|
Il-parabbola taż-żerriegħa tal-mustarda (Mt 13:31-32) (Din il-parabbola qegħda wkoll f’Mark 4:30-32 u f’Luqa 13:18-19)
Ġibilhom parabbola oħra u qalilhom: ̋Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel ikun qabad u żeragħha fl-għalqa tiegħu. Hija tabilħaqq l-iżgħar waħda fost iż-żrieragħ kollha, iżda meta tikber, tkun l-akbar waħda fost il-ħxejjex u ssir siġra, hekk li l-għasafar ta' l-ajru jiġu jbejjtu fil-friegħi tagħha.̏
|