|
|
||
|
ITLOB MAGĦNA
INTI WKOLL IL-MISTERI TAL-FERĦ
(link provduta mir-Radju – RTK) |
||
|
|
||
|
Meta l-Anġlu Gabrijel ħabbar lil Marija li kellha tkun Omm Alla. Fis-sitt xahar, Alla bagħat l-anġlu Gabrijel
f’belt tal-Galilija, jisimha Nażaret, għand xebba, mgħarrsa
ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien
jisimha Marija. L-anġlu
daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja,
il-Mulej miegħek.” Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem
u bdiet taħseb bejnha u bejn riħha x’setgħet qatt tfisser din
it-tislima. Iżda l-anġlu
qalilha: “Tibżax, Marija, għax inti sibt grazzja quddiem Alla. Ara, inti se tnissel fil-ġuf u
jkollok iben u ssemmih Ġesù. Hu
jkun kbir, u jkun jissejjaħ Bin l-Għoli. Il-Mulej Alla jagħtih it-tron ta’ David missieru u jsaltan
għal dejjem fuq dar Ġakobb, u ma jkunx hemm tmiem għas-saltna
tiegħu.” Iżda Marija qalet lill-anġlu: “Kif ikun
dan, ladarba ma nagħrafx raġel?”
Wieġeb l-anġlu u
qalilha: “L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek, u qawwa ta’ l-Għoli
tixħet id-dell tagħha fuqek. U għalhekk dak li jitwieled
minnek ikun qaddis u jissejjaħ Bin Alla. Ara, il-qariba tiegħek
Eliżabetta, fi xjuħitha, hi wkoll nisslet iben fil-ġuf, u
ġa għandha sitt xhur dik li għaliha kienu jgħidu li ma
jistax ikollha tfal, għax għal Alla ma hemm xejn li ma jistax
isir.” Imbagħad qalet Marija: “Ara, jiena l-qaddejja
tal-Mulej. Ħa jsir minni skond kelmtek!” U l-anġlu telaq minn quddiemha. Luqa
1:26-38 |
|
|
|
|
||
|
|
Meta Marija marret iżżur lill-qariba
tagħha Eliżabetta. F’dawk il-ġranet, Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliużabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Mbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! U minn fejn ġieni dan li omm il-Mulej tiegħi tiġi għandi? Għax ara, malli smajt f’widnejja f’widnejja leħen it-tislima tiegħek, it-tarbija li għandi fil-ġuf qabżet bil-ferħ. Iva, ħienja dik li emmnet li jseħħ kull ma bagħat jgħidilha l-Mulej!” Mbagħad qalet Marija:
“Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, u l-ispirtu tiegħi
jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi, għax hu xeħet
għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. Iva, minn issa ‘l quddiem kull nisel
isejjaħli hienja, għax is-Setgħani għamel miegħi
ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu. Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull
żmien fuq dawk li jibżgħu minnu. Hu wera l-qawwa ta’ driegħu, xerred lil dawk li huma
mkabbra f’qalbhom. Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron
tagħhom u għolla ċ-ċkejknin. Mela b’kull-ġid lil min hu bil-ġuħ, u
l-għonja bagħthom ‘il barra b’xejn. Ħa ħsieb Iżrael qaddej tiegħu, għax
ftakar fil-ħniena tiegħu, bħalma wiegħed lil
missirijietna b’risq Abraham u nislu għal dejjem.” Marija baqgħet ma’
Eliżabetta għal tliet xhur u mbagħad reġgħet lura
lejn darha. Luqa 2:39-56 |
|
|
|
||
|
Meta Sidna Ġesú Kristu twieled fl-għar
ta’ Betlehem. F’dik il-ħabta Ċesari
Awgustu ħareġ digriet biex isir ċensiment fid-dinja
kollha. Dan kien l-ewwel sar meta
Kirinu kien Gvernatur tas-Sirja. Ukulħadd
mar biex jinkiteb, kull wieħed fil-belt tiegħu. Ġużeppi wkoll mar mill-Galilija,
mill-belt ta’ Nażaret, u tala’ l-Lhudija, fil-belt ta’ David jisimha
Betlehem – għax hu kien mid-dar u l-familja ta’ David – biex jinkiteb
flimkien ma’ Marija l-għarusa tiegħu, li kienet tqila. Ġara li meta kienu hemm,
Marija għalqilha ż-żmien biex teħles, u wildet l-ewwel
iben tagħha, fisqietu u medditu f’maxtura, għax ma kienx hemm post
għalihom fil-lukanda. Luqa 2:1-7 ara wkoll
8-21 |
|
|
|
|
||
|
|
Meta Marija ppreżentat lill-binha
Ġesú fit-Tempju. Wara li
għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom
skond il-Liġi ta’ Mosè, ħaduh Ġerusalemm biex
jippreżentawh lill-Mulej, kif hemm miktub fil-Liġi tal-Mulej, li
kull tifel li jitwieled l-ewwel jiġi kkonsagrat lill-Mulej, u biex
joffru b’sagrifiċċju par gamiem jew żewġ bċiecen,
kif jingħad ukoll fil-Liġi ta’ Mosè. F’Ġerusalemm
kien hemm wieħed jismu Xmun, raġel ġust u taj`jeb, li kien
jistenna l-faraġ ta’ Iżrael u li kellu l-Ispirtu s-Santu fuqu. L-Ispirtu s-Santu kien nebbħu li ma
kienx se jara l-mewt qabel jara l-Messija tal-Mulej. Mar mela fit-tempju, mqanqal mill-Ispirtu,
u xħin il-ġenituri daħlu bit-tarbija Ġesù biex
jagħmlulu dak li kienet trid il-Liġi, huwa laqgħu fuq dirgħajh,
bierek lil Alla u qal: “Issa, o Sid, tista’
tħalli l-qaddej tiegħek imur fis-sliem, skond kelmtek, għaliex
għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek li int ħejjejt
għall-popli kollha, dawl biex idawwal il-ġnus, u glorja tal-poplu
tiegħek Iżrael. Luqa 2:21-32 ara wkoll 33-40 |
|
|
|
||
|
Meta Marija tilfet lil binha Ġesú u wara tliet t’ijiem sabitu fit-Tempju jiddiskuti mad-Dutturi. Ta’ kull sena
l-ġenituri ta’ Ġesú kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa
tal-Għid. Meta Ġesú kellu
tnax-sena telgħu wkoll, skond id-drawwa ta’ dik il-festa. Wara li għaddew dawk il-ġranet
qabdu t-triq lura, imma t-tfajjel Ġesú baqa’ Ġerusalemm bla ma
kienu jafu l-ġenituri tiegħu.
Huma ħasbuh qiegħed ma’ xi wħud li kienu fit-triq
magħhom; iżda meta wara jum mixi fittxewh, ma sabuhx, u
għalhekk reġgħu lura Ġerusalemm ifittxuh. Wara tliet ijiem
sabuh fit-tempju, bil-qiegħda f’nofs l-għalliema, jismagħhom u
jistaqsihom; u kull min semgħu baqa’ mistagħġeb bid-dehen u
t-tweġibiet tiegħu. Kif rawh, nstamtu, u
ommu qaltlu: “Ibni, dan għaliex għamiltilna hekk? Ara missierek u jiena konna qegħdin
infittxuk b’qalbna maqsuma!” U hu
qalilhom: “Għaliex kontu qegħdin tfittxuni? Ma tafux li jien
għandi nkun f’dak li hu ta’ Missieri?” Iżda kliemu ma
fehmuhx. Mbagħad niżel magħhom u raġa’ mar Nażaret;
u kien jobdihom. U ommu kienet
tgħozz f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha. U hekk Ġesù baqa’
jikber fl-għerf, fis-snin u fil-grazzja, quddiem Alla u quddiem
il-bnedmin. Luqa 2:41-52 |
|
|
|
|
||