HOME

EMAIL

Hija ħasra li r-reliġjon ikun studjat għall-matrikola bħal suġġetti oħra.  Sakemm tibqa’ din is-sistema, allura hawn xi noti li jistgħu jkunu ta’ għajnuna għall-eżami.  Jalla jibqa’ xi ħaga minnhom wara wkoll.

Ø

IS-SILLABU GĦALL-EŻAMI TAL-MATRIKOLA FIT-TAGĦLIM RELIĠJUŻ LIVELL AVVANZAT

MEĦUD MIS-SIT TAL-MATSEC SUPPORT UNIT TAL-UNIVERSITA` TA’ MALTA.

Ø

TAGĦLIM RELIĠJUŻ - LIVELL "A"

SILLABU U NOTI GĦAS-SNIN 2008 – 2010

L-EWWEL KARTA – ALLA TA’ ĠESÙ KRISTU

Alla

Il-persuna umana u t-tagħrif ta’ Alla.                                       

Ir-reliġjonijiet tad-dinja b’referenza speċjali għad-dokument tal-Konċilju, Nostra Aetate

(Nostra Aetatae bil-Malti) 

(Nostra Aetate bl-Ingliż.)

Ir-Rivelazzjoni ta’ Alla fl-Istorja tas-Salvazzjoni u t-trażmissjoni tagħha fil-ħajja tal-Knisja.

Il-Kotba Mqaddsa: formazzjoni, awtoritá, ispirazzjoni u interpretazzjoni.

Fidi: in-natura u l-karatteristiċi tagħha.

Alla juri ismu. Alla bħala Missier/Omm.

Alla Trinitá.

 

Fidi f’Alla Ħallieq, f’Ġesú Kristu u fl-Ispirtu s-Santu

Il-Ħolqien tas-sema u l-art.

Il-Ħolqien tar-raġel u tal-mara: oriġini tal-bniedem skond il-Ġenesi.

Il-waqgħa u r-realá tad-dnub.  Id-Dnub tan-Nisel.

L-eżistenza tal-ħażen u l-Providenza ta’ Alla.

Ġesù Kristu, veru Alla u veru bniedem, bħala espressjoni sħiħa tal-imħabba ta’ Alla

L-Ispirtu s-santu fit-twemmin u l-ħajja tal-Knisja.

 

L-Evanġelju skond San Luqa.

Temi Speċifiċi.

L-oriġini u d-destinatarju ta’ l-Evanġelju.

Il-messaġġ dottrinali.

Studju dwar l-Evanġelju tal-infanzja: oriġini, valur storiku, importanza dottrinali.

 

Testi Speċifiċi.

Ir-rakkont tal-infanzja (Kap 1,5 sa 2,52)

Tħejjija għall-ministeru ta’ Ġesù. (Kap 3,1 sa 4,13)

Parabboli u mirakli tul l-Evanġelju kollu.

Passjoni, mewt, qawmien mill-imwiet u tlugħ fis-sema (Kap 22,1 – 24, 53)

 


IT-TIENI KARTA - IL-KNISJA: NATURA, QIMA U STORJA


IT-TIELET KARTA - DINJITA’ UMANA U ĦAJJA MORALI