4:33) Daħal, għalaq
il-bieb warajhom it-tnejn, u beda jitlob lill-Mulej.(2Slat:4:34)
Mbagħad tala', u mtedd fuq it-tifel, qiegħed fommu fuq fommu, għajnejh
fuq għajnejh, u idejh fuq idejh, u, kif kien mixħut fuqu, gisem it-tifel
beda jisħon.(2Slat:4:35) Eliżew raħa' qabad jimxi 'l hawn u 'l
hemm mad-dar, u għal darba oħra mar u mtedd fuq it-tifel; u dan għatas
seba' darbiet, u bexxaq għajnejh.(2Slat:4:36) Eliżew imbagħad
sejjaħ lil Gehażi, u qallu: ̋Sejjħilha 'l din is-Sunamija.̏ Sejjħilha, u
daħlet ħdejh. ̋Ħudu lil ibnek,̏ qalilha.(2Slat:4:37) Hi resqet u
nxteħtet f'riġlejh wiċċha fl-art, mbagħad qabdet lil binha u ħarġet 'il
barra.
(2Slat:4:38)
U Eliżew raġa' lura lejn Gilgal, u kien hemm il-guħ fil-pajjiż. U kif
kienu wlied il-profeti bilqiegħda quddiemu, Eliżew qal lill-qaddej
tiegħu: ̋Qiegħed il-borma l-kbira fuq in-nar, u sajjar l-ikel għal ulied
il-profeti.̏(2Slat:4:39) U ħareġ wiehed mir-raba' jlaqqat xi
ħaxixa, u sab bħal dielja selvaġġga, u laqqat minnha ħjar selvaġġ. U
mela l-mantar tiegħu. U mar u qattagħhom fil-borma tat-tisjir, għax ma
kinux jafu x'inhuma.(2Slat:4:40) U mbagħad qassmu l-ikel lin-nies
biex jieklu, u malli bdew jieklu mit-tisjir infexxew jgħajjtu u jgħidu:
̋Hawn il-mewt fil-borma, bniedem ta' Alla.̏ U ma setgħux jieklu.(2Slat:4:41)
Eliżew qalilhom: ̋Ġibuli ftit dqiq.̏ U xeħet minnu fil-borma, u qalilhom:
̋Qassmu lin-nies biex jieklu.̏ U ma kien hemm xejn aktar ħażin fl-ikel.
(2Slat:4:42)
U ġie għand Eliżew raġel minn Bagħal-salisa, u ġieb lir-raġel ta' Alla
ħobż tal-bikri: għoxrin ħobża tax-xgħir, u sbul mimli qamħ ġdid. Eliżew
qallu: ̋Agħtihom lin-nies ħa jieklu.̏(2Slat:4:43) Imma l-qaddej
tiegħu wieġeb: ̋Kif nista' nqassam dawn lil mitt ruħ?̏ Raġa' qallu
Eliżew: ̋Agħti lin-nies ħa jieklu; għax dan jgħid il-Mulej: 'Mhux biss
jieklu, imma jifdal ukoll.' ̏(2Slat:4:44) Dak qassmilhom; u huma
kielu, u kien għad fadal minnhom, bħalma qal il-Mulej.
(2Slat:5:1)
Nagħman, il-kmandant ta' l-eżerċtu tas-sultan ta' Aram, kien kbir
quddiem sidu, u dan kien iġibu hafna, għax bih il-Mulej kien ta r-rebħa
lil Aram. Iżda r-raġel, għad li suldat qalbieni, kien lebbrus.(2Slat:5:2)
Ħarġu l-Aramin bil-ġgajtiet tagħhom, u mill-pajjiż ta' Iżrael ġiebu
magħhom tfajla żagħżugha, li saret il-qaddejja ta' mart Nagħman.(2Slat:5:3)
Darba qalet lil sidtha: ̋M'hux li kien sidi quddiem il-profeta li hemm
f'Samarija! Għax kien ineħħilu il-lebbra li għandu!̏(2Slat:5:4)
Nagħman daħal ikellem lil sidu u qallu: ̋Dan u dan ma qalet iż-żagħżugha
li ġibna mill-pajjiż ta' Iżrael.̏(2Slat:5:5) U s-sultan ta' Aram
qallu: ̋Aqbad u mur. Issa nibgħat ittra lis-sultan ta' Iżrael.̏ U mar, u
ħa miegħu għaxar talenti tal-fidda, sitt elef xekel tad-deheb, u għaxar
tibdiliet ħwejjeġ.(2Slat:5:6) U lis-sultan ta' Iżrael wassallu l-ittra,
li kienet tgħid hekk: ̋Kif tasallek din l-ittra, ara, nkun bgħattlek
il-qaddej tiegħi Nagħman, biex tneħħilu il-lebbra li għandu.̏(2Slat:5:7)
Malli qara l-ittra s-sultan ta' Iżrael ċarrat ilbiesu u qal: ̋Mela jien
xi alla, nagħti l-mewt u nagħti l-ħajja, biex dan bagħatli bniedem ha
nneħħilu il-lebbra minn fuqu? Mela kunu afu u araw, li dan tassew
qiegħed ifittex li jaqbad miegħi!̏(2Slat:5:8) Issa gara li Eliżew,
il-bniedem ta' Alla, sama' li s-sultan ta' Iżrael kien ċarrat ħwejġu
minn fuqu; u għalhekk bagħat jgħidlu: ̋Dan għaliex ċarratt ħwejġek minn
fuqek? Ha jiġi għandi, u jkun jaf li hemm profeta f'Iżrael.̏(2Slat:5:9)
U mar Nagħman, biż-żwiemel u l-karrijiet tiegħu, u waqaf quddiem il-bieb
tad-dar ta' Eliżew.(2Slat:5:10) U Eliżew bagħatlu messaġġier
jgħidlu: ̋Mur inħasel seba' darbiet fil-Ġordan, u ġismek jerġa'
jindaflek.̏(2Slat:5:11) Nagħman iżda saħan u telaq. ̋Ara,̏ qal, ̋jien
għedt bejni u bejn ruħi, li hu kien se jaqbad u joħroġ, jieqaf quddiemi,
u jsejjaħ isem il-Mulej, Alla tiegħu, u jxejjer idu fuq il-grieħi, u
jneħħili l-lebbra!(2Slat:5:12) Jaqaw Abana u Farfar, ix-xmajjar
ta' Damasku, m'humiex aħjar mill-ilmijiet kollha ta' Iżrael? Ma nistax
ninħasel fihom u nindaf?̏ U dar u telaq b'saħna.(2Slat:5:13) Imma
l-qaddejja tiegħu resqu jkellmuh u qalulu: ̋Missier, li kieku l-profeta
qallek xi ħaġa kbira ma kontx tagħmilha? Mela kemm iżjed meta qallek, 'Inħasel
u tindaf'?̏(2Slat:5:14) Niżel fil-Gordan, u għodos seba' darbiet,
bħalma qallu Eliżew, il-bniedem ta' Alla, u ġismu raġa' sarlu qisu l-ġisem
ta' tfajjel żagħżugh, u ndaf mil-lebbra tiegħu.(2Slat:5:15) U
raġa' lura għand il-bniedem ta' Alla, hu u kull min kellu miegħu; daħal,
waqaf quddiemu u qallu: ̋Ara, issa naf, iva, li ma hemmx Alla ieħor fid-dinja
kollha, ħlief f'Iżrael. Ilqa', nitolbok, dan ir-rigal mingħand il-qaddej
tiegħek.̏(2Slat:5:16) U qallu Eliżew: ̋Daqs kemm hu ħaj il-Mulej
li lilu naqdi, jien ma nieħu xejn.̏ U ma ħadhulux, għad li l-iehor
issikkah ħafna.(2Slat:5:17) Għalhekk Nagħman qallu: ̋La ma tridx,
nitolbok li tingħata lill-qaddej tiegħek tagħbija ta' żewġ bgħula
ħamrija; għax il-qaddej tiegħek m'huwiex se jagħmel iżjed sagrifiċċji
tal-ħruq u offerti lil allat oħra, jekk mhux lill-Mulej.(2Slat:5:18)
Dan nixtiequ l-Mulej jaħfer lili, il-qaddej tiegħek; li meta sidi jidħol
fit-tempju ta' Rimmon biex jadura hemmhekk, u hu jistrieh fuq driegħi, u
jien ukoll ninxteħet nadura fit-tempju ta' Rimmon, ha jaħfer il-Mulej
lili, qaddej tiegħu, f'din il-ħaġa.̏(2Slat:5:19) U Eliżew wieġbu:
̋Mur bis-sliem!̏ U telaq minn ħdejh u tbiegħed xi ftit.
(2Slat:5:26)
U Eliżew qallu: ̋Ma ġejtx miegħek bl-ispirtu tiegħi meta r-raġel niżel
mill-karru tiegħu biex jiltaqa' miegħek? U dan kien il-waqt li tieħu l-fidda,
u li tieħu l-ilbies, u oqsma taż-żebbuġ u tad-dwieli, u nagħaġ u baqar,
u qaddejja rġiel u nisa?(2Slat:5:27) Għalhekk il-lebbra ta'
Nagħman jaqbad miegħek u ma' nislek għal dejjem.̏ U Gehażi ħareġ minn
quddiemu abjad bhas-silġ bil-lebbra.
(2Slat:6:6)
U l-bniedem ta' Alla staqsieh: ̋Fejn waqgħet?̏ U wrieh il-post, Eliżew
imbagħad qata' fergħa, u tefagħha hemm, u l-ħadid tala' fil-wiċċ.
(2Slat:6:12)
U wieħed mill-qaddejja wieġbu: ̋Ħadd, Sultan sidi! Imma Eliżew,
il-profeta li hemm f'Iżrael, jgħarraf lis-sultan ta' Iżrael bil-kliem li
int tgħid fl-għorfa fejn torqod!̏
(2Slat:6:17)
U Eliżew beda jitlob u jgħid: ̋Mulej, iftaħlu għajnejh biex jara.̏ U l-Mulej
fetaħ għajnejn il-qaddej, u dan ra l-għolja mimlija żwiemel u karrijiet
tan-nar madwar Eliżew.
(2Slat:6:18)
Malli l-Aramin resqu lejh, Eliżew talab lill-Mulej u qallu: ̋Iddew!
Olqot lil dawn in-nies u agħmihom.̏ U laqathom bl-għama skond it-talba
ta' Eliżew.
(2Slat:13:21)
Darba, meta xi wħud kienu qegħdin jidfnu wieħed mejjet, raw qatgħa
minnhom u xeħtu r-raġel fil-qabar ta' Eliżew u telqu. Malli r-raġel
mejjet mess ma' l-għadam ta' Eliżew, ħa l-ħajja, u qam fuq riġlejh.
(2Slat:19:35)
Ġara li dak il-lejl stess, ħareġ l-anġlu tal-Mulej fil-kamp ta' l-Assiri
u qered mija u ħamsa u tmenin elf ruħ. Xħin qamu l-oħrajn fil-għodu,
hemm isibuhom ilkoll iġsma mejta.
(Is:37:36)
U ħareġ l-anġlu tal-Mulej fil-kamp ta' l-Assiri u qered mija u ħamsa u
tmenin elf ruħ. Xħin qamu l-oħrajn fil-għodu, hemm isibuhom ilkoll iġsma
mejta.
(2Slat:20:9)
U Isaija wieġbu: ̋Dan hu s-sinjal mill-Mulej li l-Mulej jagħmel dan li
qallek: Trid li d-dell jimxi 'l quddiem għaxar tarġiet jew li jerġa'
lura għaxar tarġiet?̏(2Slat:20:10) U Heżekija wieġbu: ̋Ħaġa
ħafifa li d-dell jitwal għaxar tarġiet. Le, ħa jerġa' lura għaxar
tarġiet.̏(2Slat:20:11) U Isaija, il-profeta, talab lill-Mulej, u
raġġa' lura għaxar tarġiet id-dell, li kien niżel mat-taraġ ta' Ahaż.
(Is:38:21)
U Isaija qal: "Ħa jieħdu ċappa tin u jogħrku l-ġerħa biha u jfiq."
Il-MIRAKLI TA' DANJEL

[Dan:3:23] dawn it-tlieta min-nies, Sidrak, Mesak u Għabednegu, waqgħu
marbutin f'nofs il-forn tan-nar iħeġġeġ.
[Dan:3:91(24)] Mbagħad is-sultan Nabukodonosor stagħġeb u qam minnufih, u qabad u
qal lill-kunsillieri tiegħu: "M'hux tlieta kienu l-irġiel li xħetna
marbutin fil-forn tan-nar?" Wieġbu lis-sultan u qalulu: "U żgur,
sultan?"[Dan:3:92(25)] Iżda hu raġa' u qal: "Din x'biċċa hi!
Jiena qiegħed nara erbat irġiel, maħlulin u mexjin fil-forn tan-nar, u
r-raba' wieħed qisu xi wild l-allat?"[Dan:3:93(26)] Mbagħad
Nabukodonosor resaq lejn il-bieb tal-forn tan-nar iħeġġeġ, u qabad u qal:
"Sidrak, Mesak u Għabednegu, qaddejja ta' Alla l-Għoli, oħorġu u ejjew
hawn?" Mbagħad Sidrak, Mesak u Għabednegu ħarġu minn ġo nofs in-nar.[Dan:3:94(27)]
Mbagħad is-satrapi, il-prefetti, il-gvernaturi, u l-kunsillieri tas-sultan
inġabru biex jaraw lil dawk l-irġiel li n-nar ma kellu ebda setgħa fuq
ġisimhom, u li xagħar rashom ma nħaraqx, l-imnatar tagħhom ma ntmessux,
u li ebda riħa ta' ħruq ma kienet tinxtamm fuqhom.
[Dan:6:21] Kif wasal ħdejn il-ħofra, is-sultan sejjaħ lil Danjel b'leħen
imnikket u qallu: "Danjel, qaddej ta' Alla l-ħaj, kellu l-ħila jeħilsek
mil-ljuni dak Alla li lilu dejjem taqdi?
[Dan:6:23] Alla tiegħi bagħat l-anġlu tiegħu jagħlaq ħalq il-ljuni biex ma
jagħmluli xejn, għax huwa sab li jiena kont bla ħtija, mhux biss
quddiemu, iżda wkoll quddiemek, sultan, għax jien m'għamilt xejn ħażin.
IL-MIRAKLI TA'
ĠONA

[Ġona:1:15]
U qabdu 'l Ġona u xeħtuh il-baħar, u l-baħar raqqad il-qilla tiegħu.
[Ġona:1:14]
Għalhekk sejjħu l-Mulej u qalu: "Jaħasra, Mulej, nitolbuk li ma
tħalliniex nintilfu ħtija tal-ħajja ta' dan il-bniedem, u twaħħalniex
ħatja ta' demm bla ħtija, għax kont int, Mulej, li għamilt kif għoġbok."[Ġona:1:15]
U qabdu 'l Ġona u xeħtuh il-baħar, u l-baħar raqqad il-qilla tiegħu.[Ġona:1:16]
U l-irġiel qabadhom biża' kbira mill-Mulej, u offrew sagrifiċċji lill-Mulej
u għamlu wegħdiet.
[Ġona:2:1]
U l-Mulej qabbad ħuta kbira tibla' 'l Ġona, u Ġona baqa' tlitt ijiem u
tliet
iljieli f'żaqq il-ħuta.[Ġona:2:2] U talab Ġona lill-Mulej, Alla
tiegħu, minn żaqq il-ħuta,[Ġona:2:3] u qal: "Fid-dwejjaq tiegħi
lill-Mulej sejjaħt, u hu weġibni; mill-ġuf ta' Art l-Imwiet krabt għall-
għajnuna, u leħni smajtu.[Ġona:2:4] Inti tfajtni fil-qiegħ, ġo
nofs il-baħar, u l-wied dar miegħi; l-imwieġ il-kbar u l-ħalel kollha
tiegħek għaddew minn fuqi.[Ġona:2:5] U jiena għedt: "Tgerrixt
minn quddiem wiċċek: kif nerġa' nara t-tempju mqaddes tiegħek?"[Ġona:2:6]
Dawwruni l-ilmijiet sa għoddhom fgawni, l-abbiss dar miegħi, tkebbet ma'
rasi l-alka, f'tarf il-muntanji.[Ġona:2:7] Nżilt ġo l-art,
madwari l-qofol tagħha dar għal dejjem. Imm'int tellajtli ħajti minn ġol-ħofra,
Mulej, Alla tiegħi.[Ġona:2:8] Meta ġo fija kelli ruħi mħeddla,
jien fil-Mulej ftakart; u t-talba tiegħi telgħet sa quddiemek, fit-tempju
mqaddes tiegħek.[Ġona:2:9] Dawk li jirrispettaw l-idoli fiergħa
ikunu qed jarmu t-tjieba tagħhom.[Ġona:2:10] Jien, iżda, lilek
noffri s-sagrifiċċji, b'leħen ta' radd il-ħajr, u dak li wegħedt inroddu.
Is-salvazzjoni tiġi mill-Mulej."[Ġona:2:11] U l-Mulej kellem lill-ħuta,
u din xeħtet lil Ġona fuq l-art.
[Ġona:4:6]
U l-Mulej Alla ordna li titla' siġra tar-riġnu għal Ġona, biex ikollu
d-dell fuq rasu u teħilsu mill-ħsara. Ġona feraħ wisq bis-siġra;[Ġona:4:7]
imma kif sebaħ l-għada, Alla bagħat dudu li mess is-siġra u din nixfet.
|