|
|
||
|
MISTERI TAT-TBATIJA |
||
|
ITLOB MAGĦNA
INTI WKOLL IL-MISTERI TAT-TBATIJA (link provduta mir-Radju – RTK) |
||
|
|
||
|
|
Meta Sidna Ġesú Kristu għamel l-orazzjoni
fl-ort u għereq l-għaraq tad-demm. Imbagħad Ġesu’, flimkien mad-dixxipli
tiegħu, wasal f’qasam, jgħidulu l- Ġetsemani, u qal
lid-dixxipli tiegħu: “Oqogħdu bil-qiegħda hawn sa kemm immur
nitlob.” U ħa miegħu lil
Pietru, u ż-żewġ ulied ta’ Żebedew, u beda jsewwed qalbu
u jiddejjaq. Imbagħad qalilhom:
“Għandi ruħi mnikkta għall-mewt; ibqgħu hawn u ishru
miegħi.” Mexa kemmxejn ‘il
quddiem, inxteħet wiċċu fl-art jitlob, u qal: “Missier, jekk
jista’ jkun, biegħed minni dan il-kalċi! Imma mhux kif irrid jien,
iżda kif trid int.” Ġie
ħdejn id-dixxipli u sabhom reqdin; u qal lil Pietru: “Mela ma
flaħtux tishru siegħa waħda miegħi? Ishru u itolbu biex ma tidħlux
fit-tiġrib. L-ispirtu, iva, irid;
imma l-ġisem dgħajjef.”
Għat-tieni darba reġa’ mar jitlob, u qal: “Missier jekk dan
il-kalċi ma jistax jgħaddi mingħajr ma nixorbu, tkun
magħmula r-rieda tiegħek.”
Mill-ġdid ġie u sabhom reqdin, għax għajnejhom
kienu tqal bin-ngħas.
Ħallihom, u reġa’ mar jitlob għat-tielet darba, u qal
l-istess kliem. Imbagħad
ġie ħdejn id-dixxipli u qalilhom: “Issa se torqdu u
tistrieħu? Ara, is-siegħa
waslet, u Bin il-Bniedem se jkun mogħti f’idejn il-midinbin. Qumu! Ejjew immorru! Araw, dak li se jittradini huwa fil-qrib. (Mt 26: 36-46)
|
|
|
|
||
|
Meta Sidna Ġesú Kristu rabtuh mal-kolonna u
ifflaġellawh. Imbagħad qamet il-ġemgħa kollha u marru
bih għand Pilatu. U bdew
jakkużawh u jgħidu: “Aħna sibna li dan il-bniedem qiegħed
ixewwex lill-ġens tagħna, li mhuwiex iħalli lil min
iħallas it-taxxa lil Ċesari, u li qiegħed igħid li hu
l-Messija Sultan.” Pilatu saqsieh u
qallu: “Inti s-sultan tal-Lhud? U hu
wieġbu: “Int stess qiegħed tgħidu.” Pilatu qal lill-qassisin
il-kbar u lill-kotra tan-nies: “Ebda ħtija ma jiena nsib f’dan
il-bniedem.” Iżda huma
baqgħu jinsistu u jgħidu: “Qiegħed ixewwex lill-poplu, u
jgħallem fil-Lhudija kollha, ibda mill-Galilija sa hawnhekk stess” Kif
sema’ dan, Pilatu staqsa jekk dak il-bniedem kienx mill-Galilija, u meta sar
jaf li hu kien min-naħa li kien jagħmel minnha Erodi, bagħtu
quddiemu, għax f’dawk il-jiem Erodi wkoll kien Ġerusalem. Erodi feraħ ħafna meta ra lil
Ġesu’, għax minn dak li kien sema’ fuqu kien ilu żmien jixtieq
jarah, bit- tama li jara xi sinjali minnu.
U għamillu bosta mistoqsijiet, imma Ġesu’ ma wiegbu
xejn. Il-qassisin il-kbar u
l-kittieba, b’saħna kbira fuqhom, qagħdu jakkużawh. Imma Erodi, flimkien mas-suldati
tiegħu, beda jżebilħu u jgħaddih biż-żufjett,
libbsu libsa bajda tlellex u reġa’ bagħtu quddiem Pilatu. Issa Erodi u Pilatu fl-imgħoddi
kellhom għal xulxin, imma dak in-nhar saru ħbieb. Pilatu sejjaħ flimkien il-qassisin
il-kbar u l-kapijiet tal-poplu u qalilhom: “Ġibtuli quddiemi lil dan
il-bniedem bħala wieħed li qed ixewwex lill-poplu. Ara jien stħarriġtu quddiemkom
fuq l-akkużi li qegħdin iġġibu kontra tiegħu, u ma
sibt ebda ħtija fih. U anqas Erodi
ma sab, għax reġa’
bagħtu quddiemna. Qegħdin
taraw, mela, li ma għamel xejn li ħaqqu l-mewt. Għalhekk nagħtih is-swat u
nitilqu.” (Lq 23: 1-6)
|
|
|
|
|
||
|
|
Meta Sidna Ġesú Kristu nkurunawh bix-xewk. Imbagħad, Pilatu ordna li jieħdu lil
Ġesu’ u jagħtuh is-swat.
Is-suldati nisġu kuruna tax-xewk u qegħduhielu fuq rasu, u libbsuh
mantar aħmar skur. U bdew
ġejjin quddiemu u jgħidulu: “Is-sliem għalik ja sultan
tal-Lhud!” U bdew jagħtuh
bil-ħarta. Għal
darba’oħra Pilatu ħareġ barra jgħidilhom: “Araw se
nġibulkom quddiemkom hawn barra, biex tkunu tafu li jien ma nsib ebda
ħtija fih. U Ġesu’
ħareġ hemm barra, liebes il-kuruna tax-xewk u mantar aħmar; u
Pilatu qalilhom: “Arawh: hawn hu l-bniedem!”
X’ħin rawh il-qassisin
il-kbar u u l-għasses bdew igħajtu u jgħidu: “Sallbu! Sallbu!” Pilatu qalilhom: “Ħuduh u sallbuh
intom; jien ma nsib ebda ħtija fih.” (Ġw. 19:
1-6) |
|
|
|
||
|
Meta Sidna Ġesú Kristu għabbewh bis-salib
u tela’ l-Kalvarju. Telqilhom lil min talbu,
jiġifieri lil dak li kien mitfugħ il-ħabs minħabba
rewwixta u qtil, u lil Ġesu’ tahulhom bħalma xtaqu. Huma u sejrin bih, qabdu wieħed jismu
Xmun minn Ċireni, li kien ġej lura mir-raba’, u għabbewh
bis-salib biex iġorru wara Ġesu’.
Kotra kbira ta’ nies kienet miexja warajh; fosthom kien hemm xi nisa
li bdew iħabbtu fuq sidirhom u jibkuh.
Imma Ġesu’ dar lejhom u qalilhom: “Nisa ta’ Ġerusalem, mhux
lili ibku, iżda ibku lilkom infuskom u lil uliedkom. Għax, araw, għad jiġi
żmien meta jgħidu, ‘Ħienja dik li ma għandiex tfal,
ħieni l-ġuf li qatt ma wiled u s-sider li qatt ma redda’!” Imbagħad jibdew igħidu
lill-muntanji, ‘Aqgħu fuqna!’, u lill-għoljiet,’Ordmuna!’ Għax jekk dan kollu qegħdin
jagħmluh liz-zokk meta għadu aħdar, mela xi jsir minnu meta
jinxef?” Kien hemm ukoll tnejn
oħra, żewġt irġiel ħatja, li ħaduhom
għall-mewt miegħu. (Lq 23:
25-32) |
|
|
|
|
||
|
|
Meta Sidna Ġesú Kristu sallbuh fuq is-salib u
fuqu miet. Hemm huma salbuh ma’ tnejn
oħra, wieħed kull naħa, u Ġesu’ fin-nofs. Pilatu għamel kitba u waħħalha
fuq is-salib; fiha kien hemm miktub, “Ġesu’ ta’ Nażaret, is-sultan
tal-Lhud” Din il-kitba qrawha
ħafna Lhud, għax il-post fejn sallbu lil Ġesu’ kien qrib
il-belt, u l-kitba kienet bil-Lhudi, bil-Latin u bil-Grieg. Għalhekk il-qassisin il-kbar tal-Lhud
marru jgħidu lil Pilatu: “Ma kienx imissek tikteb, ‘Is-sultan tal-Lhud’,
imma li ‘Dan qal: Jiena sultan tal-Lhud.’
Pilatu wieġeb: “Issa li ktibt, ktibt!” Wara li sallbu lil Ġesu’,
is-suldati ħadu l-ilbies tiegħu u qassmuh f’erbgħa, sehem lil
kull wieħed minnhom. U ħadu
wkoll it-tunika; din kienet libsa bla ħjata, minsuġa
biċċa waħda minn fuq s’isfel.
Ftiehmu bejniethom u qalu: “Ma nqattgħuhiex, iżda
nitfgħu x-xorti għaliha, u lil min tmiss jeħodha.” Dan ġara biex isseħħ
l-Iskrittura li tgħid: “Ħwejġi qasmu bejniethom, u għal
l-ilbies tiegħi tefgħu x-xorti.”
U dan tabilħaqq għamluh is-suldati. Kien hemm wieqfa ħdejn
is-salib ta’ Ġesu’ ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa, u Marija ta’
Magdala. Mela kif Ġesu’
lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal
lil ommu: “Mara, hawn hu ibnek.”
Imbagħad qal lid-dixxiplu, “Hawn hi ommok.” U minn dak il-ħin id-dixxiplu
ħadha għandu. Wara dan, Ġesu’, billi issa
kien jaf li kollox kien mitmum, biex isseħħ l-Iskrittura qal:
“Għandi l-għatx!” Kien hemm
bieqja mimlija bil-ħall: huma xarbu sponża bil-ħall,
waħħluha ma’ qasba ta’ l-issopu, u ressquhielu lejn
ħalqu. Kif Ġesu’ ħa
l-ħall qal: “Kollox hu mitmum!”
Imbagħad mejjel rasu u radd ruħu. Billi kien jum it-Tħejjija
tal-Għid, il-Lhud ma ridux li f’jum is-Sibt l-iġsma jibqgħu
fuq is-salib, għax dak is-Sibt kien jum solenni għalihom. Talbu mela lil Pilatu biex ikissrulhom
riġlejhom u jneħħu l-iġsma. Għalhekk ġew is-suldati u kissru r-riġlejn ta’
l-ewwel u tat-tieni wieħed li kienu msallbin miegħu. Iżda meta waslu għal Ġesu’,
billi raw li kien ġa mejjet, ma kissrulux riġlejh. B’danakollu wieħed mis-suldati
nifidlu ġenbu b’lanza, u minnufih ħareġ demm u ilma. Dan jixhdu min ra b’għajnejh, u
x-xhieda tiegħu hija minnha. Hu
jaf li qed igħid il-verita’, biex intom ukoll temmnu. Għax dan ġara biex
isseħħ l-Iskrittura li tgħid:”Ebda waħda minn għadmu
ma kissrulu.” U hemm ukoll kitba oħra
fl-Iskrittura li tgħid, “Huma għad iħarsu lejn min nifdu.” (Ġw
19: 18.37) |
|