Il-parabboli

Dakinhar Ġesł ħareġ mid-dar, mar f'xatt il-baħar u qagħad bilqiegħda hemm. U nġabru madwaru folol hekk kbar ta' nies li kellu jitla' fuq dgħajsa u jinżel bilqiegħda fiha; in-nies qagħdu lkoll wieqfa fuq ix-xatt, u hu beda jkellimhom fuq bosta ħwejjeġ bil-parabboli.  (Mt 13:1-3)

 

 

 

L-għala Ġesł tkellem bil-parabboli

Meta kien waħdu, dawk ta' madwaru flimkien mat-Tnax resqu jitolbuh ifissrilhom il-parabboli. U hu qalilhom: ̋Lilkom ingħata l-misteru tas-Saltna ta' Alla, imma l-oħrajn, li huma barra, ikollhom kollox bil-parabboli, ħalli jħarsu kemm iħarsu ma jarawx, u jisimgħu kemm jisimgħu ma jifhmux, li ma jbiddllux ħajjithom u jaqilgħu l-maħfra. (Mk 4:10-12)

 

 

 

L-użu tal-parabboli

B'ħafna parabboli bħal dawn kien ixandrilhom il-kelma, kif kienu jistgħu jifhmuha huma, u mingħajr xi parabbola ma kienx ikellimhom; imma lid-dixxipli tiegħu, meta kien ikun waħdu magħhom, kien ifissrilhom kollox. (Mk 4:33-34)