QAWWA FUQ IN-NATURA

 

It-tieġ f'Kana

[Ġw:2:1] Mbagħad fit-tielet jum sar tieġ f'Kana tal-Galilija, u omm Ġesł kienet hemm.[Ġw:2:2] Ġesł kien mistieden għat-tieġ hu wkoll flimkien mad-dixxipli tiegħu.[Ġw:2:3] Billi ma kienx fadal iżjed inbid, omm Ġesł qaltlu: "Ma għandhomx inbid."[Ġw:2:4] U Ġesł qalilha: "X'hemm bejni u bejnek, mara? Is-siegħa tiegħi għadha ma waslitx."[Ġw:2:5] Omm Ġesł qalet lill-qaddejja: "Agħmlu kull ma jgħidilkom hu."[Ġw:2:6] Issa kien hemm sitt ġarar tal-ħaġar, mqiegħda hemm għar-rit tal-purifikazzjoni tal-Lhud, kull waħda minnhom tasa' xi mitt jew mija u għoxrin litru.[Ġw:2:7] Ġesł qal lill-qaddejja: "Imlew il-ġarar bl-ilma." U dawk imlewhom sax-xifer.[Ġw:2:8] Mbagħad qalilhom: "Issa ħudu minnu u newwluh lil dak li qiegħed jieħu ħsieb il-mejda." U huma marru jagħtuhulu.[Ġw:2:9] Hu daq l-ilma mibdul fi nbid; u billi ma kienx jaf mnejn ġie, għalkemm il-qaddejja li ħadu mill-ilma kienu jafu, sejjaħ             lill-għarus[Ġw:2:10] u qallu: "Kulħadd l-inbid it-tajjeb iservi l-ewwel; meta mbagħad ikun ħadhom iġibu dak li jkun inqas tajjeb. Imma int              l-inbid it-tajjeb erfajtu sa issa."[Ġw:2:11] Dan li għamel Ġesł f'Kana            tal-Galilija kien l-ewwel wieħed fost is-sinjali tiegħu. Bih wera l-glorja tiegħu u d-dixxipli tiegħu emmnu fih.[Ġw:2:12] Wara dan, niżel Kafarnahum, hu, ommu, ħutu u d-dixxipli tiegħu, iżda ma qagħdux hemm għal ħafna żmien.

 

 

 

Is-siġra tat-tin misħuta

[Mk:11:12] L-għada, kif ħarġu minn Betanja, ħadu l-ġuħ.[Mk:11:13]   Mill-bogħod lemaħ siġra tat-tin kollha weraq, u mar jara jsibx xi ħaġa fiha. Imma, kif resaq ħdejha, ma sabilha xejn ħlief weraq, għax it-tin kien għadu m'huwiex żmienu.[Mk:11:14] U qalilha: "Qatt iżjed ma jkun hawn min jiekol frott minnek għal li ġej?" U d-dixxipli tiegħu semgħuh.

[Mk:11:20] Fil-għodu kmieni, huma u għaddejjin minn hemm, raw                      is-siġra tat-tin imnixxfa sa mill-għeruq.[Mk:11:21] Pietru ftakar, u qallu: "Ara Rabbi, it-tina li sħett int nixfet?"[Mk:11:22] U Ġesł wieġeb u qalilhom: "Emmnu f'Alla.[Mk:11:23] Tassew ngħidilkom, li jekk xi ħadd jgħid lil din il-muntanja, 'Intrefa' u nxteħet il-baħar', bla ma joqgħod jitħasseb f'qalbu imma jemmen li dak li jgħid ikun se jsir, isirlu żgur.[Mk:11:24] Għalhekk ngħidilkom: kull ma titolbu fit-talb tagħkom, emmnu li tkunu ġa qlajtuh, u jingħatalkom.[Mk:11:25] U meta tkunu weqfin titolbu, jekk ikollkom xi ħaġa kontra xi ħadd, aħfru, biex ukoll Missierkom li hu fis-smewwiet jaħfer lilkom il-ħtijiet tagħkom."

 

 

Ġesł jsikket it-tempesta

[Mk:4:35] Dakinhar, xħin sar filgħaxija qalilhom: "Ejjew naqsmu                    għax-xatt l-ieħor."[Mk:4:36] Ħallew in-nies, u ħaduh magħhom kif kien fid-dgħajsa; u marru miegħu dgħajjes oħra.[Mk:4:37] U qam riefnu kbir, u l-mewġ beda tiela' għal ġod-dgħajsa, hekk li kienet ġa bdiet timtela     bl-ilma.[Mk:4:38] Hu kien fil-poppa, rieqed fuq imħadda. Qajjmuh u qalulu: "Mgħallem, dan qisu m'hu xejn għalik li aħna se nintilfu?"[Mk:4:39] Mbagħad qam, ordna lir-riħ u qal lill-baħar: "Iskot! Biżżejjed?" U r-riħ waqaf u waqgħet kalma kbira.[Mk:4:40] U qalilhom: "Dal-biża' kollu għaliex? Mela ma għandkomx fidi?"[Mk:4:41]                            U qabadhom biża' kbir, u bdew jgħidu lil xulxin: "Dan min hu, mela, biex saħansitra r-riħ u l-baħar jisimgħu minnu?"

 

 

 

 

 

Ġesł jimxi fuq l-ilma

[Mk:6:45] Minnufih ġagħal id-dixxipli tiegħu jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru x-xatt l-ieħor qablu, lejn Betsajda, sakemm hu jibgħat in-nies.[Mk:6:46] Wara li sellmilhom u ħalliehom, tala' fuq l-għoljiet biex jitlob.[Mk:6:47] Xħin sar filgħaxija d-dgħajsa kienet għadha f'nofs il-baħar, u hu waħdu l-art.[Mk:6:48] Kif rahom jitħabtu jaqdfu, għax kellhom ir-riħ għal wiċċhom, għal xi r-raba' sahra tal-lejl mar lejn in-naħa tagħhom miexi fuq il-baħar, u ried jgħaddihom.[Mk:6:49] Huma rawh miexi fuq il-baħar u stħajjluh xi fantażma, u qabdu jgħajjtu,[Mk:6:50] għax ilkoll tbeżżgħu kif rawh. Iżda hu minnufih kellimhom: "Agħmlu l-qalb, jiena hu, tibżgħu xejn."[Mk:6:51] Mbagħad tala' ħdejhom fid-dgħajsa, u r-riħ waqaf. U komplew tnixxfu fihom infushom bil-għaġeb,[Mk:6:52] għax il-miraklu tal-ħobż ma kinux fehmuh, imma moħħhom kien magħluq.

 

 

 

 

Il-ħlas tat-taxxa għat-tempju

[Mt:17:24] Reġgħu daħlu Kafarnahum, u resqu fuq Pietru dawk li jiġbru            t-taxxa għat-tempju, u qalulu: "L-imgħallem tagħkom ma jħallashiex it-taxxa?"[Mt:17:25] "Iva?" qalilhom. Meta daħal id-dar, Ġesł, bla ma ħallieh jitkellem, staqsieh: "Int x'jidhirlek, Xmun? Is-slaten ta' l-art mingħand min jiġbruha t-taxxa jew il-ħaraġ, mingħand is-sudditi jew mingħand il-barranin?"[Mt:17:26] "Mingħand il-barranin?" wieġbu Pietru. U Ġesł qallu: "Mela s-sudditi meħlusa minnha.[Mt:17:27] Iżda, biex ma tkun ta' ebda skandlu għalihom, asal wasla sal-baħar, ixħet ix-xlief u, l-ewwel ħuta li ttalla', aqbadha, iftħilha ħalqha, u għandek issib stater; ħudu minn hemm u mur agħtih lilhom għalija u għalik."

 

 

Qabda tal-ħut

[Lq:5:1] Darba l-kotra bdiet tross fuqu biex tisma' l-kelma ta' Alla. Hu kien qiegħed f'xatt l-għadira ta' Ġennesaret.[Lq:5:2] U ra żewġ dgħajjes qegħdin max-xatt; is-sajjieda kienu niżlu minn fuqhom u kienu qegħdin jaħslu x-xbiek.[Lq:5:3] Tela' fuq waħda minnhom, li kienet ta' Xmun, u talbu jaqla' kemmxejn 'il barra mill-art; mbagħad qagħad bilqiegħda u beda jgħallem lin-nies mid-dgħajsa.[Lq:5:4] Meta temm li kellu jgħid, qal lil Xmun: "Aqdef 'il barra fil-fond, u kalaw ix-xbiek tagħkom għas-sajd."[Lq:5:5] Wieġbu Xmun u qallu: "Mgħallem, għamilna lejl sħiħ nitħabtu u ma qbadna xejn. Imma, la qiegħed tgħid int, ħa nkala x-xbiek."[Lq:5:6] Hekk għamlu, u qabdu kotra hekk kbira ta' ħut li x-xbiek tagħhom kien għoddu nqasam.[Lq:5:7] Għalhekk għamlu sinjal lil sħabhom li kienu fid-dgħajsa l-oħra biex jiġu jgħinuhom. Dawk ġew, u mlew iż-żewġ dgħajjes hekk li għal ftit ma għerqux.[Lq:5:8] Xmun Pietru, kif ra dan, nxteħet f'riġlejn Ġesł u qallu: "Tbiegħed minni, Mulej, għaliex jiena raġel midneb?"[Lq:5:9] Għax baqgħu tassew mistagħġba, kemm hu u kemm dawk kollha li kienu miegħu, għal dik il-qabda ħut li qabdu.[Lq:5:10] U hekk ukoll ġralhom Ġakbu u Ġwanni, ulied Żebedew, li kienu sħab Xmun. Mbagħad Ġesł qal lil Xmun: "Tibżax; minn issa 'l quddiem tkun taqbad in-nies."[Lq:5:11] Meta mbagħad ressqu d-dgħajjes ma' l-art, telqu kollox u marru warajh.