L-EWWEL KARTA – SNIN 2005 - 2007

ALLA TA’ ĠESU’ KRISTU

 

1.       Dwar Alla

a.       Il-persuna umana u t-tagħrif ta’ Alla.

b.      Ir-reliġjonijiet tad-dinja b’referenza speċjali għad-dokument tal-Konċilju, Nostra Aetate.  (Nostra Aetatae bil-Malti)  (Nostra Aetate bl-Ingliż.)

c.       Ir-Rivelazzjoni ta’ Alla fl-Istorja tas-Salvazzjoni u t-trażmissjoni tagħha fil-ħajja tal-Knisja.

d.      Il-Kotba Mqaddsa: formazzjoni, awtoritá, ispirazzjoni u interpretazzjoni.

e.       Fidi: in-natura u l-karatteristiċi tagħha.

 

2.       Fidi f’Alla u f’Ġesú Kristu

a.       Alla juri ismu. Alla bħala Missier/Omm.

b.      Alla Trinitá.

c.       Il-Ħolqien tas-sema u l-art.

d.      Il-Ħolqien tal-bniedem: oriġini tal-bniedem skond il-Ġenesi.

e.       Il-waqgħa u r-realá tad-dnub.  Id-Dnub tan-Nisel.

f.        L-eżistenza tal-ħażen u l-Providenza ta’ Alla.

 

3.       L-Evanġelju skond San Mark.

a.       Introduzzjoni ġenerali għall-Evanġelju.

b.      Il-Ministeru ta’ Ġesú mit-tħejjija sat-twettiq tiegħu.

c.       Temi speċifiċi:

.....titoli attribwiti lil Ġesú,

.....il-parabboli,

.....il-mirakli,

.....il-passjoni, mewt u qawmien mill-mewt ta’ Ġesú.

 

LINKS GĦALL-EVANĠELJU TA’ SAN MARK (VERŻJONI BL-INGLIŻ) -  AQRA  jew ISMA’

Ara wkoll noti dwar is-Sigriet Messjaniku.

ARA WKOLL NOTA DWAR Bin il-bniedem.           

 

 

IT-TIENI KARTA

IL-KNISJA: NATURA, QIMA U STORJA

 

  1. In-Natura u Struttura tal-Knisja
    1. Il-Knisja fil-Pjan ta’ Alla tas-Salvazzjoni b’refernza partikolari għall-xbiehat Bibliċi, il-Poplu ta’ Alla, il-Ġisem ta’ Kristu u Tempju ta’ l-Ispirtu s-Santu.
    2. Il-kwalitajiet tal-Knisja kif mistqarra fil-Kredu ta’ Niċeja.
    3. L-istruttura tal-Knisja, ġerarkija, lajċi, ħajja konsagrata.
    4. Marija u l-Qaddisin fil-ħajja tal-Knisja.

 

  1. Il-Qima Nisranija
    1. Il-Liturġija fil-ħajja tal-Knisja bħala azzjoni ta’ Kristu nnifsu permezz tal-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu,

.....Jum il-Ħadd: Jum il-Mulej. 

.....Is-Sena Liturġika.

    1. Il-Liturġija kif espressa f’riti u kulturi differenti. Parteċipazzjoni fiċ-ċelebrazzjoni liturġika.
    2. Is-Sagrament ta’ Inizjazjoni Nisranija:

.....Magħmudija,

.....Konfermazzjoni,

.....Ewkaristija.

 

    1. Is-Sagramenti tal-Fejqan:

.....Rikonċiljazzjoni,

.....Griżma tal-Morda.

    1. Is-Sagramenti għal-Bini tal-Komunitá Nisranija:

.....Ordni Sagru,

.....Żwieġ.

 

  1. Ġrajjiet Importanti fil-Ħajja tal-Knisja
    1. il-persekuzjoni kontra l-Insara fl-Imperu Ruman u l-bidla ta’ Kostantinu.
    2. Il-Knisja u l-Għaqda fil-Punent.  Ir-Riforma Gregorjana.
    3. Spirtu ġdid fil-Punent.  Il-Monakiżmu u l-Mendikanti.
    4. Ir-Riforma fis-seklu sittax.
    5. L-isfida ta’ ħsieb ġdid mir-Rivoluzzjoni Franċiża sal-Sillabu ta’ l-Iżbalji.
    6. Il-Knisja mill-Konċilju Vatikan I sat-tiġdid fil-Konċilju Vatikan II

 

 

IT-TIELET KARTA

DINJITA’ UMANA U ĦAJJA MORALI

 

 

  1. Dinjitá Umana u Ħajja Morali
    1. Is-Sejħa lill-bniedem u d-dinjitá tal-persuna umana.
    2. Libertá u responsabilitá.  Dmir u dritt li tifforma u timxi fuq il-kuxjenza. Libertá Reliġjuża.
    3. Il-Liġi morali.  Il-Liġi Naturali, il-Liġi l-Qadima u l-Liġi l-Ġdida ta’ Ġesu.
    4. Dnub u Rikonċiljazzjoni.

 

  1. Deċiżjonijiet Morali Partikolari
    1. Relazzjoni ma’ Alla permezz ta’ fidi, tama u mħabba. Superstizzjoni, okkult u Sataniżmu.
    2. Id-Dinjita tal-Ħajja Umana. Problemi etiċi relatati ma’ bidu u tmiem il-ħajja: abort u ewtanasja.
    3. Is-Sesswalita minn perspettiva Nisranija, ir-responsabilta tal-ġenituri, id-divorzju.

 

  1. Tagħlim Soċjali Kattoliku
    1. Parteċipazzjoni responsabbli fil-ħajja tas-soċjeta’.  Il-ġid komuni. Rispett għall-persuni u l-integrita’ tan-natura. Ugwaljanza u differenzi bejn il-bnedmin. Solidarjeta’ umana.
    2. Awtoritajiet f’soċjeta’ ċivili.  Drittijiet u dmirijiet taċ-ċittadini u ta’ l-awtoritajiet ċivili.  Il-komunia’ politika u l-Knisja. Il-ħarsien u l-promozzjoni tal-paċi.
    3. Natura u żvilupp tat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja. Il-propjeta’ privata u id-destinazzjoni universali tal-ġid. Attivita’ ekonomika u ġustizzja soċjali. Żvillup uman awtentiku.  Ġustizzja u solidarjeta’ fost in-nazzjonijiet.  L-għażla għall-fqar.

 

 

Testi Importanti-

                                                     i.        Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika (taqsimiet relevanti)

                                                    ii.        L-Evanġelju skond San Mark.

 

Suġġeriment għall-qari ieħor:-

                                                     i.        Il-Bxara t-Tajba skond San Mark, Għaqda Biblika Maltija, Malta 1990.

                                                    ii.        A Concise History of the Catholic Church miktub minn Thomas Bokenkotter, New York 1990.

                                                  iii.        Wirt il-Kristjaneżimu miktub mir-Rev. Nikol Aquilina, Media Centre, 1998.

                                                  iv.        L-Enċiklika tal-Papa Ġwanni Pawlu II, Sollicitudo Rei Socialis (kapitli 4 u 5).