|
|
||
|
MISTERI
TAL-GLORJA |
||
|
ITLOB MAGĦNA
INTI WKOLL IL-MISTERI TAL-GLORJA
(link provduta mir-Radju – RTK) |
||
|
|
||
|
|
Meta Sidna Ġesú Kristu qam minn bejn l-imwiet. Kien
il-Ħadd , l-ewwel tal-ġimgħa, filgħodu kmieni kif kien
għadu d-dlam, u Marija ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat
il-blata mneħħija mill-qabar.
Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand
id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesù, u qaltilhom:
“Qalgħu l-Mulej mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh!” Pietru u d-dixxiplu l-ieħor
ħarġu u ġew ħdejn il-qabar. It-tnejn ġrew flimkien, imma d-dixxiplu l-ieħor
ħaffef aktar minn Pietru u
laħaq qablu ħdejn il-qabar.
Tbaxxa, u ra il-faxex tal-għażel imqiegħda hemm,
iżda ma daħalx.
Imbagħad wasal warajh Xmun Pietru, daħal fil-qabar, u ra l-faxex ta’ l-għażel
imqiegħda hemm, u l-maktur li kien madwar rasu, dan ma kienx mal-faxex,
imma mitwi u mqiegħed għalih.
Imbagħad id-dixxiplu l-ieħor, li kien wasal l-ewwel
ħdejn il-qabar, daħal hu wkoll, ra, u emmen. Sa dak in-nhar kienu għadhom ma
fehmux l-Iskrittura li tgħid li kellu iqum mill-imwiet. Imbagħad
id-dixxipli reġgħu lura lejn djarhom. Ġw: 20: 1-10 |
|
|
|
||
|
Meta Sidna Ġesú Kristu tela’ s-sema. Kif kienu miġbura flimkien, staqsewh: “Mulej, hu ż-żmien li fih int se terġa’ twaqqaf is-Saltna ta’ Israel?” Hu weġibhom: “M’hix biċċa tagħkom li tkunu tafu l-waqt u ż-żmien li l-Missier għażel bis-setgħa tiegħu. Imma meta jiġi fuqkom l-Ispirtu s-Santu, intom tirċievu l-qawwa, u tkunu xhieda tiegħi f’Ġerusalemm, fil-Lhudija kollha u s-Samarija u sa truf l-art.” Wara li qal dan , huma u jħarsu lejh, kien meħud ’il fuq, u sħaba ħadithulhom minn quddiem għajnejhom. Waqt li kienu b’għajnejhom fis-sema jħarsu lejh sejjer, f’daqqa waħda dehru ħdejhom żewġ irġiel libsin l-abjad, u qalilhom: “Irġiel tal-Galijija, x’intom tħarsu lejn is-sema? Dan Ġesù li kien meħud minn magħkom lejn is-sema, għad jerġa jiġi kif rajtuh sejjer” Atti 1: 6-11 |
|
|
|
|
||
|
|
Meta Sidna Ġesú Kristu bagħat l-Ispirtu
s-Santu fuq l-Appostli. Kien nhar
l-Għid il-Ħamsin, u huma kienu lkoll flimkien f’post
wieħed. F’daqqa waħda
ġie mis-sema ħoss bħal ta’ riħ qawwi, u mela d-dar kollha
fejn kienu qegħdin. U dehrulhom
ilsna qishom tan-nar, li tqassmu u qagħdu fuq kull wieħed
minnhom. Imtlew ilkoll bl-Ispirtu
s-Santu u bdew jitkellmu b’ilsna oħra, skond ma l-Ispirtu kien
jagħtihom li jitkellmu.
F’Ġerusalemm kien hemm xi Lhud, nies twajba minn kull nazzjon li
hawn taħt is-sema. Malli nstema’
dan il-ħoss, inġabret kotra kbira, ilkoll imħawdin għax
kull wieħed minnhom kien jismagħhom jitkellmu bl-ilsien
tiegħu. Miblugħin u mistagħġbin, bdew igħidu: “Dawn
li qegħdin jitkellmu m’humiex ilkoll mill-Galilija? Mela kif kull wieħed minna
qiegħed jismagħhom jitkellmu bi lsien art twelidu? Partin,Medin u Għelamin, nies
mill-Mesopotamja, mill-Lhudija, mill-Kappadoċja, minn Pontu, mill-Asja,
mill-Friġja, mill-Pamfilja, mill-Eġittu, mill-inħawi tal-Libja
madwar Ċireni, nies li ġew minn Ruma, kemm Lhud u kemm proseliti,
oħrajn minn Kreta u Għarab, aħna lkoll qegħdin
nisimgħuhom ixandru bl-ilsna tagħna l-egħġubijiet ta’
Alla.” U lkoll , mitlufa
bil-għaġeb, bdew igħidu
wieħed lill-ieħor: “Dan xi jkun?” Atti 2: 1-12 |
|
|
|
||
|
Meta Sidtna Marija ġiet imtellgħa s-sema
bir-ruħ u l-ġisem. Imbagħad
qalet Marija: “Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, u l-Ispirtu
tiegħi jifraħ f’Alla
s-Salvatur tiegħi, għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja
tiegħu…Iva, minn issa ‘l quddiem kull nisel isejjaħli ħienja,
għax is- setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar;
qaddis hu l-isem tiegħu. Il-ħniena
tiegħu tinfirex f’kull żmien fuq dawk li jibżgħu
minnu. Hu wera l-qawwa
ta’driegħu, xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom. Niżżel is-setgħana minn fuq
it-tron tagħhom, u għolla ċ-ċkejknin. Mela b’kull ġid lil min hu
bil-ġuħ, u l-għonja bagħathom ‘l barra b’xejn. Ħa ħsieb Israel qaddej
tiegħu, għax ftakar fil-ħniena tiegħu -
bħalma wiegħed lil missirijietna - b’riżq Abraham u
nislu għal dejjem. Marija
baqgħet ma’Eliżabetta għal xi tliet xhur u mbagħad
reġgħet lura lejn darha. Lq 1: 46-56 |
|
|
|
|
||
|
|
Meta Sidtna Marija ġiet inkurunata mit-Trinitá
Qaddisa u mgħollija fuq il-kori kollha ta’ l-Anġli. U
deher sinjal kbir fis-sema :
Mara,liebsa x-xemx, bil-qamar taħt riġlejha, u b’kuruna ta’
tnax-il kewkba fuq rasha. Hija kienet fit-tqala;u bidet tgħajjat bl-uġigħ
tal-ħlas u tbati biex teħles.
Imbagħad fis-sema deher sinjal ieħor: ara, Dragun kbir minn lewn in-nar b’sebat
irjus u għaxart iqrun, u b’seba’ djademi fuq irjusu. U b’denbu kines waħda mit-tlieta tal-kwiekeb tas-sema u waddabhom lejn
l-art. U d-dragun mar qagħad
quddiem il-Mara li kienet se tiled, biex kif tiled lil binha jibilgħu. U hi wildet iben, tifel, li kien għad irid jirgħa l-ġnus b’xettru tal-ħadid. U binha ġie maħtuf għal quddiem Alla u quddiem it-tron tiegħu. U l-Mara ħarbet fid-deżert, hemmhekk fejn għandha post imħejji minn Alla, biex hemm jitimgħuha għal elf, mitejn u sittin jum. Imbagħad
qamet gwerra fis-sema: Mikiel u
l-Anġli tiegħu jitqabdu mad-Dragun. U d-Dragun u l-Anġli tiegħu tqabdu, iżda ma
kellhomx ħila jegħelbu, u ma kienx hemm iżjed post
għalihom fis-sema. U ġie
mwaddab id-Dragun il-kbir, is-Serp tal-qedem, li hu msejjaħ id-demonju u
x-Xitan, il-qarrieq tad-dinja kollha, kien imwaddab għal fuq l-art, u miegħu
kienu mwaddba l-anġli tiegħu.
U smajt leħen qawwi fis-sema jgħid: “Issa ġiet
is-Salvazzjoni u l-qawwa, u s-Saltna ta’ Alla tagħna, u s-setgħa
ta’ Kristu tiegħu, għax twaddab ‘l barra dak li jixli ‘l
ħutna, li lejl u nhar jixlihom quddiem Alla tagħna. U huma ħarġu rebbieħa fuqu
permezz tad-demm tal-Ħaruf u bis-saħħa tal-kelma li xehdu, u
ma għożżewx ħajjithom, minkejja saħansitra
l-mewt. Għalhekk ifirħu,
smewwiet, u intom li tgħammru fihom.
Ħażin għalikom, ja art u baħar, għax fikom
niżel is-Demonju, b’korla kbira fuqu, għax jaf li żmien ftit
baqagħlu” Apok 12: 1-12
|
|