|
|

O Ġesù, tajjar minn moħħi u minn qalbi kull
inkwiet fuq l-imgħoddi, kull tħassib fuq il-preżent u kull biża
fuq li ġej, ħalli nkun nista’ nixtieq dejjem u f’kollox ħaġa
waħda biss: li mmur kontra tiegħi nnifsi għall-imħabba tiegħek.
Nerħi għalhekk, O Mulej, il-passat ikraħ
tiegħi għall-ħniena kbira tiegħek; il-preżent imħawwad tiegħi
għall-imħabba infinita tiegħek; u l-futur misterjuż tiegħi
għall-providenza qaddisa tiegħek. Amen.
|