|
Waslet is-siegħa li fiha Bin il-bniedem ikun igglorifikat. Tassew, tassew ngħidilkom, jekk il-qamħa ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ waħedha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott. Min iħobb lil ħajtu jitlifha; imma min jobgħod lil ħajtu f’din id-dinja jħarisha għall-ħajja ta’ dejjem. Jekk xi ħadd irid jaqdini, hu għandu jimxi warajja; u fejn inkun jien, hemm ukoll ikun il-qaddej tiegħi.
Ġwanni 12:23-26
|