Parabbola inbid ġdid f'damiġġani qodma.

Parabbola irqajja ġodda f'libsa qadima. (Mt 9:16-17)

(Din il-parabbola qegħda wkoll f’Mark 2:21-22 u Luqa 5:36-39)

 



Ħadd ma jraqqa' libsa qadima b'biċċa drapp ġdida, għax inkella r-roqgħa ssellet il-libsa, u t-tiċrita tikber. Anqas ma jqiegħdu l-inbid il-ġdid f'damiġġani qodma tal-ġild, għax inkella d-damiġġani jinfaqgħu, l-inbid jixtered, u d-damiġġani jintilfu. Iżda nbid ġdid jitfgħuh f'damiġġani ġodda, u hekk iżommu t-tnejn.