HOME

LIBRERIJA

       

It-taħbira tat-twelid ta' Ġesų Kristu

Mbagħad fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f'belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma' raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta' David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha:  ̋Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.̏ Hi tħawwdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x'setgħet qatt tfisser din it-tislima. Iżda l-anġlu qalilha:  ̋Tibżax, Marija, għax inti sibt grazzja quddiem Alla. Ara, inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesų. Hu jkun kbir, u jkun jissejjaħ Bin l-Għoli. Il-Mulej Alla jagħtih it-tron ta' David missieru u jsaltan għal dejjem fuq dar Ġakobb, u ma jkunx hemm tmiem għas-saltna tiegħu.̏ Iżda Marija qalet lill-anġlu:  ̋Kif ikun dan, ladarba ma nagħrafx raġel?̏ Wieġeb l-anġlu u qalilha:  ̋L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek, u l-qawwa ta' l-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek. U għalhekk dak li jitwieled minnek ikun qaddis, u jissejjaħ Bin Alla. Ara, il-qariba tiegħek Eliżabetta, fi xjuħitha, hi wkoll nisslet iben fil-ġuf, u ġa għandha sitt xhur dik li għaliha kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal, għax għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir.̏ Mbagħad qalet Marija:  ̋Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej   ħa jsir minni skond kelmtek!̏ U l-anġlu telaq minn quddiemha.  (Lq 1:26-38)

 

It-twelid ta' Ġesų Kristu

 

It-tnissil ta' Ġesų l-Messija sar hekk:  ommu Marija, wara li tgħarrset ma' Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm bil-ħidma ta' l-Ispirtu s-Santu. Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies. Meta kien għadu qiegħed jaħsibha, deherlu anġlu tal-Mulej fil-ħolm u qallu:  ̋Ġużeppi, bin David, xejn la tibża' tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu. Hi se jkollha iben, u inti ssemmih Ġesų, għax hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom.̏ Dan kollu ġara biex iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal:  'Ara, ix-xebba tnissel u jkollha iben, Ġużeppi, meta qam, għamel kif ordnalu l-anġlu tal-Mulej, u ħa lil martu għandu. Imma baqa' ma għarafhiex sa ma kellha iben, u semmieh Ġesų. (Lq 2:1-7)

 

 

Ir-rgħajja u l-anġli

F'dawk l-inħawi kien hemm xi rgħajja fir-raba', għassa mal-merħla tagħhom billejl. U dehrilhom anġlu tal-Mulej, il-glorja tal-Mulej iddiet madwarhom, u qabadhom biża' kbir. Iżda l-anġlu qalilhom:  ̋Tibżgħux, għax araw, qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir, ferħ li se jkun għall-poplu kollu. Illum, fil-belt ta' David, twildilkom Salvatur, li hu l-Messija, il-Mulej. U bħala sinjal ikollkom dan; issibu tarbija mfisqija u mimduda f'maxtura.̏ F'daqqa waħda ngħaqdu ma' l-anġlu għadd kbir ta' qtajja' tas-sema, ifaħħru lil Alla u jgħidu:  ̋Glorja lil Alla fl-ogħla tas-smewwiet, u sliem fl-art lill-bnedmin li jogħġbu lilu!̏ Meta mbagħad l-anġli ħallewhom u telgħu s-sema, ir-rgħajja bdew jgħidu lil xulxin:  ̋Ejjew immorru Betlehem ħa naraw x'ġara kif għarrafna l-Mulej.̏ Marru mela jgħaġġlu, u sabu lil Marija u 'l Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f'maxtura. Kif raw dan, bdew jgħarrfu b'kull ma kien intqal lilhom dwar dik it-tarbija, u kull min semagħhom baqa' mistagħġeb b'dak li qalulhom ir-rgħajja. Marija, min-naħa tagħha, baqgħet tgħożż f'qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha. Ir-rgħajja mbagħad reġgħu lura, isebbħu u jfaħħru lil Alla għal kull ma kienu raw u semgħu, kif l-anġlu kien qalilhom Meta wasal it-tmien jum biex lit-tifel jagħmlulu ċ-ċirkonċiżjoni, semmewh Ġesų, bl-isem li kien tah l-anġlu qabel ma tnissel fil-ġuf. (Lq 2:8-21)

 

Il-preżentazzjoni ta' Ġesų fit-tempju

Wara li għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom skond il-Liġi ta' Mosč, ħaduh Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej kif hemm miktub fil-Liġi tal-Mulej, li 'kull tifel li jitwieled l-ewwel, jiġi kkonsagrat lill-Mulej,'   u biex joffru b'sagrifiċċju 'par gamiem jew żewġ bċieċen,' kif jingħad ukoll fil-Liġi tal-Mulej F'Ġerusalemm kien hemm wieħed, jismu Xmun, raġel ġust u tajjeb, li kien jistenna l-faraġ ta' Iżrael u li kellu l-Ispirtu s-Santu fuqu L-Ispirtu s-Santu kien nebbħu li ma kienx se jara l-mewt qabel ma jara l-Messija tal-Mulej Mar mela fit-tempju, mqanqal mill-Ispirtu, u xħin il-ġenituri daħlu bit-tarbija Ġesų biex jagħmlulu dak li kienet trid il-Liġi huwa laqgħu fuq dirgħajh, bierek lil Alla u qal:  ̋Issa, o Sid, tista' tħalli l-qaddej tiegħek imur fis-sliem, skond kelmtek għaliex għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek:  li int ħejjejt għall-popli kollha dawl biex idawwal il-ġnus, u glorja tal-poplu tiegħek Iżrael.̏   Missieru u ommu baqgħu mistagħġba b'dak li kien qiegħed jingħad fuqu Xmun berikhom, u qal lil ommu Marija:  ̋Ara, dan se jġib il-waqgħa u l-qawmien ta' ħafna f'Iżrael; se jkun sinjal li jmeruh - u inti wkoll, sejf jinfidlek ruħek! - biex jinkixfu l-ħsibijiet moħbija fil-qlub ta' ħafna.̏   Kien hemm ukoll waħda profetissa, Anna, bint Fanwel, mit-tribų ta' Aser. Kienet imdaħħla ħafna fiż-żmien; wara xbubitha kienet għamlet seba' snin miżżewwġa u mbagħad romlot. Sa ma kellha erbgħa u tmenin sena ma kienet titwarrab qatt mit-tempju, lejl u nhar taqdi lil Alla fis-sawm u t-talb Dak il-ħin stess waslet, u bdiet trodd ħajr lil Alla u titkellem fuq it-tarbija ma' dawk kollha li kienu jistennew il-fidwa ta' Ġerusalemm Meta temmew kull ma kellhom jagħmlu skond il-Liġi tal-Mulej reġgħu lura lejn il-Galilija fil-belt tagħhom ta' Nazaret U t-tifel baqa' jikber u jissaħħaħ, mimli bl-għerf. U l-grazzja ta' Alla kienet fuqu. (Lq 2:21-40)

 

Iż-żjara tal-maġi

Meta twieled Ġesų f'Betlehem tal-Lhudija, fi żmien is-sultan Erodi, xi maġi mil-lvant ġew Ġerusalemm jistaqsu:  ̋Fejn hu dak li twieled sultan tal-Lhud? Għax rajna l-kewkba tiegħu tielgħa, u ġejna nqimuh.̏ Is-sultan Erodi sama' bihom, u tħawwad hu u Ġerusalemm kollha miegħu. Ġabar flimkien il-qassisin il-kbar u l-kittieba kollha tal-poplu, u ried jaf mingħandhom fejn kellu jitwieled il-Messija. U huma qalulu:  ̋F'Betlehem tal-Lhudija, għax hekk inkiteb mill-profeta:  'U int, Betlehem, art ta' Ġuda, Erodi mbagħad sejjaħ lill-maġi bil-moħbi, u tkixxef bir-reqqa kollha mingħandhom iż-żmien li fih dehritilhom il-kewkba; bagħathom Betlehem u qalilhom:  ̋Morru, staqsu sewwa għat-tifel, u meta ssibuh ejjew għiduli, ħalli jien ukoll niġi nqimu.̏ Dawk, wara li semgħu lis-sultan, telqu, u ara, il-kewkba li kienu raw tielgħa bdiet miexja quddiemhom sakemm waslet u waqfet fuq il-post fejn kien hemm it-tifel. Kif raw il-kewkba mtlew b'ferħ kbir tassew. Meta mbagħad daħlu d-dar u raw lit-tifel ma' ommu Marija, nxteħtu fl-art iqimuh; fetħu t-teżori tagħhom u offrewlu rigali deheb, inċens u mirra. Mbagħad, billi kienu mwissijin f'ħolma biex ma jerġgħux imorru għand Erodi, telqu lura lejn arthom minn triq oħra. (Mt 2:1-12)

 

Il-ħarba lejn l-Eġittu

 

Meta telqu, deher anġlu tal-Mulej f''ħolma lil Ġużeppi u qallu: ̋Qum, ħu miegħek lit-tifel u 'l ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa' hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi se jfittex lit-tifel biex joqtlu.̏     Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u 'l ommu billejl u telaq lejn l-Eġittu,     u baqa' hemmhekk sal-mewt ta' Erodi, biex hekk iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal, "Mill-Eġittu sejjaht lil ibni." (Mt 2:13-15

 

 

 

 

Il-qerda ta' l-innoċenti

 

 

Erodi mbagħad, meta ra li l-maġi kienu daħku bih, nkorla bis-sħiħ, u bagħat joqtol f'Betlehem u fl-inħawi kollha tagħha lit-tfal subjien kollha ta' minn sentejn 'l isfel, skond iż-żmien li sar jaf mingħand il-maġi.     Mbagħad seħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Ġeremija, meta qal,     “F’Rama nstama leħen, biki u lfiq kbir:  Rakel tibki lil uliedha u ma tridx min ifarraġha għax ma għadhmx iżjed.” (Mt 2:16-18)

 

 

 

Lura lejn art Iżrael

 

 

Meta miet Erodi, deher l-anġlu tal-Mulej f'ħolma lil Ġużeppi fl-Eġittu     u qallu: ̋Qum, ħu miegħek lit-tifel u 'l ommu, u erġa' lura lejn l-art ta' Iżrael, għax mietu dawk li kienu jfittxu l-ħajja tat-tifel.̏     Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u 'l ommu, u mar fl-art ta' Iżrael.     Imma billi sama' li fil-Lhudija kien qiegħed isaltan Arkelaws flok Erodi missieru, baża' jmur hemm. Fuq twissija li kellu fil-ħolm, telaq lejn l-inħawi tal-Galilija,     u mar joqgħod f'belt jisimha Nazaret, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeti, "Ikun jissejjah Nazri" (Mt 2:19-23)

 

 

 

 

It-tfajjel Ġesų fit-tempju

 

Ta' kull sena l-ġenituri ta' Ġesų kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa ta' l-Għid Meta kellu tnax-il sena telgħu wkoll, skond id-drawwa ta' dik il-festa Wara li għaddew dawk il-ġranet qabdu t-triq lura, imma t-tfajjel Ġesų baqa' Ġerusalemm bla ma kienu jafu l-ġenituri tiegħu Huma ħasbuh qiegħed ma' xi wħud li kienu fit-triq magħhom; iżda meta wara jum mixi fittxewh fost qrabathom u n-nies li kienu jafuhom ma sabuhx, u għalhekk reġgħu lura Ġerusalemm ifittxuh Wara tlitt ijiem sabuh fit-tempju, bilqiegħda f'nofs l-għalliema, jismagħhom u jistaqsihom;   u kull min semgħu baqa' mistagħġeb bid-dehen u t-tweġibiet tiegħu Kif rawh, nstamtu, u ommu qaltlu:  ̋Ibni, dan għaliex għamiltilna hekk? Ara, missierek u jiena konna qegħdin infittxuk b'qalbna maqsuma!̏   U hu qalilhom:  ̋U għaliex kontu qegħdin tfittxuni? Ma tafux li jiena għandi nkun f'dak li hu ta' Missieri?̏   Iżda kliemu ma fehmuhx Mbagħad niżel magħhom u raġa' mar Nazaret; u kien jobdihom. U ommu kienet tgħożż f'qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha U hekk Ġesų baqa' jikber fl-għerf, fis-snin u fil-grazzja, quddiem Alla u quddiem il-bnedmin. (Lq 2:41-52)