HOME

DUN REUBEN DEGUARA

 

 

 

 

 

IL-PARROĊĊA


  Avviżi tal-Ġimgħa

  Ħinijiet tal-Uffiċċju Parrokkjali

  Ħinijiet tal-Quddies fil-Knejjes tal-Parroċċa

  Pjan Pastorali tal-Parroċċa għas-snin 2005-2006

  Storja tal-Parroċċa

 

IL-KAPPILLAN DUN REUBEN DEGUARA


Nhar l-Erbgħa, 20 ta’ Ġunju, Dun Reuben Deguara inħatar minn Monsinjur Arċisqof Ġużeppi Mercieca bħala l-ħamsa u għoxrin kappillan tal-Parroċċa Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien.

Dun Reuben twieled il-Mosta nhar l-Erbgħa, 21 ta’ Lulju 1971 u kien ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju 1997.  Wara l-ordinazzjoni tiegħu huwa ħadem fil-parroċċa tal-Mosta; f’dik ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara, fejn serva bħala Viċi-Parroku; u fiż-Żejtun.  Kien ukoll Direttur Spiritwali fl-iskola tal-Ħandaq, Segretarju fis-Segretarjat għall-Kleru u għall-Membri ta’ Istituti ta’ Ħajja Konsagrata, u Segretarju tal-Kunsill Presbiterali Djoċesan.

F’April 2002 huwa kien inħatar bħala Kappillan tal-Parroċca ta’ Santa Marija f’Ħad Dingli fejn baqa' jwettaq il-ħidma pastorali tiegħu sal-ħatra tiegħu bħala kappillan tagħna.