
Il-melħ ta'
l-art,
id-dawl
tad-dinja,
belt
fuq muntanja.
(Mt 5:13-16)
(Dawn il-parabboli qegħdin ukoll f’Mark 9:50 u f’Luqa 14:34-35)
̋Intom il-melħ ta' l-art. Imma jekk il-melħ jaqta', biex jerġa' jieħu
t-togħma? Ma jibqa' tajjeb għal xejn iżjed ħlief biex jintrema barra u
jintrifes min-nies. ̋Intom id-dawl tad-dinja. Belt li tkun qiegħda fuq
muntanja ma tistax tinħeba. Anqas ma jixegħlu l-musbieħ u jqegħduh taħt
il-siegħ, iżda fuq l-imnara, u hekk idawwal lil kull min ikun fid-dar.
Hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin, biex jaraw
l-għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu
fis-smewwiet.
|