|
TKATTIR TAL-ĦOBŻ Ġesų jitma' erbat elef
[Mt:15:32] Ġesų sejjaħ lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: "Nitħassarhom lil dawn in-nies, għax ġa ilhom tlitt ijiem miegħi u ma għandhom xejn x'jieklu. Ma rridx inħallihom imorru sajmin, li ma jmurx iħosshom ħażin fit-triq."[Mt:15:33] Qalulu d-dixxipli: "F'deżert bħal dan minn fejn se nġibu ħobż biżżejjed biex inxebbgħu kotra hekk kbira?"[Mt:15:34] "Xi kemm għandkom ħobż?" staqsiehom Ġesų. Qalulu: "Sebgħa, u xi ftit ħut żgħir."[Mt:15:35] Mbagħad qal lin-nies kollha jinxteħtu bilqiegħda fl-art,[Mt:15:36] ħa s-seba' ħobżiet u l-ħut, radd il-ħajr, qasamhom u tahom lid-dixxipli, u d-dixxipli newwluhom lin-nies.[Mt:15:37] U kulħadd kiel u xaba'; u ġabru l-bċejjeċ li fadal, sebat iqfief mimlija.[Mt:15:38] U kienu erbat elef raġel dawk li kielu, barra n-nisa u t-tfal.[Mt:15:39] Mbagħad bagħat in-nies, tala' fuq id-dgħajsa, u mar lejn l-inħawi ta' Magadan.
Ġesų jitma' ħamest elef ruħ
[Mt:14:13] Meta sama' l-aħbar, Ġesų telaq minn hemm bid-dgħajsa u mar waħdu f'post imwarrab. Imma n-nies semgħu fejn mar, u telqu warajh bil-mixi mill-ibliet. [Mt:14:14] Xħin niżel l-art mid-dgħajsa ra kotra kbira ta' nies u tħassarhom, u fejjqilhom il-morda tagħhom.[Mt:14:15] Xħin sar filgħaxija d-dixxipli tiegħu resqu lejh u qalulu: "Dan post imwarrab, u l-ħin għamel sewwa. Ibgħathom lin-nies, ħa jmorru fl-irħula jixtru x'jieklu."[Mt:14:16] Imma Ġesų qalilhom: "Ma għandhomx għalfejn imorru; agħtuhom intom x'jieklu."[Mt:14:17] U huma qalulu: "Hawn ma għandniex ħlief ħames ħobżiet u żewġ ħutiet."[Mt:14:18] "Ġibuhomli hawn?" qalilhom.[Mt:14:19] Mbagħad ordna lin-nies biex joqogħdu bilqiegħda fuq il-ħaxix; ħa l-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet, rafa' għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet u tahom lid-dixxipli, u d-dixxipli newwluhom lin-nies.[Mt:14:20] U kulħadd kiel u xaba', u ġabru l-bċejjeċ li kien fadal u mlew bihom tnax-il qoffa.[Mt:14:21] U kienu madwar ħamest elef raġel dawk li kielu, barra
[Mk:6:35] Meta kien sar il-ħin ġmielu, resqu d-dixxipli tiegħu u qalulu: "Dan post imwarrab, u ġa sar ħafna ħin.[Mk:6:36] Ibgħathom, ħa jmorru fl-irziezet u fl-irħula tal-qrib jixtru xi ħaġa x'jieklu."[Mk:6:37] Iżda hu weġibhom: "Agħtuhom intom x'jieklu." Qalulu: "U aħna se mmorru nixtru b'mitejn dinar ħobż biex nagħtuhom x'jieklu?"[Mk:6:38] Mbagħad staqsiehom: "Xi kemm għandkom ħobż? Morru araw." Meta saru jafu, qalulu: "Ħamsa, u żewġ ħutiet."[Mk:6:39] Mbagħad ordnalhom iqiegħdu lil kulħadd bilqiegħda, ġemgħa ġemgħa, fuq il-ħaxix aħdar.[Mk:6:40] U n-nies inxteħtet fl-art mija mija, u ħamsin ħamsin.[Mk:6:41] Hu ħa l-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet, rafa' għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet, u ta l-kisriet lid-dixxipli tiegħu biex inewwluhom lin-nies quddiemhom, u qasam ukoll iż-żewġ ħutiet bejniethom ilkoll.[Mk:6:42] U kulħadd kiel u xaba'.[Mk:6:43] U ġabru l-bċejjeċ li fadal mill-ħobż u l-ħut u mlew tnax-il qoffa;[Mk:6:44] u kienu ħamest elef raġel dawk li kielu mill-ħobż!
[Lq:9:12] Il-jum kien wasal biex jintemm. Resqu lejh it-Tnax u qalulu: "Ibgħathom in-nies ħa jmorru fl-irħula u r-rziezet tal-qrib biex isibu fejn jistrieħu u jieklu xi ħaġa, għax hawnhekk qegħdin f'post imwarrab."[Lq:9:13] Iżda hu qalilhom: "Agħtuhom intom x'jieklu." Qalulu: "Ma għandniex aktar minn ħames ħobżiet u żewġ ħutiet, jekk għallinqas ma mmorrux aħna stess nixtru l-ikel għal dawn in-nies kollha?"[Lq:9:14] Għax kien hemm madwar il-ħamest elef raġel. U qal lid-dixxipli tiegħu: "Qegħduhom bilqiegħda ħamsin ħamsin."[Lq:9:15] Hekk għamlu, u qiegħdu lil kulħadd bilqiegħda.[Lq:9:16] Mbagħad ħa l-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet, rafa' għajnejh lejn is-sema, berikhom u qasamhom, u tahom lid-dixxipli biex inewwluhom lin-nies.[Lq:9:17] U kulħadd kiel u xaba' u l-bċejjeċ tal-ħobż li kien fadal ġabruhom fi tnax-il qoffa.
[Ġw:6:5] Ġesų rafa' għajnejh, lemaħ kotra ta' nies ġejja lejh, u qal lil Filippu: "Mnejn nixtru l-ħobż biex dawn ikollhom x'jieklu?"[Ġw:6:6] Dan qalhulu biex jippruvah, għaliex hu kien jaf x'sejjer jagħmel.[Ġw:6:7] Filippu wieġbu: "Mitejn dinar ħobż ma jkunux biżżejjed għalihom biex kull wieħed minnhom jieħu xi ftit."[Ġw:6:8] Wieħed mid-dixxipli tiegħu, Indrė, ħu Xmun Pietru, qallu:[Ġw:6:9] "Hawn tfajjel li għandu ħames ħobżiet tax-xgħir u żewġ ħutiet żgħar; imma dawn x'inhuma għal daqshekk nies?"[Ġw:6:10] "Qiegħdu n-nies bilqiegħda?" qal Ġesų. Dik in-naħa kien hemm ħafna ħaxix. Għalhekk in-nies, xi ħamest elef raġel, qagħdu bilqiegħda.[Ġw:6:11] Ġesų ħa l-ħobżiet, radd il-ħajr, u qassamhom lil dawk li kienu bilqiegħda; hekk ukoll għamel bil-ħut, u kulħadd ħa kemm ried.[Ġw:6:12] Meta xebgħu, Ġesų qal lid-dixxipli tiegħu: "Iġbru l-loqom li baqa', biex xejn ma jinħela."[Ġw:6:13] Marru jiġbruhom, u mlew tnax-il qoffa bil-loqom li kien fadlilhom in-nies mill-ħames ħobżiet tax-xgħir wara li kienu kielu.[Ġw:6:14] Għalhekk dawn in-nies, meta raw dan is-sinjal li għamel Ġesų, qalu: "Dan hu tassew il-Profeta li għandu jiġi fid-dinja?"[Ġw:6:15] Imma Ġesų, meta ntebaħ li kienu ġejjin biex jeħduh bilfors ħalli jagħmluh sultan, raġa' warrab waħdu lejn l-għoljiet.
|