ID-DISA’ JUM

 

“Illum gibli L-ERWIEĦ LI WAQGĦU FIL-BRUDA u itfagħhom ‘l isfel fil-fond tal-Ħniena Tiegħi.  Dawn l-erwieħ weġġgħuli qalbi b’mod kiefer.  Fil Ġnien taż-Żebbuġ ruħi ġarrbet stmerrija tal-biża’ minħabba l-erwieħ bierda.  Kienu dawn l-erwieħ li ġegħluni ngħid:  “Missier, warrab dan il-kalċi minn quddiemi, jekk din hi r-Rieda Tiegħek.”  L-aħħar tama ta’ salvazzjoni għalihom hija li jiġu jfittxu l-Ħniena Tiegħi.”

 

O Ġesu` Ħanin li tant tagħder, Inti l-istess mogħdrija.  Qed inġiblek l-erwieħ bierda biex iddaħħalhom fil-Qalb Ħanina Tiegħek.  Kebbes mill-ġdid, f’dan in-nar ta’ mħabbtek safja, lil dawn l-erwieħ li l-bruda għamlithom qishom iġsma mejta li ġegħluk tistmellhom.  O Ġesu` l-aktar ħanin, ħaddem il-qawwa tal-Ħniena Tiegħek u ħeġġiġhom bi mħabbtek, u sawwab fuqhom id-don ta’ l-imħabba qaddisa, għax kollox hu fis-setgha Tiegħek.

 

Missier Etern, dawwar il-ħarsa Ħanina Tiegħek fuq l-erwieħ bierda, li jinsabu huma wkoll fil-Qalb l-iżjed ħanina ta’ Ġesu`.  Missier tal-ħniena nitolbok f’ġieħ il-Passjoni ħarxa ta’ Ibnek l-għażiż u l-agunija li bata fuq is-Salib tul tliet sigħat;  Agħti lilhom ukoll li jfaħħru l-kobor tal-Ħniena Tiegħek.  Amen.