|
MIRAKLI TA' FEJQAN
Ġesų jfejjaq wieħed lebbruż
[Mt:8:1] Kif niżel minn fuq il-muntanja, folol kbar marru warajh.[Mt:8:2] U resaq fuqu wieħed lebbruż, nxteħet quddiemu u qallu,"Mulej, jekk trid, tista' tfejjaqni."[Mt:8:3] Ġesų medd idu fuqu, messu u qallu: "Irrid; kun imfejjaq." U minnufih ġismu ndaf mill-lebbra.[Mt:8:4] U qallu Ġesų: "Qis li ma tgħid lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis u agħmel l-offerta li ordna Mosč, biex hekk tagħti xhieda li inti fiqt."
[Mk:1:40] Resaq fuqu wieħed lebbruż jitolbu bil-ħerqa, nxteħet għarkubbtejh quddiemu u qallu: "Jekk trid, tista' tfejjaqni."[Mk:1:41] Mqanqal mill-ħniena, Ġesų medd idu fuqu, messu u qallu: "Irrid, kun imnaddaf."[Mk:1:42] U minnufih il-lebbra marritlu u ġismu ndaf.[Mk:1:43] U widdbu bis-sħiħ, bagħtu malajr[Mk:1:44] u qallu: "Qis li ma tgħid xejn lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis, u agħmel offerta għall-fejqan tiegħek kif ordna Mosč, biex tkunilhom ta' xhieda." [Lq:5:12] Darba kien qiegħed f'belt. U jkun hemm raġel marid sewwa bil-lebbra; kif ra lil Ġesų, mar u nxteħet wiċċu fl-art quddiemu jitolbu u jgħidlu: "Mulej, jekk trid, tista' tfejjaqni."[Lq:5:13] Ġesų medd idu fuqu, messu u qallu: "Iva, irrid; kun imfejjaq?" u minnufih il-lebbra marritlu.[Lq:5:14] Ġesų widdbu u qallu: "Qis li ma tgħid xejn lil ħadd. Iżda mur uri ruħek lill-qassis, u agħmel offerta għall-fejqan tiegħek, kif ordna Mosč, biex hekk tagħtihom xhieda li inti fiqt."
Ġesų jfejjaq il-qaddej ta' ċenturjun
[Mt:8:5] Daħal Kafarnahum, u resaq fuqu wieħed ċenturjun jitolbu bil-ħerqa[Mt:8:6] u jgħidlu: "Sinjur, id-dar għandi l-qaddej mixħut, mifluġ u batut wisq."[Mt:8:7] Qallu Ġesų: "Niġi jien infejjqu."[Mt:8:8] "Sinju?", qallu ċ-ċenturjun,"Ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi. Iżda int għid kelma biss, u l-qaddej tiegħi jfiq.[Mt:8:9] Għax jien ukoll bniedem taħt is-setgħa ta' ħaddieħor, u jien stess għandi suldati taħti; lil wieħed ngħidlu, 'Mur', u jmur; lil ieħor ngħidlu, 'Ejja', u jiġi; u lill-ilsir tiegħi ngħidlu, 'agħmel dan', u jagħmlu."[Mt:8:10] Ġesų baqa' mistagħġeb meta sama' dan, u qal lil dawk li kienu miexja warajh: "Tassew, ngħidilkom, f'ħadd minn Iżrael ma sibt fidi bħal din.[Mt:8:11] Jiena ngħidilkom li għad jiġu ħafna mil-lvant u mill-punent u joqogħdu fuq il-mejda ma' Abraham u ma' Iżakk u ma' Ġakobb fis-Saltnatas-Smewwiet,[Mt:8:12] waqt li dawk li twieldu fis-Saltna jitkeċċew 'il barra fid-dlam; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien?"[Mt:8:13] Mbagħad Ġesų qal liċ-ċenturjun: "Mur, ħa jsirlek kif emmint?" U l-qaddej fieq dak il-ħin stess.
[Lq:7:1] Meta spiċċa jgħid lin-nies kull ma kellu jgħidilhom, daħal Kafarnahum.[Lq:7:2] U jkun hemm ċenturjun li kellu qaddej għażiż ħafna għalih, li kien marid u wasal fl-aħħar.[Lq:7:3] Iċ-ċenturjun sama' b'Ġesų u bagħatlu xi wħud mix-xjuħ tal-Lhud biex jitolbuh jiġi jfejjaqlu l-qaddej.[Lq:7:4] Dawk marru quddiem Ġesų u bdew jitolbuh b'ħerqa kbira u jgħidulu: "Jixraqlu li tagħmillu dan,[Lq:7:5] għax hu jgħożż il-ġens tagħna, u kien hu li bnielna s-sinagoga."[Lq:7:6] Ġesų mar magħhom, u ma kienx 'il bogħod wisq mid-dar meta ċ-ċenturjun bagħat jgħidlu ma' xi ħbieb: "Sinjur, toqgħodx tinqala', għax jien ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi;[Lq:7:7] għalhekk ħassejt li anqas kien jistħoqqli niġi nsibek jiena stess. Imma int ordna b'kelma, u l-qaddej tiegħi jfiq.[Lq:7:8] Għax jien ukoll bniedem taħt is-setgħa ta' ħaddieħor, u jiena stess għandi suldati taħt il-kmand tiegħi; lil wieħed ngħidlu, 'Mur,' u jmur; lil ieħor ngħidlu, 'Ejja,' u jiġi; u lill-qaddej ngħidlu, 'Agħmel dan,' u jagħmlu."[Lq:7:9] Ġesų baqa' mistagħġeb bih meta sama' dan; dar lejn in-nies li kienu miexja warajh u qalilhom: "Ngħidilkom li anqas f'Iżrael ma sibt fidi bħal din?"[Lq:7:10] Meta mbagħad dawk li kienu mibgħuta reġgħu lura d-dar, sabu l-qaddej qawwi u sħiħ.
Omm il-mara ta' Pietru
[Mt:8:14] Ġesų mar fid-dar ta' Pietru, u ra li omm il-mara ta' Pietru kienet mixħuta bid-deni.[Mt:8:15] Messilha idha, u d-deni ħallieha; mbagħad qamet u bdiet isservih.[Mt:8:16] Fil-għaxija mbagħad ġibulu quddiemu bosta li kienu maħkuma mix-xitan, u bil-kelma tiegħu keċċa l-ispirti, u fejjaq il-morda kollha.[Mt:8:17] Biex hekk seħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Isaija, meta qal: [Mk:1:29] Ħarġu mis-sinagoga u baqa' sejjer ma' Ġakbu u Ġwanni għand Xmun u Indrė.[Mk:1:30] Issa omm il-mara ta' Xmun kienet fis-sodda bid-deni, u malajr qalulu biha.[Mk:1:31] Resaq lejha, qabadha minn idha u qajjimha. U d-deni ħallieha, u bdiet isservihom. [Lq:4:38] Ġesų qam u telaq mis-sinagoga, u daħal għand Xmun. Issa omm il-mara ta' Xmun kellha fuqha deni qawwi, u talbuh jgħinha.[Lq:4:39] Resaq fuqha, ordna lid-deni, u d-deni ħallieha. U minnufih qamet u bdiet isservihom.
Ġesų jfejjaq żewġ imxajtna
[Mt:8:28] Wasal ix-xatt l-ieħor, fil-pajjiż tal-Gadarin, u tnejn min-nies, maħkumin mix-xitan, ħarġu mill-oqbra u resqu fuqu. Kienu qliel wisq; ħadd ma kien jista' jgħaddi bihom minn dik it-triq.[Mt:8:29] U nfexxew jgħajjtu u jgħidu: "Aħna x'għandna x'naqsmu, Bin Alla? Ġejt hawn biex taħqarna qabel iż-żmien?"[Mt:8:30] Mela ftit 'il bogħod minnhom kien hemm merħla kbira ta' ħnieżer tirgħa.[Mt:8:31] U x-xjaten talbu ħafna lil Ġesų u qalulu: "Jekk toħroġna, ibgħatna fil-merħla tal-ħnieżer."[Mt:8:32] "Morru?" qalilhom. Mbagħad ħarġu, u daħlu fil-ħnieżer, u l-merħla kollha nxteħtet mill-għoli tax-xaqliba għal ġol-baħar u nqerdet fl-ilma.[Mt:8:33] Ir-rgħajja ħarbu u marru l-belt ixerrdu l-aħbar ta' kollox u ta' kull ma kien għadda minn għala l-imxajtna.[Mt:8:34] U l-belt ħarġet bi ħġarha għal ħdejn Ġesų u kif rawh, bdew jitolbuh ħafna biex jibqa' sejjer 'il barra minn pajjiżhom.
Ġesų jfejjaq wieħed mifluġ
[Mt:9:1] U tala' f'dgħajsa, qasam il-baħar u baqa' sejjer fil-belt tiegħu.[Mt:9:2] U ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, mixħut fuq friex. Kif ra l-fidi tagħhom, Ġesų qal lill-mifluġ: "Agħmel il-qalb, ibni; dnubietek maħfura."[Mt:9:3] Xi wħud mill-kittieba bdew jgħidu fihom infushom: "Dan qiegħed jidgħi?"[Mt:9:4] Ġesų għaraf x'kienu qegħdin jaħsbu, u qalilhom: "Imma għaliex qegħdin taħsbu ħażin f'qalbkom?[Mt:9:5] Għax x'inhu l-eħfef, tgħid 'Dnubietek maħfura,' jew tgħid 'Qum u imxi'?[Mt:9:6] Mela biex tkunu tafu li Bin il-bniedem għandu s-setgħa jaħfer id-dnubiet fuq l-ar?" - qal lill-mifluġ -"Qum, aqbad il-friex u mur lejn darek."[Mt:9:7] Dak qam u telaq lejn daru.[Mt:9:8] In-nies, meta raw dan, beżgħu u qabdu jfaħħru lil Alla li ta setgħa bħal din lill-bnedmin.
[Mk:2:1] Meta wara xi ġranet daħal Kafarnahum, in-nies semgħet li kien id-dar.[Mk:2:2] U nġabru bosta, hekk li ma kienx hemm fejn joqogħdu iżjed, anqas quddiem il-bieb. U qagħad ixandrilhom il-kelma.[Mk:2:3] U marru ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, merfugħ minn erbgħa min-nies.[Mk:2:4] Billi ma setgħux jersqu sa ħdejh minħabba l-kotra, qalgħu s-saqaf ta' fuqu, fetħu toqba, u niżżlu minnha l-friex li fuqu kien mimdud il-mifluġ.[Mk:2:5] Meta ra l-fidi tagħhom, Ġesų qal lill-mifluġ: "Ibni, dnubietek maħfura."[Mk:2:6] Mela kien hemm bilqiegħda xi wħud mill-kittieba, u f'qalbhom bdew jgħidu:[Mk:2:7] "Dan kif qiegħed jitkellem hekk? Dan qiegħed jidgħi! Min jista' jaħfirhom id-dnubiet ħlief Alla biss?"[Mk:2:8] Malli Ġesų ntebaħ fih innifsu x'kienu qegħdin jgħidu bejnhom u bejn ruħhom qalilhom: "Għaliex qegħdin taħsbu hekk f'qalbkom?[Mk:2:9] X'inhu l-eħfef, tgħid lill-mifluġ, 'Dnubietek maħfura', jew tgħidlu, 'Qum u aqbad friexek u imxi'?[Mk:2:10] Mela biex tkunu tafu li Bin il-bniedem għandu s-setgħa jaħfer id-dnubiet fuq l-art?" qal lill-mifluġ,[Mk:2:11] "Qum, qiegħed ngħidlek, aqbad friexek u mur lejn darek."[Mk:2:12] Dak qam, qabad malajr friexu, u ħareġ 'il barra quddiem kulħadd. U kulħadd stagħġeb, u bdew ifaħħru lil Alla u jgħidu: "Ħwejjeġ bħal dawn qatt ma rajniehom." [Lq:5:17] Jum fost l-oħrajn Ġesų kien qiegħed jgħallem. Kien hemm bilqiegħda madwaru xi Fariżej u għorrief tal-Liġi li kienu ġew mill-irħula kollha tal-Galilija u l-Lhudija u minn Ġerusalemm. Il-qawwa tal-Mulej kienet fih biex ifejjaq.[Lq:5:18] U ġew xi rġiel iġorru wieħed mifluġ fuq mitraħ; huma bdew ifittxu li jdaħħluh ġewwa u jqegħduhulu quddiemu,[Lq:5:19] iżda minħabba l-folla ma sabux minn fejn setgħu jidħlu bih. Għalhekk telgħu fuq il-bejt, u niżżluh bil-mitraħ b'kollox minn bejn ix-xorok f'nofs in-nies quddiem Ġesų.[Lq:5:20] Meta hu ra l-fidi tagħhom, qallu: "Ħabib, dnubietek maħfura."[Lq:5:21] Il-kittieba u l-Fariżej qabdu jaħsbu u jgħidu bejnhom u bejn ruħhom: "Dan min hu biex jitkellem hekk? Din dagħwa! Għax min jista' jaħfirhom id-dnubiet ħlief Alla waħdu?"[Lq:5:22] Imma Ġesų għaraf ħsibijiethom, u qalilhom: "Għaliex qegħdin taħsbu hekk f'qalbkom?[Lq:5:23] X'inhu l-eħfef, tgħid 'Dnubietek maħfura' jew tgħid 'Qum u imxi'?[Lq:5:24] Mela biex tkunu tafu li Bin il-bniedem għandu s-setgħa jaħfer id-dnubiet fuq l-ar?" - qal lill-mifluġ: "Qum, qiegħed ngħidlek, aqbad friexek u mur lejn darek."[Lq:5:25] U dak minnufih qam quddiemhom, qabad il-friex li fuqu kien mixħut, u telaq lejn id-dar ifaħħar lil Alla.[Lq:5:26] U lkoll baqgħu mistagħġba u bdew ifaħħru lil Alla; u mtlew bil-biża' u bdew jgħidu: "Rajna ħwejjeġ ta' l-għaġeb illum?"
Ġesų jfejjaq żewġ għomja
[Mt:9:27] Waqt li Ġesų kien għaddej minn hemm marru warajh żewġ għomja jgħajjtu u jgħidu: "Bin David, ħenn għalina?"[Mt:9:28] Meta mbagħad daħal id-dar, l-għomja resqu lejh u Ġesų qalilhom: "Temmnu intom li jien nista' nagħmlu dan?" Qalulu: "Iva, Mulej."[Mt:9:29] Mbagħad messilhom għajnejhom u qal: "Mela ħa jsirilkom skond il-fidi tagħkom."[Mt:9:30] U għajnejhom infetħulhom. Ġesų widdibhom bis-sħiħ u qalilhom: "Qisu li ħadd ma jsir jaf b'dan."[Mt:9:31] Iżda dawk ħarġu u bdew ixerrdu l-fama tiegħu ma' dak il-pajjiż kollu.
Ġesų u Begħelżebul
[Mt:12:22] Mbagħad ġibulu quddiemu wieħed agħma u mbikkem maħkum mix-xitan, u hu fejjqu, hekk li l-imbikkem qabad jitkellem u jara
Ġesų jfejjaq wieħed imbikkem [Mt:9:32] Kif dawk ħarġu, in-nies ġibulu quddiemu wieħed imbikkem maħkum mix-xitan.[Mt:9:33] Ġesų keċċa x-xitan, u l-imbikkem qabad jitkellem. In-nies stagħġbu, u bdew jgħidu: "Ħaġa bħal din qatt ma dehret f'Iżrael?
Ġesų jfejjaq tifel u jeħilsu mix-xitan
[Mt:17:14] Meta reġgħu ġew ħdejn in-nies, resaq fuqu wieħed raġel niżel għarkubbtejh quddiemu u qallu:[Mt:17:15] "Mulej, ikollok ħniena minn ibni, għax marid b'tal-qamar u qiegħed ibati ħafna; għax sikwit jaqa' jew fin-nar jew fl-ilma.[Mt:17:16] Ġibtu lid-dixxipli tiegħek, iżda ma setgħux ifejjquh."[Mt:17:17] Wieġeb Ġesų u qal: "Ja nies bla fidi u ħżiena, kemm se ndum magħkom? Kemm se ndum nissaportikom? Ġibuhuli hawn."[Mt:17:18] Mbagħad Ġesų hedded bis-sħiħ lix-xitan, u dan ħareġ minnu, u minn dak il-ħin stess it-tifel fieq. Ġesų jfejjaq żewġ għomja
[Mt:20:29] Huma u ħerġin minn Ġeriko marret warajh kotra kbira ta' nies.[Mt:20:30] Kien hemm żewġ għomja bilqiegħda mal-ġenb tat-triq, u semgħu li kien għaddej Ġesų; u qabdu jgħajjtu u jgħidu: "Mulej, Bin David, ikollok ħniena minna?"[Mt:20:31] In-nies bdew iċanfruhom biex isikktuhom, iżda huma aktar bdew jgħajjtu u jgħidu: "Mulej, Bin David, ikollok ħniena minna?"[Mt:20:32] Ġesų waqaf u sejjħilhom: "Xi triduni nagħmlilkom?" qalilhom.[Mt:20:33] "Li jinfetħulna għajnejna, Mulej?" qalulu.[Mt:20:34] Ġesų tħassarhom, messilhom għajnejhom, u minnufih bdew jaraw. U baqgħu miexja warajh. Ir-raġel b'idu niexfa
[Mt:12:9] Telaq minn hemm u baqa' sejjer fis-sinagoga tagħhom.[Mt:12:10] U hemmhekk kien hemm raġel li kellu idu niexfa. Huma, biex ikollhom fuqiex jixluh, staqsewh: "Jiswa li wieħed ifejjaq nhar ta' Sibt?"[Mt:12:11] Iżda hu qalilhom: "Min minnkom ikollu nagħġa u taqagħlu f'ħofra s-Sibt, ma jmurx jaqbad u jtellagħha?[Mt:12:12] Imma kemm jiswa bniedem aktar minn nagħġa? Mela jiswa nhar ta' Sibt tagħmel il-ġid."[Mt:12:13] Mbagħad qal lir-raġel: 'Midd idek.' Dak medd idu, u reġgħet ġietu qawwija u sħiħa bħall-oħra.
[Mk:3:1] Raġa' daħal fis-sinagoga, u kien hemm raġel li kellu idu niexfa.[Mk:3:2] U qagħdu jgħassulu jekk ifejjqux f'jum is-Sibt, biex ikollhom fuqiex jixluh.[Mk:3:3] Imma hu qal lir-raġel li kellu idu niexfa: "Qum, ejja fin-nofs."[Mk:3:4] Mbagħad staqsa lilhom: "X'jiswa li tagħmel nhar ta' Sibt, ġid jew deni? Issalva ħajja jew toqtolha?" Iżda huma baqgħu siekta.[Mk:3:5] U xeħet ħarsa qalila madwaru fuqhom, mnikket għall-aħħar minħabba l-ebusija ta' qalbhom, u qal lir-raġel: "Midd idek." Dak meddha, u idu reġgħet ġiet f'saħħitha.
[Lq:6:6] F'Sibt ieħor daħal fis-sinagoga u qagħad jgħallem. Kien hemm raġel li kellu idu l-leminija niexfa.[Lq:6:7] Il-kittieba u l-Fariżej kienu moħħhom fih biex jaraw jekk ifejjaqx f'jum is-Sibt, ħalli b'hekk isibu fuqiex jixluh.[Lq:6:8] Iżda hu għaraf ħsibijiethom, u qal lir-raġel li kellu idu niexfa: "Qum, u oħroġ fin-nofs." Dak qam u ħareġ fin-nofs.[Lq:6:9] U qalilhom Ġesų: "Ħa nistaqsikom ħaġa: X'jiswa nhar ta' Sibt, tagħmel il-ġid jew tagħmel id-deni? Issalva ħajja jew teqridha?"[Lq:6:10] U xeħet ħarsa madwaru fuqhom ilkoll, u qal lir-raġel: "Midd idek." Hekk għamel dak, u idu reġgħet saritlu qawwija u sħiħa.[Lq:6:11] Iżda huma xegħlu bil-korla, u bdew jiddiskutu bejniethom x'se jagħmlu b'Ġesų.
[Mk:1:23] Mela jkun hemm fis-sinagoga tagħhom raġel bi spirtu ħażin[Mk:1:24] u qabad jgħajjat u jgħid: "Aħna x'għandna x'naqsmu, Ġesų ta' Nazaret? Ġejt biex teqridna? Jien naf min int: 'Il-Qaddis ta' Alla'."[Mk:1:25] Imma Ġesų kkmandah: "Iskot?" qallu,"u oħroġ minnu."[Mk:1:26] Mbagħad l-ispirtu ħażin lir-raġel beda jħabbtu ħafna, għajjat għajta kbira u ħareġ minnu.[
[Lq:4:33] U kien hemm raġel fis-sinagoga li kellu fih spirtu ta' xitan imniġġes, u qabad jgħajjat b'leħen għoli:[Lq:4:34] "Ah! x'għandna x'naqsmu, Ġesų ta' Nazaret? Ġejt biex teqridna? Jiena naf min int: il-Qaddis ta' Alla?"[Lq:4:35] Imma Ġesų widdbu bis-sħiħ u qallu: "Iskot, u oħroġ minnu?" Mbagħad l-ispirtu xeħtu fin-nofs u ħareġ minnu bla ma għamillu ħsara.[Lq:4:36] U kulħadd stagħġeb, u bdew jistaqsu wieħed lil ieħor u jgħidu: "Dan xi kliem hu? Għax hu jordna b'setgħa u qawwa lill-ispirti mniġġsa u huma joħorġu?"
Ġesų jfejjaq trux u mbikkem
[Mk:7:31] Raġa' telaq mill-inħawi tal-belt ta' Tir, għadda minn Sidon lejn il-baħar tal-Galilija, fl-inħawi tad-Dekapoli.[Mk:7:32] U ġibulu wieħed, trux u mbikkem, u talbuh iqegħedlu idu fuqu.[Mk:7:33] Ġesų ħarġu għalih waħdu minn qalb in-nies, daħħal subgħajh f'widnejh u messlu lsienu bir-riq tiegħu.[Mk:7:34] Mbagħad refa' għajnejh lejn is-sema, tniehed tnehida, u qallu: "Effata?" jiġifieri,"Infetaħ?"[Mk:7:35] U minnufih widnejh infetħulu, l-irbit ta' lsienu nħallu u qabad jitkellem sewwa.[Mk:7:36] Ġesų wissiehom biex ma jgħidu lil ħadd; iżda aktar ma wissiehom, aktar bdew ixandruh.[Mk:7:37] U mimlijin bil-għaġeb, bdew jgħidu: "Kollox għamel tajjeb: jagħti s-smigħ lit-torox u l-kliem lill-imbikkmin."
Ġesų jfejjaq raġel agħma f'Betsajda
[Mk:8:22] Waslu Betsajda, u ħadulu quddiemu raġel agħma u talbuh imissu.[Mk:8:23] Qabad l-agħma minn idu u ħadu barra mir-raħal, beżaqlu f'għajnejh, qiegħed idejh fuqu u staqsieh: "Qiegħed tara xi ħaġa?"[Mk:8:24] Dak ħares 'il fuq u qal: "Qiegħed nara n-nies, imma qiegħed narahom donnhom siġar mexjin."[Mk:8:25] Mbagħad raġa' qegħedlu idejh fuq għajnejh, u beda jara ċar: u kien imfejjaq, hekk li sar jara kollox tajjeb mill-bogħod ukoll.[Mk:8:26] Bagħtu lura lejn daru, u qallu: "Qis li ma tgħid xejn meta tmur ir-raħal."
Ġesų jfejjaq lil Bartimew l-agħma [Mk:10:46] U waslu Ġeriko. Hu u ħiereġ minn Ġeriko flimkien mad-dixxipli tiegħu u ma' kotra kbira ta' nies, kien hemm wieħed tallab agħma, jismu Bartimew, bin Timew, bilqiegħda mal-ġenb tat-triq.[Mk:10:47] Dan, meta sama' li kien Ġesų ta' Nazaret, qabad jgħajjat u jgħid: "Ġesų, bin David, ikollok ħniena minni?"[Mk:10:48] Kien hemm ħafna li bdew jgħajjtu miegħu biex jiskot imma hu aktar beda jgħajjat: "Bin David, ikollok ħniena minni?"[Mk:10:49] Ġesų waqaf u qal: "Sejjħulu." Huma sejjħu l-agħma u qalulu: "Agħmel il-qalb! Qum, qiegħed isejjaħlek."[Mk:10:50] Dak tajjar il-mantar minn fuqu, qabeż fuq riġlejh u mar ħdejn Ġesų.[Mk:10:51] U Ġesų kellmu u qallu: "Xi tridni nagħmillek?""Li nerġa' nara, Rabbuni?" wieġbu l-agħma.[Mk:10:52] "Mur?" qallu Ġesų,"il-fidi tiegħek fejjqitek." U minnufih raġa' beda jara, u baqa' miexi warajh fit-triq. [Lq:18:35] Ġara li, huwa u riesaq lejn Ġeriko, kien hemm wieħed agħma bilqiegħda mal-ġenb tat-triq jittallab il-karitā.[Lq:18:36] Dan sama' l-kotra tan-nies għaddejja u beda jistaqsi x'ġara.[Lq:18:37] U qalulu li kien għaddej Ġesų ta' Nazaret.[Lq:18:38] Hu qabad jgħajjat u jgħid: "Ġesų, Bin David, ikollok ħniena minni?"[Lq:18:39] Dawk li kienu mexjin quddiem bdew iċanfruh u jsikktuh, imma hu aktar issokta jgħajjat: "Bin David, ikollok ħniena minni?"[Lq:18:40] Ġesų waqaf u ordna li jressquhulu quddiemu. Meta resaq, staqsieh:[Lq:18:41] "Xi tridni nagħmillek?""Li nara, Mulej?" wieġbu dak.[Lq:18:42] U Ġesų qallu: "Ara, iva! Il-fidi tiegħek salvatek."[Lq:18:43] U minnufih beda jara, u baqa' miexi warajh jagħti glorja lil Alla. U l-poplu kollu li ra dan beda jfaħħar lil Alla.
Il-mara li messitlu l-libsa
[Lq:8:43] U kien hemm mara, li kienet ilha tnax-il sena tbati bit-tnixxija tad-demm; kienet ħliet ġidha kollu fit-tobba u ħadd minnhom ma kellu ħila jfejjaqha;[Lq:8:44] resqet lejn Ġesų minn warajh u messitlu t-tarf tal-libsa, u minnufih it-tnixxija tad-demm waqfitilha.[Lq:8:45] U Ġesų qal: "Min messni?" Kulħadd ċaħad li kien messu, u Pietru qallu: "Mgħallem, in-nies qegħdin jagħfsu fuqek u jrossu madwarek."[Lq:8:46] Imma Ġesų qal: "Xi ħadd messni, għax ħassejt li xi qawwa ħarġet minni."[Lq:8:47] Il-mara, meta rat li ma setgħetx tinħeba, resqet b'rogħda fuqha, nxteħtet quddiemu, u stqarritlu quddiem kulħadd l-għala kienet messitu u kif fieqet minnufih.[Lq:8:48] U hu qalilha: "Binti, il-fidi tiegħek salvatek; mur bis-sliema."
[Lq:13:11] U kien hemm mara li kienet ilha tmintax-il sena bi spirtu li kien imarradha; kienet milwija ħafna, u ma kinitx tista' tieqaf dritta għalkollox.[Lq:13:12] Kif raha Ġesų sejjħilha u qalilha: "Mara, inti meħlusa mill-mard tiegħek."[Lq:13:13] U qegħdilha idejh fuqha, u minnufih waqfet dritta u bdiet tfaħħar lil Alla ---------------------------------------------------------------------- 14. Ġesų jfejjaq raġel marid
[Lq:14:1] Darba, kien is-Sibt, daħal għand wieħed mill-kapijiet tal-Fariżej biex jiekol għandu, u huma qagħdu għajnejhom fih.[Lq:14:2] U resaq quddiemu wieħed marid bl-ilma.[Lq:14:3] Ġesų qabad jistaqsi lill-għorrief tal-Liġi u lill-Fariżej; qalilhom: "Jiswa jew le li wieħed ifejjaq f'jum is-Sibt?"[Lq:14:4] Huma ma tkellmu xejn iżda hu qabad lir-raġel, fejjqu u bagħtu.
Ġesų jfejjaq għaxar lebbrużi
[Lq:17:11] Ġara li, huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesų għadda minn bejn is-Samarija u l-Galilija.[Lq:17:12] Kif kien dieħel f'raħal, ltaqgħu miegħu għaxart irġiel morda bil-lebbra. Waqfu 'l bogħod minnu,[Lq:17:13] għollew leħinhom u qalulu: "Ġesų, Mgħallem, ikollok ħniena minna?"[Lq:17:14] Kif rahom, qalilhom: "Morru uru rwieħkom lill-qassisin." U ġara li, huma u sejrin, fiequ mill-marda tagħhom.[Lq:17:15] Wieħed minnhom, kif ra ruħu mfejjaq, raġa' lura jgħajjat u jfaħħar lil Alla,[Lq:17:16] nxteħet wiċċu fl-art f'riġlejn Ġesų u raddlu ħajr. Issa dan kien Samaritan.[Lq:17:17] U Ġesų qabad u qal: "M'hux l-għaxra fiequ mil-lebbra? Fejn huma d-disgħa l-oħra?[Lq:17:18] Ma kien hemm ħadd minnhom li raġa' lura biex jagħti glorja lil Alla ħlief dan il-barrani?"[Lq:17:19] Mbagħad qallu: "Qum, mur; il-fidi tiegħek salvatek."
Il-Qaddej tal-Qassis il-Kbir [Lq:22:50] U wieħed minnhom ta daqqa ta' sejf lill-qaddej tal-qassis il-kbir u qatagħlu barra widintu l-leminija.[Lq:22:51] Imma Ġesų qal: "Ieqfu! Biżżejjed?" U messlu widintu u fejjqu.
[Ġw:4:46] U raġa' ġie f'Kana tal-Galilija, fejn kien biddel l-ilma fi nbid. Issa f'Kafarnahum kien hemm uffiċjal tas-sultan u kellu lil ibnu marid.[Ġw:4:47] Meta sama' li mil-Lhudija Ġesų kien ġie fil-Galilija, mar għandu jitolbu jinżel u jfejjaqlu lil ibnu, għax kien wasal fl-aħħar.[Ġw:4:48] U Ġesų qallu: "Jekk ma tarawx sinjali u għeġubijiet ma temmnux?"[Ġw:4:49] Qallu l-uffiċjal: "Inżel Mulej, qabel ma jmutli t-tifel?"[Ġw:4:50] Qallu Ġesų: "Mur, ibnek ħaj." Ir-raġel emmen il-kelma li qallu Ġesų u telaq.[Ġw:4:51] Huwa u nieżel, iltaqgħu miegħu l-qaddejja tiegħu u qalulu: "Ibnek ħaj."[Ġw:4:52] Hu staqsiehom xħin kien meta beda jaqleb għall-aħjar, u huma qalulu: "Ilbieraħ fis-seba' siegħa telqu d-deni."[Ġw:4:53] Il-missier intebaħ li dak kien il-ħin meta Ġesų qallu: 'Ibnek jgħix,' u emmen hu u l-familja kollha tiegħu.[Ġw:4:54] Dan kien sinjal ieħor, it-tieni wieħed, li għamel Ġesų meta ġie l-Galilija mil-Lhudija.
Fejqan ta' wieħed marid f'Betzata
[Ġw:5:1] Wara dan, il-Lhud kellhom festa, u Ġesų tela' Ġerusalemm.[Ġw:5:2] F'Ġerusalemm, maġenb il-menqgħa tal-Bieb tan-Nagħaġ, hemm bini b'ħames loġoġ, li bil-Lhudi jgħidulu Betzata.[Ġw:5:3] F'dawn il-loġoġ kienet toqgħod kotra ta' morda, għomja, zopop u mifluġin.[Ġw:5:5] U kien hemm raġel li kien ilu tmienja u tletin sena marid.[Ġw:5:6] Ġesų rah qiegħed hemm, u meta sar jaf li kien ilu marid dak iż-żmien kollu qallu: "Trid tfiq?"[Ġw:5:7] "Sinjur?" wieġbu l-marid,"ma għandix min jitfagħni fil-menqgħa xħin jitqanqal l-ilma, għax waqt li nkun sejjer jien ħaddieħor jinżel qabli."[Ġw:5:8] Qallu Ġesų: "Qum, aqbad friexek u imxi?"[Ġw:5:9] Minnufih dak ir-raġel fieq, qabad friexu u beda miexi.
|